28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/29


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2016 – Trasta Komercbanka et vs BĊE

(Kawża T-698/16)

(2016/C 441/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Trasta Komercbanka AS (Riga, il-Latvja) u 6 oħra (rappreżentati minn: O. Behrends, L. Feddern u M. Kirchner, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE, tat-3 ta’ Marzu 2016, li tirtira l-liċenzja bankarja ta’ Trasta Komercbanka AS; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tal-Artikolu 24 tar-Regolament tal-MSU (1) u ta’ dispożizzjonijiet relatati fil-kuntest tal-eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni preċedenti tal-BĊE mill-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas, min-naħa tal-BĊE, li jeżamina u li jevalwa b’attenzjoni u b’mod imparzjali l-aspetti fattwali kollha li jinkludu, iżda mhux limitati għal, li l-BĊE ma rreaġixxiex b’mod xieraq għall-fatt li l-informazzjoni u d-dokumenti ppreżentati mill-awtorità lokali regolatorja Latvjana ma kinux preċiżi.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità billi naqas milli jirrikonoxxi d-disponibbiltà ta’ miżuri alternattivi.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tal-Artikolu 19 u tal-premessa 75 tar-Regolament tal-MSU u wettaq użu ħażin ta’ poter.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tar-regoli proċedurali li jinkludu d-dritt għal smigħ, id-dritt għal aċċess għall-fajl u d-dritt għal deċiżjoni motivata b’mod xieraq, u tal-Artikolu 83(1) tar-Regolament Qafas tal-MSU.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013, tal-15 ta’ Ottubru 2013, li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63)