15.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social de Terrassa (Spanja) fit-22 ta’ Frar 2017 – Gardenia Vernaza Ayovi vs Consorci Sanitari de Terrassa
(Kawża C-96/17)
(2017/C 151/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social de Terrassa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gardenia Vernaza Ayovi
Konvenuta: Consorci Sanitari de Terrassa
Domandi preliminari
1) |
Ir-rimedju legali li joffri l-ordinament ġuridiku għal tkeċċija dixxiplinari kkwalifikata bħala illegali u b’mod speċifiku r-rimedju indikat mill-Artikolu 96(2) tar-Real Decreto Legislativo (digriet leġiżlattiv irjali) Nru 5/2015, tat-30 ta’ Ottubru, li permezz tiegħu jiġi approvat it-test ikkonsolidat tal-Ley del Estatuto Básico del Empleado Público (regolamenti tal-persunal bażiċi għas-servizz pubbliku), jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “kundizzjonijiet ta’ l-impjieg” tal-Klawżola 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (1)? |
2) |
Il-Klawżola 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, tqis bħala diskriminatorja sitwazzjoni bħal dik prevista fl-Artikolu 96(2) tar-Real Decreto Legislativo (digriet leġiżlattiv irjali) Nru 5/2015, tat-30 ta’ Ottubru, li permezz tiegħu jiġi approvat it-test ikkonsolidat tal-Ley del Estatuto Básico del Empleado Público (regolamenti tal-persunal bażiċi għas-servizz pubbliku) fejn t-tkeċċija dixxiplinari ta’ ħaddiem permanenti fis-servizz tal-amministrazzjoni pubblika, meta titqies li tkun abużiva, jiġifieri illegali, dejjem tirrikjedi r-reintegrazzjoni tal-ħaddiem, iżda fejn jekk dan ikun ħaddiem temporanju jew temporanju b’kuntratt għal żmien indeterminat li jkun iwettaq l-istess funzjonijiet bħal ħaddiem permanenti, huwa possibbli li minflok ir-reintegrazzjoni jingħata kumpens? |
3) |
Jekk wieħed jieħu inkunsiderazzjoni l-istess domanda preċedenti, mhux fid-dawl tal-imsemmija direttiva iżda fid-dawl tal-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ikun ġustifikat trattament mhux ugwali f’din iċ-ċirkustanza? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.