8.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 5/21 |
Appell ippreżentat fid–9 ta’ Ottubru 2017 mir–Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl–20 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-143/15, Ir–Renju ta’ Spanja vs Il–Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-588/17 P)
(2018/C 005/29)
Lingwa tal-kawża: l–Ispanjol
Partijiet
Appellant: Ir–Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. J. García–Valdecasas Dorrego, aġent)
Parti oħra fil-proċedura: Il–Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tilqa’ l-appell odjern u tannulla parzjalment is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017, mogħtija fil-Kawża T-143/15, Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea (ECLI:EU:T:2017:534), sa fejn din tikkonċerna l-korrezzjoni finanzjarja imposta fuq ir-Renju ta’ Spanja, li biha ġie eskluż mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea infiq partikolari sostnut mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 23.1.2015, p. 62 sa 205/75), li jikkorrispondi ma’ infiq ammissibbli marbut ma’ żvantaġġi naturali u ma’ miżuri agroambjentali tal-programm ta’ żvilupp rurali tal-Komunità Awtonoma ta’ Castilla u León, inkonnessjoni mal-ammont li jikkorrispondi mal-parti mill-għajnuna favur żoni milquta minn żvantaġġi naturali, li jekwivali għal EUR 1 793 798,22; |
— |
tiddikjara, permezz tas-sentenza ġdida, l-annullament tad-deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Jannar 2015, sa fejn din tikkonċerna l-korrezżjoni finanzjarja imposta fuq ir-Renju ta’ Spanja, li biha ġie eskluż mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 16, p. 33), li jikkorrispondi mal-kunċetti ta’ żvantaġġi naturali u ma’ miżuri agroambjentali tal-Programm ta’ Żvilupp Rurali tal-Komunità Awtonoma ta’ Castilla u León, inkonnessjoni mal-ammont li jikkorrispondi mal-parti mill-għajnuna favur żoni milquta minn żvantaġġi naturali, li jekwivali għal EUR 1 793 798,22. |
Aggravji u argumenti prinċipali
1. |
Żnaturament manifest tal-fatti Jeżisti żnaturament manifest tal-fatti sa fejn: i) hekk kif indikat u pprovat mir-Renju ta’ Spanja fir-rikors tiegħu, ġie konkluż ftehim fi ħdan il-korp ta’ konċiljazzjoni dwar il-bażi li fuqu tiġi applikata l-korrezzjoni finanzjarja ii) u sa fejn ir-Renju ta’ Spanja wera li ż-żoni għall-għalf li ma jinkludux fihom annimali jistgħu jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri kkontestati u, għaldaqstant, jiġu affettwati mill-korrezzjonijiet imposti mill-Kummissjoni. |
2. |
Żball ta’ liġi marbut mal-portata tal-valur tal-ftehimiet tal-korp ta’ konċiljazzjoni, li jinvolvi ksur manifest tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ kooperazzjoni leali Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ma rrikonoxxietx il-valur u l-effikaċja tal-ftehimiet parzjali ta’ bejn il-Kummissjoni u Stat Membru fi ħdan il-korp ta’ konċiljazzjoni. Barra minn hekk, ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali jammonta għal ksur manifest tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ kooperazzjoni, safejn din irrendiet leġittimu n-nuqqas ta’ amministrazzjoni li tirrikonoxxi, unilateralment u mingħajr ebda spjegazzjoni, ftehimiet konklużi ma’ Stat fil-kuntest ta’ proċedura ta’ konċiljazzjoni, imfassla legalment u speċifikament bl-iskop li l-Kummissjoni u l-Istati jilħqu ftehim. |
3. |
Żball ta’ liġi bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tas-sentenza appellata Il-Qorti Ġenerali ma tatx deċiżjoni fuq il-punt III.2.3 tal-appell, li fih ġie indikat ksur tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament Nru 1290/2005 (1), kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li l-bażi meħuda inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni għall-applikazzjoni tal-korrezzjoni finanzjarja kienet tinkludi l-benefiċjarji tal-għajnuna favur żoni żvantaġġati li ma jinkludux żoni għall-għalf. |
4. |
Żball ta’ liġi marbut mal-portata tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament Nru 1290/2005 u mal-istħarriġ ġudizzjarju tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif ukoll ma’ ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja Il-Qorti Ġenerali ma wettqitx l-istħarriġ ġudizzjarju kif obbligata tagħmel skont l-Artikolu 31(2) tar-regolament u skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, li jikkonsisti fid-determinazzjoni dwar jekk l-Istat issodisfax jew le l-obbligu tiegħu li jistabbilixxi li l-Kummissjoni wettqet żball fir-rigward tal-konsegwenzi finanzjarji li għandhom jiġu dedotti mill-imsemmi ksur. Il-Qorti Ġenerali lanqas ma vverifikat id-data pprovduta mir-Renju ta’ Spanja li kienet turi l-iżball tal-Kummissjoni. Ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali juri ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tal-ġustizzja, sa fejn ma tirrikonoxxix li r-Renju ta’ Spajna ddetermina n-numru ta’ impriżi suġġetti għall-obbligu tal-għadd tal-bhejjem, u sa fejn din iddevjat mid-diskussjoni proċesswali stabbilita mill-partijiet. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (imħassar) (GU 2005, L 209, p. 1).