201807270592024602018/C 285/483842018CJC28520180813MT01MTINFO_JUDICIAL20180608313111

Kawża C-384/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju


C2852018MT3110120180608MT0048311311

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-384/18)

2018/C 285/48Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe, L. Malferrari, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li r-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2006/123/KE ( 1 ) u taħt l-Artikolu 49 TFUE;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Billi (i) ipprojbixxa l-eżerċizzju konġunt ta’ attivitajiet ta’ kontabilista, minn naħa, u ta’ attivitajiet ta’ broker, ta’ aġent tal-assigurazzjoni, ta’ aġent tal-proprjetà immobbli jew ta’ kwalunkwe attività bankarja jew ta’ servizzi finanzjarji, min-naħa l-oħra, u billi (ii) ippermetta lill-Awli tal-Institut professionel des comptables et Fiscalistes agrées (l-Istitut Professjonali tal-Kontabilisti u tal-Esperti tat-Taxxa awtorizzati) (IPCF) jipprojbixxu l-eżerċizzju konġunt ta’ attivitajiet ta’ kontabilista, minn naħa, ma’ kwalunkwe attività agrikola artiġjanali u kummerċjali, min-naħa l-oħra, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2006/123/KE u tal-Artikolu 49 TFUE.


( 1 ) Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, p. 36).