25.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/14


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2017 – Fruit of the Loom vs EUIPO – Takko (FRUIT)

(Kawża T-424/17)

(2017/C 318/19)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fruit of the Loom, Inc. (Bowling Green, Kentucky, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC u V. Marsland, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Takko Holding GmbH (Telgte, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “FRUIT” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 077 508

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ April 2017 fil-Każ R 2119/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 65(6) tar-Regolament Nru 207/2009.