17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/46


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2017 – Sata vs EUIPO – Zhejiang Rongpeng Air Tools (4000)

(Kawża T-303/17)

(2017/C 231/58)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sata GmbH & Co. KG (Kornwestheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-C. Simon, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zhejiang Rongpeng Air Tools Co. Ltd (Pengjie Town, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: is-sinjal “4000” — trade mark tal-Unjoni Nru 12 333 548

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 654/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

fil-każ li l-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tintervjeni, li hija tiġi kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.