10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/17


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2016 – Delfin Wellness vs EUIPO – Laher (Kabini infra-ħomor u sawni)

(Kawża T-114/16)

(2016/C 165/19)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Delfin Wellness GmbH (Leonding, l-Awstrija) (rappreżentant: T. Riedler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sabine Laher (Weyer, l-Awstrija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tad-disinn ikkontestat: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn ikkontestat ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea Nru 1058812-0001, Nru 1058812-0002 u Nru 1058812-0003

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjonijiet tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Jannar 2016 fil-Każijiet R 849/2014-3, R 850/2014-3 u R 851/2014-3

Talbiet

tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO li għandhom in-numri ta’ Każ R 849/2014-3, R 850/2014-3 u R 851/2014-3

tikkundanna lill-EUIPO kif ukoll il-part l-oħra għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 64 tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 65(f) tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 65(1)(d) tar-Regolament Nru 6/2002.