8.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/57


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2017 – M & K vs EUIPO – Genfoot (KIMIKA)

(Kawża T-171/17)

(2017/C 144/77)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: M & K Srl (Prato, l-Italja) (rappreżentant: F. Caricato, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Genfoot, Inc. (Montreal, Québec, il-Kanada)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “KIMIKA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 233 391

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 1206/2016-4

Talbiet

tirrikonoxxi u tiddikjara li r-rikors ippreżentat mir-rikorrenti huwa ammissibbli u fondat; u konsegwentement

tbiddel id-deċiżjoni kkontestata;

tibgħat il-kawża lura quddiem il-EUIPO sabiex ibiddel id-deċiżjoni u għalhekk jipprovdi għal reġistrazzjoni definittiva tat-trade mark tal-UE Nru 13 233 391 anki fil-klassijiet kkontestati;

tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tat-tliet proċedimenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 207/2009;

Il-Bord tal-Appell żbalja meta evalwa li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks.