7.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 410/27 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2016 – C=Holdings vs EUIPO – Trademarkers (C=commodore)
(Kawża T-672/16)
(2016/C 410/38)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: C=Holdings BV (Oldenzaal, l-Olanda) (rappreżentanti: P. Maeyaert u K. Neefs, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Trademarkers NV (Antwerp, il-Belġju)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “C=commodore” –Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 907 082 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 2585/2015-4
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti u tirrinvija l-kawża quddiem il-Bord tal-Appell; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) u tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009. |