15.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/40 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2017 – Ralph Pethke vs EUIPO
(Kawża T-169/17)
(2017/C 151/52)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Ralph Pethke (Alicante, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni PERS-AFFECT-16-134 tas-17 ta’ Ottubru 2016 li tassenjah mill-ġdid mill-pożizzjoni ta’ direttur tad-Dipartiment “Operazzjonijiet” għal pożizzjoni mal-organu ta’ sorveljanza u li tnaqqaslu il-grad bħala amministratur, b’effett mis-17 ta’ Ottubru 2016; |
— |
jitħallas danni minħabba d-dannu materjali u morali li huwa sofra minħabba l-illegalità; u |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura dixxiplinari li tinsab fir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti”). Ir-rikorrent isostni li t-tnaqqis fil-grad tiegħu mill-pożizzjoni ta’ direttur ta’ dipartiment għal pożizzjoni ta’ amministratur mingħajr perspettivi ta’ karriera ma jikkostitwixxix assenjazzjoni mill-ġdid leġittima, iżda tnaqqis fil-grad dixxiplinari li, fl-assenza ta’ bażi oħra legali, jippresupponi proċedura dixxiplinari. Għalhekk, il-konvenut kiser id-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 86 tar-Regolamenti u fl-Anness IX tagħhom. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-illegalità tal-assenjazzjoni mill-ġdid u fuq l-abbuż ta’ poter Ir-rikorrent isostni li l-kundizzjonijiet ta’ assenjazzjoni mill-ġdid ordinarja ma humiex issodisfatti. Fil-fatt, l-assenjazzjoni mill-ġdid/tnaqqis fil-grad tiegħu ma hijiex fl-interess tas-servizz, id-diversi raġunijiet (li jvarjaw) imressqa sabiex jiġġustifikawha huma indizju ta’ abbuż ta’ poter u lanqas il-prinċipju ta’ ekwivalenza meħtieġ għal assenjazzjoni mill-ġdid ordinarja ma ġie osservat. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-projbizzjoni ta’ arbitrarjetà u fuq ksur tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess Ir-rikorrent iqis li l-assenjazzjoni mill-ġdid/tnaqqis fil-grad tiegħu sabiex jiżdiedu n-nisa fl-amministrazzjoni ogħla tikkostitwixxi diskriminazzjoni diretta bbażata fuq is-sess. |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità Ir-rikorrent jikkritika l-fatt li l-assenjazzjoni mill-ġdid dixxiplinari tiegħu tikkostitwixxi miżura mhux proporzjonata fil-kuntest tal-organizzazzjoni mill-ġdid interna tal-EUIPO. |
5. |
Il-ħams motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u fuq ksur tad-dmir ta’ premura – Preġudizzju għall-integrità fiżika u psikoloġika tar-rikorrent – Fastidju Fil-kuntest tal-ħames motiv, ir-rikorrent isostni li t-tnaqqis fil-grad “brutali” tiegħu jikkostitwixxi preġudizzju għall-integrità fiżika u psikoloġika tiegħu u li dan ma huwiex konformi mal-livell minimu li timplika amministrazzjoni tajba. L-azzjonijiet u l-ommissjonijiet tal-EUIPO kkawżaw lir-rikorrent dannu materjali u morali li għandu jiġi kkumpensat. |