11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/3


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-160/16)

(2016/C 251/04)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Ζavvos u K. Talabér-Ritz, bħala aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

tiddikjara li r-Repubblika Ellenika, billi naqset milli tissottometti rapport dwar il-livelli kostottimali, kif stabbilit fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2010/31/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Mejju 2010, dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, kif issupplimentat mir-Regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2012 (2), tas-16 ta’ Jannar 2012, li jistabbilixxi qafas ta’ metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dawn id-dispożizzjonijiet;

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

Fit-18 ta’ Marzu 2016, il-Kummissjoni Ewropea ressqet azzjoni kontra r-Repubblika Ellenika li permezz tagħha talbet dikjarazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja li r-Repubblika Ellenika, billi naqset milli tissottometti rapport dwar il-livelli kostottimali, kif stabbilit fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Mejju 2010, dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, kif issupplimentat mir-Regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2012, tas-16 ta’ Jannar 2012, li jistabbilixxi qafas ta’ metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dawn id-dispożizzjonijiet.

2.

Permezz tal-azzjoni tagħha, il-Kummissjoni ssostni li, fir-rigward tat-talbiet imsemmija iktar ’il fuq, l-awtoritajiet Griegi għadhom ma kkomunikawx ir-rapport finali dwar il-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini, li juża l-qafas ta’ metodoloġija komparattiva stabbilit mir-Regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2012, u li, għaldaqstant, inkiser l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2010/31/UE.


(1)  ĠU 2010 L 153, p. 13.

(2)  ĠU 2012 L 81, p. 18.