4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/46


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2016 – Biogena Naturprodukte vs UASI (ZUM wohl)

(Kawża T-236/16)

(2016/C 243/52)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Biogena Naturprodukte GmbH & Co KG (Salzburg, l-Awstrija) (rappreżentant: I. Schiffer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “ZUM wohl” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 666 871

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 1982/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkonstata li s-sinjal li għalih saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni bir-referenza TK 013 666 871 huwa integralment ammess għar-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja għall-prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 29, 30, 32 u 43 imsemmija fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-23 ta’ Jannar 2015;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż kollha li l-awtur tal-applikazzjoni espona fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ reġistrazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.