27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/61


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2015 – Red Bull vs UASI – Optimum Mark (Rappreżentazzjoni tal-kuluri blu u fidda)

(Kawża T-101/15)

(2015/C 138/79)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Red Bull GmbH (Fuschl am See, Awstrija) (rappreżentant: A. Renck, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Optimum Mark (Varsavja, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata:Rappreżentazzjoni tal-kuluri blu u fidda – Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 2 5 34  774

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Diċembru 2014 fil-Każ R 2037/2013-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI u l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, fil-każ li din tintervjeni, għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 4, 7(1)(a) u 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-prinċipju ta’ aspettativi leġittimi stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja fi ħdan id-dritt Komunitarju