16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/39


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2016 – Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis vs l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERCEA)

(Kawża T-348/16)

(2016/C 296/49)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERCEA) (Brussell, il-Belġju)

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li d-dejn li jidher fin-nota ta’ debitu Nru 3241606289 tas-26 ta’ Mejju 2016 tal-konvenuta intiża sabiex l-Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis tirrimborsa parti mis-sussidju li rċiviet għall-proġett MINATRAN, li tammonta għal EUR 245 525,43, hija infondata u li din is-somma tikkorrispondi għal nefqa eliġibbli;

tikkundanna lill-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 272 TFUE li tikkonstata li l-ammont ikkontestat mill-ERCEA jikkorrispondi għal nefqa eliġibbli.

Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tiddikjara li n-nefqa kkontestata mill-ERCEA hija eliġibbli u, b’mod partikolari, l-ispejjeż tal-persunal, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-ispejjeż indiretti. Dan il-fatt huwa kkorroborat mill-provi mressqa mir-rikorrenti lill-ERCEA matul kontroll imwettaq fuq il-post u mbagħad fil-kuntest ta’ korrispondenza li seħħet sussegwentement u, fuq kollox, mill-eżami konġunt tal-provi prodotti.