5.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 42/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Dunajská Streda (is-Slovakkja) fit-8 ta’ Novembru 2017 – ZSE Energia a.s. vs RG

(Kawża C-627/17)

(2018/C 042/06)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Okresný súd Dunajská Streda (is-Slovakkja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ZSE Energia a.s.

Konvenut: RG

Parti intervenjenti: ZSE Energia CZ, s.r.o.

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ “waħda mill-partijiet”, imsemmi fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007 (1), li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (ĠU L 199, tal-31 ta’ Lulju 2007, p. 1; iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 861/2007”), għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi wkoll lill-“parti intervenjenti”, jiġifieri l-persuna li tieħu sehem fil-proċeduri li ma hi la r-rikorrent u lanqas il-konvenut, iżda li tintervjeni fil-proċeduri biss insostenn tar-rikorrent jew tal-konvenut?

2)

Jekk il-“parti intervenjenti” ma għandhiex tiġi kkwalifikata bħala “parti” fis-sens tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 861/2007:

Proċeduri mressqa permezz tal-formola A tal-Anness għar-Regolament Nru 861/2007, bejn rikorrent u konvenut, jaqaw taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 861/2007 fis-sens tad-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 2(1) u tal-Artikolu 3(1) tal-imsemmi regolament, jekk ir-rikorrent u l-konvenut ikunu ddomiċiljati fl-istess Stat Membru li għandu ġurisdizzjoni u fejn il-“parti intervenjenti” biss hija ddomiċiljata fi Stat Membru ieħor?


(1)  ĠU L 199, p. 1.