13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fl-4 ta’ April 2016 – Boguslawa Zaniewicz-Dybeck vs Pensionsmyndigheten

(Kawża C-189/16)

(2016/C 211/44)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Boguslawa Zaniewicz-Dybeck

Konvenuta: Pensionsmyndigheten

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 47(1)(d) tar-Regolament Nru 1408/71 jimplikaw li huwa possibbli li, fil-mument tal-kalkolu tal-pensjoni ggarantita Żvediża, jingħata għall-perijodi ta’ assigurazzjoni miksuba fi Stat Membru ieħor tal-UE valur ta’ pensjoni li jikkorrispondi għall-valur medju tal-perijodi miksuba fl-Iżvezja meta l-istituzzjoni kompetenti twettaq kalkolu prorata skont l-Artikolu 46(2) ta’ dan ir-regolament?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-istituzzjoni kompetenti tista’, fil-kalkolu tagħha tad-drittijiet għall-pensjoni ggarantita, tieħu inkunsiderazzjoni d-dħul ta’ pensjoni li l-assigurat jirċievi minn Stat Membru ieħor tal-UE mingħajr ma dan il-fatt jidħol f’kunflitt mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1408/71?