18.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 437/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-28 ta’ Settembru 2017 – Sofina SA, Rebelco SA, Sidro SA vs Ministre de l’Action et des Comptes publics
(Kawża C-575/17)
(2017/C 437/23)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sofina SA, Rebelco SA, Sidro SA
Konvenut: Ministre de l’Action et des Comptes publics
Domandi preliminari
1) |
L-Artikoli 56 u 58 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li saru l-Artikoli 63 u 65 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-iżvantaġġ finanzjarju li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ taxxa f’ras il-għajn għad-dividendi mħallsa lill-kumpanniji mhux residenti li jkunu qegħdin jagħmlu telf, filwaqt li l-kumpanniji residenti li jkunu qegħdin jagħmlu telf huma ntaxxati fuq l-ammont tad-dividendi li huma jirċievu biss fis-sena li fiha, jekk ikun il-każ, huma jibdew jagħmlu profitt, jikkostitwixxi fih innifsu differenza fit-trattament li tikkaratterizza restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital? |
2) |
Ir-restrizzjoni potenzjali għall-moviment liberu tal-kapital imsemmija fid-domanda preċedenti tista’ titqies, fid-dawl tar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikoli 56 u 58 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li saru l-Artikoli 63 u 65 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li hija ġġustifikata mill-ħtieġa li tiġi ggarantita l-effikaċja tal-ġbir tat-taxxa, peress li l-kumpanniji mhux residenti ma humiex suġġetti għall-kontroll tal-awtorità tat-taxxa Franċiża, jew anki mill-ħtieġa li jiġi ppreżervat it-tqassim tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri? |
3) |
Fil-każ li l-applikazzjoni tat-taxxa f’ras il-għajn ikkontestata tista’, bħala prinċipju, tiġi aċċettata fir-rigward tal-moviment liberu tal-kapital:
|