4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-31 ta’ Mejju 2017 – Directie van de Dienst Wegverkeer (RDW) et vs Z

(Kawża C-326/17)

(2017/C 293/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Directie van de Dienst Wegverkeer (RDW), X, Y

Konvenut: Z

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE, tad-29 ta’ April 1999, dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi (1), hija applikabbli għal vetturi bil-mutur li kienu jeżistu qabel id-29 ta’ April 2009, data li fiha l-Istati Membri adottaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw rwieħhom mad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, li tistabbilixxi [qafas] għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (2)?

2)

Vettura bil-mutur magħmula minn komponenti essenzjali mibnija qabel l-applikazzjoni tad-Direttiva 2007/46/KE […], u minn naħa oħra, minn komponenti essenzjali miżjuda biss wara l-applikazzjoni ta’ din id-direttiva, hija vettura bil-mutur li kienet diġà teżisti qabel l-applikazzjoni tad-direttiva jew din il-vettura bil-mutur ġiet mibnija wara l-applikazzjoni tal-imsmemija direttiva?

3)

Fid-dawl tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 1999/37/KE […], l-obbligu ta’ rikonoxximent taħt l-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva japplika b’mod sħiħ jekk l-informazzjoni ma ġietx ikkompilata skont kodiċijiet Komunitarji determinati (li saru obbligatorji abbażi tal-annessi ta’ din id-Direttiva) fiċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-vettura, fejn din l-informazzjoni tkun faċilment identifikabbli?

4)

Skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 1999/37/KE […], huwa permess li jiġi rrikonoxxut ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, iżda li l-vettura tiġi suġġetta xorta waħda għal kontroll tekniku, skont l-Artikolu 24(6) tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, […] u, jekk il-vettura ma tissodisfax ir-rekwiżiti tekniċi tal-Istat Membru, li jiġi rrifjutat il-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 4, p. 351.

(2)  ĠU 2007, L 263, p. 1.