12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-30 ta’ Mejju 2016 – Kozuba Premium Selection sp. z o.o., stabbilita f’Varsavja vs Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie

(Kawża C-308/16)

(2016/C 335/43)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kozuba Premium Selection sp. z o.o., stabbilita f’Varsavja

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie

Domanda preliminari

L-Artikolu 135(1)(j) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali [punt 10 tal-Artikolu 43(1) tal-Ustawa o podatku od towarów i usług (liġi dwar it-taxxa fuq il-prodotti u s-servizzi) tal-11 ta’ Marzu 2004 [Dz. U. Nru 54, intestatura 535, kif emendata; iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar il-VAT”)] li taħtha l-provvista ta’ binjiet, kostruzzjonijiet jew partijiet minnhom huma eżentati mill-VAT, ħlief fil-każ fejn:

(a)

il-provvista ssir fil-kuntest tal-ewwel okkupazzjoni jew qabel l-ewwel okkupazzjoni,

(b)

il-perijodu bejn l-ewwel okkupazzjoni u l-provvista tal-binja, kostruzzjoni jew partijiet minnhom kien ta’ inqas minn sentejn,

sa fejn l-Artikolu 2(14) tal-Liġi dwar il-VAT jiddefinixxi l-ewwel okkupazzjoni bħala rilaxx għal użu tal-binjiet, kostruzzjonijiet jew partijiet minnhom, b’eżekuzzjoni ta’ attivitajiet taxxabbli, lill-ewwel konsumatur jew utent, wara:

(a)

li jkunu ttellgħu jew

(b)

li jkun sar titjib, jekk in-nefqa magħmula għat-titjib, kif iddefinit fir-regolamenti dwar it-taxxa fuq id-dħul, kien jikkostitwixxi mill-inqas 30 % tal-valur inizzjali?


(1)  ĠU L 347, p. 1