23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/26


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2017 – Mas Que Vinos Global vs EUIPO – JESA (EL SEÑORITO)

(Kawża T-576/17)

(2017/C 357/34)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Mas Que Vinos Global, SL (Dobarrios, Spanja) (rappreżentant: M. Sanmartín Sanmartín, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jose Estevez, SA (JESA) (Jerez de la Frontera, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “EL SEÑORITO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 502 166

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Ġunju 2017 fil-Każ R 1775/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 42, 60, 63, 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009 u tal-Artikolu 8(1)(b) tal-istess regolament.