13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/35


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus (l-Estonja) fis-7 ta’ April 2016 – Bolagsupplysningen OÜ, Ingrid Ilsjan vs Svensk Handel AB

(Kawża C-194/16)

(2016/C 211/45)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Riigikohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bolagsupplysningen OÜ, Ingrid Ilsjan

Konvenuta: Svensk Handel AB

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li d-drittijiet tagħha allegatament inkisru minħabba l-pubblikazzjoni fuq l-internet ta’ data żbaljata dwarha u minħabba l-ommissjoni ta’ tneħħija ta’ kummenti dwarha tista’ tippreżenta rikors quddiem il-qrati ta’ kull Stat Membru li fit-territorju tiegħu hija, jew kienet, aċċessibbli l-informazzjoni ppubblikata fuq l-internet għad-danni kkawżati fl-imsemmi Stat Membru, sabiex tikseb ir-rettifika tad-data żbaljata kif ukoll it-tneħħija tal-kummenti li jippreġudikaw id-drittijiet tagħha?

2)

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna ġuridika li d-drittijiet tagħha allegatament inkisru minħabba l-pubblikazzjoni fuq l-internet ta’ data żbaljata dwarha u minħabba l-ommissjoni ta’ tneħħija ta’ kummenti dwarha tista’ tinvoka d-dritt għar-rettifika tal-indikazzjonijiet, għall-obbligu ta’ tneħħija tal-kummenti u għall-kumpens tad-dannu materjali kollu subit minħabba l-pubblikazzjoni tad-data żbaljata fuq l-internet, quddiem il-qrati tal-Istat li fih jinsab iċ-ċentru tal-interessi tagħha?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

għandu jitqies li ċ-ċentru tal-interessi ta’ persuna ġuridika u, għaldaqstant, il-post fejn seħħ id-dannu li hija subit jinsab fl-Istat Membru fejn din għandha s-sede tagħha jew

fid-determinazzjoni taċ-ċentru tal-interessi tal-persuna ġuridika u, għaldaqstant, tal-post fejn seħħ id-dannu li hija subit, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-każ speċifiku, pereżempju s-sede u l-istabbimenti tal-persuna ġuridika, is-sede tal-klijenti tagħha u l-modi kif hija tikkonkludi l-operazzjonijiet tagħha?


(1)  ĠU L 351, p. 1.