13.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 78/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van Koophandel te Antwerpen (il-Belġju) fis-7 ta’ Diċembru 2016 – Dyson Ltd, Dyson BV vs BSH Home Appliances NV
(Kawża C-632/16)
(2017/C 078/14)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van Koophandel te Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Dyson Ltd, Dyson BV
Konvenuta: BSH Home Appliances NV
Domandi preliminari
1) |
L-osservanza stretta tar-Regolament dwar il-vacuum cleaners (1) (mingħajr ma tiġi kkompletata t-tikketta kif iddefinita fl-Anness II ta’ dan ir-regolament permezz ta’ informazzjoni li tikkonċerna l-kundizzjonijiet tal-ittestjar li wasslu għall-klassifikazzjoni fi klassi tal-effiċjenza enerġetika konformement mal-Anness I) tista’ titqies bħala ommissjoni qarrieqa fis-sens tal-Artikolu 7 tad-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali (2)? |
2) |
Ir-regolament dwar il-vacuum cleaners jipprekludi li t-tikketta tiġi kkompletata permezz ta’ simboli oħra li jikkomunikaw l-istess informazzjoni? |
(1) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 665/2013, tat-3 ta’ Mejju 2013, li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-vacuum cleaners (ĠU 2013, L 192, p. 1).
(2) Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU 2005, L 149, p. 22).