18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fl-4 ta’ Jannar 2016 – Lucio Cesare Aquino vs Belgische Staat

(Kawża C-3/16)

(2016/C 136/12)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lucio Cesare Aquino

Konvenuta: Belgische Staat

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tal-applikazzjoni tal-ġurisprudenza żviluppata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Köbler (sentenza tat-30 ta’ Settembru 2003, Köbler, C-224/01) (1) u Traghetti del Mediterraneo (sentenza tat-13 ta’ Ġunju 2006, Traghetti del Mediterraneo, C-173/03) (2), fil-qasam ta’ responsabbiltà tal-Istat għal aġir żbaljat mill-qrati li jinvolvi ksur tad-dritt tal-Unjoni, għandha titqies bħala qorti tal-aħħar istanza l-qorti li d-deċiżjoni tagħha ma ġietx eżaminata fil-kuntest ta’ appell ta’ kassazzjoni għaliex ir-rikorrent, li ppreżenta nota fil-proċedura ta’ kassazzjoni, huwa preżunt b’mod inkonfutabbli li rtira ruħu mill-proċeduri b’applikazzjoni ta’ regola proċedurali nazzjonali?

2)

Huwa kompatibbli mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, ukoll fid-dawl tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47, u tal-Artikolu 52(3), moqrija flimkien, tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (3), li qorti nazzjonali marbuta taħt din id-dispożizzjoni tat-Trattat li tressaq talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja, tiċħad talba intiża sabiex titressaq talba għal deċiżjoni preliminari għas-sempliċi raġuni li t-talba hija fformulata f’nota li, skont ir-regoli proċedurali applikabbli, għandha tiġi miċħuda minħabba li ġiet ippreżentata tard?

3)

Fil-każ li l-ogħla fost il-qrati ordinarji ma teżaminax talba intiża sabiex tintalab deċiżjoni preliminari, għandu jitqies li twettaq ksur tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, ukoll fid-dawl tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47, u tal-Artikolu 52(3), moqrija flimkien, tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, meta din il-qorti tiċħad it-talba għas-sempliċi raġuni li t-talba mhux ser issir “peress li l-aggravji ma humiex ammissibbli għal raġuni speċifika għall-proċedura quddiem il-Hof”?


(1)  EU:C:2003:513.

(2)  EU:C:2006:391.

(3)  ĠU 2000, C 364, p. 1.