18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/38


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2016 – International Gaming Projects vs EUIPO – adp Gauselmann (TRIPLE EVOLUTION)

(Kawża T-82/16)

(2016/C 136/53)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: International Gaming Projects Ltd (Valletta, Malta) (rappreżentanti: M. Garayalde Niño, A. Alpera Plazas, avukati)

Konvenut: L Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: adp Gauselmann GmbH (Espelkamp, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-UE figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “TRIPLE EVOLUTION” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 968 138

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-02/12/2015 fil-Każ R 725/2015-2

Talbiet tar-rikorrenti

tammetti r-rikors;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;

tordna r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-UE TRIPLE EVOLUTION għal prodotti u servizzi kollha li għalihom qed tfittex il-protezzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO u/jew l-avversarju għad-drittijiet u għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Il-Bord tal-Appell ikkonkluda b’mod żbaljat li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn is-sinjali kkonfrontati.