28.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 283/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fit-22 ta’ Ġunju 2017 – Minister for Justice and Equality, The Commissioner of the Garda Síochána vs Workplace Relations Commission

(Kawża C-378/17)

(2017/C 283/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Minister for Justice and Equality, The Commissioner of the Garda Síochána

Konvenuta: Workplace Relations Commission

Domandi preliminari

Fejn

a)

korp nazzjonali huwa stabbilit bil-liġi u għandu ġurisdizzjoni ġenerali biex, inter alia, jiżgura l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni f’qasam partikolari; u

b)

id-dritt nazzjonali ikun jirrikjedi li tali korp ma jkollux ġurisdizzjoni f’kategorija limitata ta’ każijiet fejn rimedju effettiv ikun jirrikjedi n-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ regola nazzjonali bis-saħħa tad-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni, u

c)

qrati nazzjonali xierqa jkollhom ġurisdizzjoni biex jieħdu kull deċiżjoni xierqa ta’ nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dritt nazzjonali meħtieġ biex tiġi ggarantita l-osservanza tar-regola tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni, ikollhom ġurisdizzjoni biex jittrattaw kawżi li fihom tali rimedju huwa neċessarju, ikollhom ġurisdizzjoni, f’dawn il-kawżi, biex jiddeċiedu kull miżura meħtieġa mid-dritt tal-Unjoni u meqjusa konformi mal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività fil-ġurisprudenza tal-Unjoni,

il-korp stabbilit mil-liġi għandu, madankollu, jiġi kkunsidrat bħala li għandu ġurisdizzjoni biex jeżamina azzjoni kontra regola tad-dritt nazzjonali li għaliha ġie allegat li tikser id-dritt rilevanti tal-Unjoni u, jekk jilqa’ din l-azzjoni, għandu ma japplikax din ir-regola nazzjonali minkejja li d-dritt nazzjonali jagħti ġurisdizzjoni lil qorti stabbilita bis-saħħa tal-Kostituzzjoni, u mhux lill-korp inkwistjoni, fil-kawżi kollha li fihom il-validità ta’ regola hija kkontestata għal xi motiv jew li fihom in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ regola hija mitluba?