21.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/48 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2015 – IR vs UASI – Pirelli Tyre (popchrono)
(Kawża T-132/15)
(2015/C 311/53)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: IR (Caen, Franza) (rappreżentant: C. de Marguerye, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pirelli Tyre SpA (Milan, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “popchrono” – Trade mark Komunitarja Nru 4 177 267
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Frar 2015, fil-Każ R 217/2014-5
Talbiet
— |
tilqa’ t-talbiet tagħha; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Frar 2015 tal-Bord tal-Appell; |
— |
tikkonferma d-drittijiet għall-proprjetà tat-trade mark POPCHRONO; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tad-dritt għal smigħ; |
— |
Interpretazzjoni stretta ta’ “użu ġenwin” mill-Bord tal-Appell; |
— |
Il-bidu mill-ġdid ta’ użu ġenwin ta’ trade mark Komunitarja inkwistjoni kellu jiġi eżaminat mill-UASI skont dokumenti sottomessi mir-rikorrenti, inkluż kuntratt ta’ liċenzjar preċedenti b’iktar minn tliet xhur qabel il-preżentata tat-talba għal revoka; |
— |
In-nuqqas tal-UASI li jieħu inkunsiderazzjoni l-ksur tar-regoli bażiċi tal-kompetizzjoni u r-rieda li parti tostakola lill-oħra. |