18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/35


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2017 – Ċipru vs EUIPO – Papouis Dairies (Papouis Halloumi)

(Kawża T-703/17)

(2017/C 437/43)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentant: V. Marsland, Solicitor u S. Malynicz, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Papouis Dairies LTD (Nikosija, Ċipru)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni bil-kulur li tinkludi l-elementi verbali “Papouis Hallloumi” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 176 344

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Awwissu 2017 fil-Każ R 2924/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tagħhom u tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.