17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/22


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2016 – FTI Touristik vs EUIPO – Prantner und Giersch (Fl)

(Kawża T-475/16)

(2016/C 383/30)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: FTI Touristik GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Parr, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Harald Prantner (Hamburg, il-Ġermanja) u Daniel Giersch (Monako, Monako)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “F1” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 201 273

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ R 480/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-kawża.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.