19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-10 ta’ Jannar 2018 – Eva Glawischnig-Piesczek vs Facebook Ireland Limited

(Kawża C-18/18)

(2018/C 104/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eva Glawischnig-Piesczek

Konvenuta: Facebook Ireland Limited

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (1) jipprekludi, b’mod ġenerali, li wieħed mill-obbligi elenkati iktar ’il quddiem jiġi impost fuq fornitur ta’ servizzi ta’ hosting li ma rtirax fil-pront ċerta informazzjoni illegali, jiġifieri mhux biss din l-informazzjoni illegali fis-sens tal-Artikolu 14(1)(a) tad-direttiva, iżda wkoll informazzjoni oħra identika:

a.a.

fil-livell dinji?

a.b.

fl-Istat Membru kkonċernat?

a.c.

tal-persuna kkonċernata li tirċievi s-servizz fil-livell dinji?

a.d.

tal-persuna kkonċernata li tirċievi s-servizz fl-Istat Membru kkonċernat?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda: dan japplika wkoll fir-rigward tal-informazzjoni b’kontenut ekwivalenti?

3)

Dan japplika wkoll fir-rigward tal-informazzjoni b’kontenut ekwivalenti mill-mument meta l-operatur isir jaf b’din iċ-ċirkustanza?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399.