17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/15


Appell ippreżentat fis-27 ta’ April 2017 minn Islamic Republic of Iran Shipping Lines, Hafize Darya Shipping Lines (HDSL), Khazar Sea Shipping Lines Co., IRISL Europe GmbH, IRISL Marine Services and Engineering Co., Irano Misr Shipping Co., Safiran Payam Darya Shipping Lines, Shipping Computer Services Co., Soroush Sarzamin Asatir Ship Management, South Way Shipping Agency Co. Ltd, Valfajr 8th Shipping Line Co. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-17 ta’ Frar 2017 fil-Kawżi magħquda T-14/14 u T-87/14, Islamic Republic of Iran Shipping Lines et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-225/17 P)

(2017/C 231/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Islamic Republic of Iran Shipping Lines, Hafize Darya Shipping Lines (HDSL), Khazar Sea Shipping Lines Co., IRISL Europe GmbH, IRISL Marine Services and Engineering Co., Irano Misr Shipping Co., Safiran Payam Darya Shipping Lines, Shipping Computer Services Co., Soroush Sarzamin Asatir Ship Management, South Way Shipping Agency Co. Ltd, Valfajr 8th Shipping Line Co. (rappreżentanti: M. Taher, solicitor, M. Lester QC, barrister)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2017 fil-Kawżi magħquda T-14/14 u T-87/14;

tiddeċiedi l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali u b’mod partikolari:

tannulla l-“miżuri ta’ Ottubru 2013” (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/497 (1) li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (2) u r-Regolament tal-Kunsill Nru 971/2013 (3) li jemenda r-Regolament Nru 267/2012 (4)) u l-“miżuri ta’ Novembru 2013” (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/685 (5) li temenda d-Deċizjoni 2010/413 u Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill Nru 1203/2013 (6) li jimplementa r-Regolament Nru 267/2012) sa fejn dawn il-miżuri restrittivi japplikaw għall-appellanti;

alternattivament, tiddikjara li l-miżuri ta’ Ottubru 2013 huma inapplikabbli sa fejn dawn japplikaw fil-konfront tal-appellanti minħabba illegalità; u

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż tal-appell u tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà, l-appellanti jistrieħu fuq l-aggravji li ġejjin:

1.

L-ewwel aggravju, jallega li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta sabet li l-miżuri ta’ Ottubru 2013 kellhom bażi legali valida.

2.

It-tieni aggravju, jallega li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta sabet li l-miżuri ta’ Ottubru 2013 ma kinux jiksru l-prinċipji ta’ res judicata, ċertezza legali, aspettattivi leġittimi u ne bis in idem, jew id-dritt għal rimedju effettiv.

3.

It-tielet aggravju, jallega li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta sabet li l-appellat ma għamilx użu ħażin ta’ poter meta stabbilixxa l-miżuri ta’ Ottubru 2013.

4.

Ir-raba’ aggravju, jallega li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta sabet li l-appellat ma kisirx id-dritt ta’ difiża tal-appellanti.

5.

Il-ħames aggravju, jallega li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta sabet li l-miżuri ta’ Ottubru 2013 ma kinux interferenza mhux ġusitifikata u sproporzjonata fir-rigward tad-drittijiet fundamentali tal-appellanti.

Insostenn tal-appell fir-rigward tat-talba għal annullament, l-appellanti jistrieħu fuq l-aggravji li ġejjin:

1.

L-ewwel aggravju, jallega li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta naqset milli ssib li l-appellant għamel numru ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta qis li l-kriterji elenkati fil-miżuri ta’ Novembru 2013 kienu ġew issodisfatti fil-konfront ta’ kull appellant.

2.

It-tieni aggravju, jallega li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta sabet li l-appellant ma kienx kiser id-dritt ta’ difiża tal-appellanti meta reġa’ inkludihom fil-lista ta’ miżuri ta’ Novembru 2013.

3.

It-tielet aggravju, jallega li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta sabet li l-fatt li l-appellanti reġgħu ġew inklużi fil-lista ta’ miżuri ta’ Novembru 2013 ma kisirx il-prinċipji ta’ res judicata, ċertezza legali, aspettattivi leġittimi u ne bis in idem, jew id-dritt għal rimedju effettiv.

4.

Ir-raba’ aggravju, jallega li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta sabet li l-miżuri ta’ Novembru 2013 ma kinux interferenza mhux ġusitifikata u sproporzjonata fir-rigward tad-drittijiet fundamentali tal-appellanti.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/497/PESK, tal-10 ta’ Ottubru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 272, p. 46).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39).

(3)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 971/2013, tal-10 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 272, p. 1).

(4)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/685/PESK, tas-26 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 316, p. 46).

(6)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1203/2013, tas-26 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 316, p. 1).