25.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 270/66 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2016 – East West Consulting vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-298/16)
(2016/C 270/71)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: East West Consulting SPRL (Nandrin, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat; |
konsegwentement,
— |
tiddikjara r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni Ewropea; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta sabiex tagħmel tajjeb għad-dannu mġarrab mir-rikorrenti evalwat, taħt kundizzjonijiet li jridu jiġi ddefiniti, għas-somma ta’ EUR 496 000; |
— |
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur suffiċjentement ikkaratterizzat mir-regoli tad-dritt li l-Kummissjoni allegatament wetqet meta din irreġistrat, abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/969/KE, Euratom tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar is-Sistema ta’ Twissijiet Bikrija għall-użu mill-uffiċjali awtorizzanti tal-Kummissjoni u tal-aġenziji eżekuttivi (ĠU 2008, L 344, p. 125), l-avviż “W3b” fis-sistema tat-twissija bikrija (SAP) kontra r-rikorrenti, wara investigazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), li tidentifika l-livell ta’ riskju assoċjat mar-rikorrenti bħala offerent li jirbaħ il-kuntratt pubbliku għal servizzi dwar proġett intiż li jsaħħaħ il-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Dan il-motiv huwa maqsum f’ħames partijiet:
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq id-dannu mġarrab mir-rikorrenti u fuq ir-rabta kawżali bejn l-aġir skorrett tal-Kummissjoni u tali dannu. |