29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/32


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2017 – L vs Il-Parlament

(Kawża T-91/17)

(2018/C 032/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: L (rappreżentant: I. Coutant Peyre, lawyer)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-31 ta’ Awwissu 2016 tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Parlament Ewropew, li tirrifjuta milli taċċetta żewġ ċertifikati mediċi prodotti mir-rikorrent sabiex jiġġustifika ċerti assenzi mix-xogħol tiegħu u li konsegwentement tiddikjara l-assenzi inkwistjoni mhux awtorizzati.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji previsti mid-dritt tal-Unjoni u mid-dritt Litwan dwar il-protezzjoni ta’ informaturi.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur mill-Parlament tad-dmir tiegħu ta’ premura u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.