7.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/72


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2015 mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) mis-sentenza mogħtija fit-18 ta’ Marzu 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-51/14

(Kawża T-278/15 P)

(2015/C 294/87)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: KL (Brussell, il-Belġju)

Talbiet

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża F-51/14;

tilqa’ t-talbiet imressqa fl-ewwel istanza;

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka sitt aggravji li xi wħud minnhom jirrigwardaw is-sistema ta’ evalwazzjoni u oħrajn is-sistema ta’ promozzjoni.

Fuq is-sistema ta’ evalwazzjoni

1.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal, tar-regoli fil-qasam tat-tqassim tal-oneru tal-prova, tal-projbizzjoni li tittieħed deċiżjoni ultra petita u tad-drittijiet tad-difiża tal-appellant.

2.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju. L-appellant isostni li, fis-sentenza kkontestata, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (iktar ’il quddiem it-“TSP”) diversi drabi jmur lil hinn mil-limiti tal-istħarriġ tiegħu, u jidher li jrid jimponi fuqu sistema ta’ evalwazzjoni partikolari.

3.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fir-rigward ta’ nuqqas ta’ oġġettività ta’ sistema ta’ evalwazzjoni mingħajr punti u ksur tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Fuq is-sistema ta’ promozzjoni

4.

Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-projbizzjoni li tittieħed deċiżjoni ultra petita u tad-drittijiet tad-difiża tal-appellant.

5.

Il-ħames aggravju huwa bbażat fuq ksur tar-regoli fil-qasam tat-tqassim tal-oneru tal-prova.

6.

Is-sitt aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fir-rigward tal-ksur mill-appellant tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal.