5.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 42/34


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2017 – GE Healthcare vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-783/17)

(2018/C 042/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: GE Healthcare A/S (Oslo, in-Norveġja) (rappreżentanti: D. Scannell, Barrister, G. Castle and S. Oryszczuk, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 7941 finali tat-23 ta’ Novembru 2017 li tissospendi l-awtorizzazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tar-rikorrenti għal Omniscan (INN gadodiamide);

tordna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż legali u spejjeż oħra tar-rikorrenti marbuta ma’ din il-kwistjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tikser l-Artikolu 116 tad-Direttiva 2001/83/KE (1).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ prekawzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija fi kwalunkwe każ sproporzjonata.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ġenerali ta’ amministrazzjoni tajba.


(1)  Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).