8.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/27 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2016 – Marsh vs EUIPO (ClaimsExcellence)
(Kawża T-308/16)
(2016/C 287/33)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Marsh GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Riegger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “ClaimsExcellence” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 847 462
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ April 2016 fil-Każ R 2358/2015-4
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti tal-appell quddiem l-EUIPO. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009. |