13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vredegerecht te Antwerpen (il-Belġju) fl-14 ta’ Marzu 2016 – Karel de Grote – Hogeschool Katholieke Hogeschool Antwerpen VZW vs Susan Romy Jozef Kuijpers

(Kawża C-147/16)

(2016/C 211/36)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Vredegerecht te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Karel de Grote – Hogeschool Katholieke Hogeschool Antwerpen VZW

Konvenuta: Susan Romy Jozef Kuijpers

Domandi preliminari

1)

Meta hija adita b’azzjoni imressqa kontra konsumatur li tirrigwarda l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt u li għandha biss is-setgħa, skont ir-regoli interni tal-proċedura, li teżamina ex officio jekk it-talba hijiex kontra r-regoli nazzjonali ta’ ordni pubbliku, il-qorti nazzjonali għandha bl-istess mod is-setgħa li teżamina u tistabbilixxi ex officio, anki fil-kontumaċja tal-konsumatur, jekk il-kuntratt ikkonċernat jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumaturi, kif trasposta fid-dritt Belġjan?

2)

Istituzzjoni edukattiva awtonoma li tipprovdi edukazzjoni sussidjata lil konsumatur għandha titqies li hija impriża fis-sens tad-dritt tal-Unjoni fil-kuntest ta’ kuntratt għall-provvista ta’ dan it-tagħlim bi ħlas ta’ miżata ta’ reġistrazzjoni li possibbilment tista’ tiżdied b’ammonti intiżi għar- rimbors tal-ispejjeż sostnuti mill-istituzzjoni edukattiva?

3)

Kuntratt konkluż bejn konsumatur u istituzzjoni edukattiva awtonoma ssussidjata għall-provvista ta’ tagħlim issussidjat ipprovdut minn din l-istituzzjoni jaqa’ taħt id-Direttiva 93/13/KEE u istituzzjoni edukattiva awtonoma li tipprovdi edukazzjoni ssussidjata lil konsumatur għandha titqies li hija bejjiegħ jew fornitur fis-sens ta’ din id-direttiva fil-kuntest tal-kuntratt dwar il-provvista ta’ dan it-tagħlim?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288