9.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/21


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2017 – EOS Deutscher Inkasso-Dienst vs EUIPO – IOS Finance EFC (IOS finance)

(Kawża T-583/17)

(2017/C 338/24)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: EOS Deutscher Inkasso-Dienst GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Sorg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: IOS Finance EFC, SA (Barcelona, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “IOS FINANCE” – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 544 061

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ġunju 2017 fil-Każ R 2262/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.