5.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingin käräjäoikeus (il-Finlandja) fit-12 ta’ Diċembru 2017 – Metirato Oy in Liquidation vs Suomen valtio/Verohallinto, Eesti Vabariik/Maksu- ja Tolliamet

(Kawża C-695/17)

(2018/C 083/17)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Helsingin käräjäoikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Metirato Oy in Liquidation

Konvenuti: Suomen valtio/Verohallinto, Eesti Vabariik/Maksu- ja Tolliamet

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2010/24/UE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-djun li għandhom jiġi rkuprati skont talba għall-irkupru għandhom jiġu ttrattati mill-Istat Membru rikjest daqslikieku dawn kienu djun ta’ dan l-Istat, fis-sens li,

a)

l-Istat Membru rikjest huwa wkoll parti fil-proċedura li tirrigwarda r-reintegrazzjoni, fl-assi tal-falliment, ta’ ammonti mħallsa wara rkupru, jew li

b)

l-intervent tal-Istat Membru rikjest huwa limitat għat-twettiq tal-irkupru infurzat tad-dejn u għad-dikjarazzjoni tad-dejn fil-kuntest tal-proċedura ta’ likwidazzjoni, u huwa l-Istat Membru applikant li huwa l-konvenut fil-kuntest ta’ proċedura ta’ reintegrazzjoni ta’ beni fl-assi tal-falliment li tirrigwarda l-estent tal-beni koperti mil-likwidazzjoni?

2)

Id-Direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li d-djun ta’ Stat Membru ieħor għandhom, skont talba għall-irkupru, jiġu rkuprati permezz tal-użu tal-istess mezzi, iżda b’mod li l-ammonti hekk irkuprati jibqgħu sseparati u distinti mill-beni tal-Istat Membru rikjest, jew għandha tiġi interpretata fis-sens li dawn l-ammonti għandhom jiġu rkuprati b’mod parallel mad-djun tal-Istat Membru rikjest, b’mod li dawn jitħalltu mal-beni tal-Istat Membru rikjest? Fi kliem ieħor: id-Direttiva hija intiża biss sabiex tipprojbixxi t-trattament inqas favorevoli ta’ djun ta’ Stat Membru ieħor?

3)

Huwa possibbli li tilwima dwar ir-reintegrazzjoni ta’ beni fl-assi tal-falliment titqies li hija tilwima dwar il-miżuri ta’ infurzar fis-sens tal-Artikolu 14(2), u jista’ wieħed jiddeduċi minn dan li, skont id-Direttiva, l-Istat Membru rikjest huwa wkoll konvenut f’tali tilwima?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta’ Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra (ĠU 2010, L 84, p. 1).