19.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 343/46


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2016 – Karl Hoffmann vs EUIPO (Genius)

(Kawża T-425/16)

(2016/C 343/62)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Karl Hoffmann (Bad Schwalbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Jonas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontezjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Ġenius” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 509 071

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Mejju 2016 fil-Każ R 1631/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-kawża.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.