12.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/12


Appell ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2018 minn Oleksandr Viktorovych Klymenko mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-8 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-245/15, Klymenko vs Il-Kunsill

(Kawża C-11/18 P)

(2018/C 094/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Oleksandr Viktorovych Klymenko (rappreżentant: M. Phelippeau, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Novembru 2017 fil-Każ T-245/15.

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tilqa’ t-talbet ippreżentati fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali jiġifieri:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364 tal-5 ta’ Marzu 2015 (1); u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357 tal-5 ta’ Marzu 2015 (2);

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318 tal-4 ta’ Marzu 2016 (3), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/311 tal-4 ta’ Marzu 2016 (4);

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381 tat-3 ta’ Marzu 2017 (5); u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/374 tat-3 ta’ Marzu 2017 (6),

sa fejn dawn il-miżuri jikkonċernaw lill-appellant; u tordna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jħallas l-ispejjeż tal-appell u t-talba għal annullament fin-nota ta’ adattament.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jippreżenta tliet aggravji.

L-ewwel aggravju, huwa jsostni li l-Qorti Ġenerali kienet żbaljata meta qieset li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kien identifika raġunijiet konkreti u speċifiċi li jiġġustifikaw l-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi fuqu u li l-Qorti Ġenerali kienet żbaljata meta ddeskriviet l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali Ukrain bħala li huwa “awtorità ġudizzjarja għolja”.

It-tieni aggravju, huwa jsostni li l-Qorti Ġenerali kienet żbaljata meta qieset li l-kriterju għall-inklużjoni fil-lista inkluż fl-atti inkwistjoni kien jikkorrespondi għall-objettivi tal-PESK.

It-tielet aggravju, huwa jsostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-miżura restrittiva ma kinitx tikkostitwixxi ksur tad-dritt għal proprjetà.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364 tal-5 ta’ Marzu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2015 L 62 p. 25)

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357 tal-5 ta’ Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2015 L 62, p. 1)

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318 tal-4 ta’ Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2016 L 60, p. 76)

(4)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/311 tal-4 ta’ Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2016 L 60, p. 1);

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381 tat-3 ta’ Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017 L 58, p. 34);

(6)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/374 tat-3 ta’ Marzu 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017 L 58, p. 1)