10.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fil-25 ta’ Jannar 2017 – Lubrizol France SAS vs Caisse nationale du Régime social des indépendants (RSI) participations extérieures
(Kawża C-39/17)
(2017/C 112/31)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lubrizol France SAS
Konvenuta: Caisse nationale du Régime social des indépendants (RSI) participations extérieures
Domanda preliminari
L-Artikoli 28 u 30 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprekludu li l-valur ta’ oġġetti ttrasferiti minn Franza lejn Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, minn jew f’isem persuna suġġetta għall-kontribuzzjoni soċjali ta’ solidarjetà tal-kumpanniji u għall-kontribuzzjoni addizzjonali għaliha, għall-ħtiġijiet tal-impriża tagħha, jittieħed inkunsiderazzjoni fid-determinazzjoni tad-dħul mill-bejgħ globali li jikkostitwixxi l-bażi għall-kalkolu ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet?