4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fid-29 ta’ Ġunju 2017 – Konkurrensverket vs SJ AB

(Kawża C-388/17)

(2017/C 293/23)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Konkurrensverket

Konvenuta: SJ AB

Domandi preliminari

1)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżisti netwerk fil-qasam ta’ servizzi ta’ trasport meta jiġu pprovduti servizzi ta’ trasport fuq netwerk ferrovjarju amministrat mill-Istat għal traffiku ferrovjarju nazzjonali u internazzjonali skont dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jimplementaw id-Direttiva 2012/34 (2), li jinvolvu l-allokazzjoni ta’ kapaċitajiet ta’ infrastruttura ferrovjarja fuq il-bażi ta’ talbiet minn impriżi ferrovjarji u r-rekwiżit li t-talbiet kollha jintlaqgħu sa fejn huwa possibbli?

2)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17 għandu jiġi interpretat fis-sens li attività eżerċitata minn impriża ferrovjarja bħal dik imsemmija mid-Direttiva 2012/34 u li tinvolvi l-provvista ta’ servizzi ta’ trasport lill-pubbliku fuq netwerk ferrovjarju tikkostitwixxi tqegħid għad-dispożizzjoni jew operat ta’ netwerk fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni tad-Direttiva?


(1)  Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19).

(2)  Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, p. 32).