17.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 231/21 |
Appell ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2017 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-7 ta’ Marzu 2017 fil-Kawża T-194/13, United Parcel Service vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-265/17 P)
(2017/C 231/25)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Christoforou, N. Khan, H. Leupold, A. Biolan, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: United Parcel Service, Inc., FedEx Corp.
Talbiet
— |
tannulla s-sentenza; |
— |
tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, u |
— |
tirriżerva l-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
1) |
Il-Qorti tal-Ġenerali żbaljat meta qieset, fis-sentenza tagħha, li l-Kummissjoni kienet marbuta tiżvela lil UPS il-verżjoni definittiva tal-mudell tagħha ta’ konċentrazzjoni tal-prezzijiet qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni. |
2) |
Anki jekk in-nuqqas tal-Kummissjoni li tiżvela l-aħħar verżjoni tal-mudell tal-konċentrazzjoni tal-prezzijiet lil UPS qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni seta’ jikser id-drittijiet tad-difiża ta’ UPS, il-Qorti Ġeneral żbaljat fil-karatterizzazzjoni tagħha tan-natura probatorja tal-mudell tal-konċentrazzjoni tal-prezzijiet u, konsegwentement, fit-test legali applikat sabiex jiġi stabbilit li d-Deċiżjoni għandha tiġi annullata. |
3) |
Anki jekk f’dawn iċ-ċirkustanzi jista’ jkun hemm ksur tad-drittijiet tad-difiża ta’ UPS, il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta naqset milli tindirizza s-sottomissjonijiet tal-Kummissjoni li l-motiv ta’ UPS kien ineffettiv u li UPS setgħet tifhem il-mudell tal-konċentrazzjoni tal-prezzijiet. |
4) |
Fi kwalunkwe każ, il-konstatazzjonijiet li saru fis-sentenza ma jiġġustifikawx l-annullament tad-Deċiżjoni. |