19.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 343/41


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2016 – Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank vs SRB

(Kawża T-377/16)

(2016/C 343/54)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank (Bregenz, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Eisenberger, avukat)

Konvenut: Einheitlicher Abwicklungsausschuss (SRB)

Talbiet

tannulla d-“Decision of the Executive Session of the Board of 20 May 2016 on the adjustment of the 2016 ex-ante contributions to the Single Resolution Fund supplementing the Decision of the Executive Session of the Board of 15 April 2016 on the 2016 ex-ante contributions of the Single Resolution Fund (SRB/ES/SRF/2016/13)”, kif ukoll l-ewwel deċiżjoni, apparentement tal-15 ta’ April 2016, li b’mod ċar, hija intrinsikament marbuta mad-deċiżjoni tal-20 ta’ Mejju 2016;

sussidjarjament, tannulla d-“Decision of the Executive Session of the Board of 20 May 2016 on the adjustment of the 2016 ex-ante contributions to the Single Resolution Fund supplementing the Decision of the Executive Session of the Board of 15 April 2016 on the 2016 ex-ante contributions of the Single Resolution Fund (SRB/ES/SRF/2016/13)” sa fejn din tordna li l-ħlas lura tal-ammont żejjed ta’ kontribuzzjoni bħala parti mill-kontribuzzjoni stipulata għall-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni għandu jsir fl-2017.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur flagranti tal-forom proċedurali sostanzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur flagranti tal-forom proċedurali sostanzjali minħabba nuqqas ta’ pubblikazzjoni kompleta tad-deċiżjoni kkontestata.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq allegata korrezzjoni insuffiċjenti tal-kontribuzzjoni tar-rikorrent għall-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni għall-2016.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li huwa illegali li l-ħlas lura tal-ammont żejjed isir biss fl-2017.