11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche (l-Italja) fis-7 ta’ April 2016 – Comune di Corridonia vs Provincia di Macerata, Provincia di Macerata Settore 10 – Ambiente

(Kawża C-196/16)

(2016/C 251/06)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Comune di Corridonia

Konvenuta: Provincia di Macerata, Provincia di Macerata Settore 10 – Ambiente

Domanda preliminari

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 191 TFUE u tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/92/UE (1), huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni l-fatt li ssir verifika sabiex jiġi ddeterminat jekk hemmx lok li ssir evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent (u eventwalment li ssir tali evalwazzjoni tal-effetti) wara l-kostruzzjoni tal-impjant, meta l-awtorizzazzjoni tkun ġiet annullata mill-qorti nazzjonali għar-raġuni li l-proġett ma kienx is-suġġett ta’ verifika sabiex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm lok li ssir evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, peress li tali verifika kienet ġiet eskluża abbażi ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jiksru d-dritt tal-Unjoni?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE, tal-15 ta’ Frar 2011, dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-direttiva 77/799/KEE (ĠU 2012, L 26, p. 1).