16.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de commerce de Liège (il-Belġju) fis-27 ta’ Lulju 2017 – Zako SPRL vs Sanidel SA

(Kawża C-452/17)

(2017/C 347/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de commerce de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zako SPRL

Konvenuta: Sanidel SA

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE, tat-18 ta’ Diċembru 1986, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi li aġent kummerċjali għandu jfittex u jżur il-klijenti jew il-fornituri barra mill-impriża tal-prinċipal?

2)

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 86/653/KEE ċċitata iktar ’il fuq għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi li l-aġent kummerċjali ma jkunx jista’ jwettaq kompiti oħrajn minbarra dawk marbutin man-negozju tal-bejgħ jew tax-xiri tal-merkanzija għall-prinċipali u mal-innegozjar u mal-konklużjoni ta’ dawn it-tranżazzjonijiet għan-nom u f’isem il-prinċipal?

3)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għat-tieni domanda, l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 86/653/KEE ċċitata iktar ’il fuq għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi li huwa biss b’mod anċillari li l-aġent kummerċjali jkun jista’ jwettaq dawk il-kompiti li huma marbutin mal-innegozjar tal-bejgħ jew tax-xiri tal-merkanzija għall-prinċipali u mal-innegozjar u mal-konklużjoni ta’ dawn it-tranżazzjonijiet għan-nom u f’isem il-prinċipal?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 177