22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/32


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2015 – BASF vs UASI – Evonik Industries (DINCH)

(Kawża T-721/15)

(2016/C 068/41)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BASF SE (Ludwigshafen am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Schulz u C. Onken, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Evonik Industries AG (Marl, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “DINCH” – Trade mark Komunitarja Nru 2 563 856

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Settembru 2015 fil-Każ R 2080/2014-1

Talbiet

tirriforma d-deċiżjoni kkontestata b’mod li r-rikors tal-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell jiġi miċħud;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.