2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/17


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2014 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-600/14)

(2015/C 073/24)

Lingwa tal-kawża: il-Germaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/699/UE, tal-24 ta’ Ġunju 2014, sa fejn tirreferi għall-emenda tal-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF-Konvenzjoni bażika) u tal-Appendiċijiet B (Regoli Uniformi dwar il-Kuntratt tal-Ġarr Internazzjonali ta’ Prodotti bil-Ferrovija – CIM), D (Regoli Uniformi għall-Kuntratti tal-Użu tal-Vetturi fit-Traffiku Ferrovjarju Internazzjonali – CUV) u E (Regoli Uniformi dwar il-Kuntratt tal-Użu tal-Infrastruttura fit-Traffiku Ferrovjarju Internazzjonali – CUI) tagħha (Artikolu 1 tad-Deċiżjoni moqri flimkien man-Nru 3, punti 4 [sa fejn jikkonċerna l-Artikolu 12 tal-COTIF-Konvenzjoni bażika], 5, 7 u 12 tal-anness), u

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

Skont il-Gvern Ġermaniż, l-Artikoli 91 u 218(9) TFEU ma jagħtux kompetenza lill-Unjoni Ewropea sabiex tistabbilixxi pożizzjoni komuni li tikkonċerna r-regoli kollha li kienu s-suġġett ta’ konsultazzjoni u ta’ teħid ta’ deċiżjoni fil-25 laqgħa tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF. Għalhekk, permezz tal-adozzjoni tad-deċiżjoni, il-Kunsill kiser il-prinċipju ta’ attribuzzjoni skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 5(2) TUE.

2.

Minbarra dan, id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata b’nuqqas ta’ motivazzjoni, minħabba li ma jirriżultax b’mod ċar minn din id-deċiżjoni għalfejn l-Unjoni Ewropea għandha kompetenza sabiex tistabbilixxi pożizzjoni komuni li tikkonċerna r-regoli kollha li kienu s-suġġett ta’ konsultazzjoni u ta’ teħid ta’ deċiżjoni fil-25 laqgħa tal-OTIF-Kumitat tar-Reviżjoni.

3.

Minbarra dan, il-Kunsill kiser il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, flimkien mal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, billi adotta l-att ikkontestat jum biss qabel il-bidu tal-25 laqgħa tal-OTIF-Kumitat tar-Reviżjoni. Għal din ir-raġuni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ġiet miċħuda minn kwalunkwe possibbiltà li tressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fi żmien xieraq sabiex tikseb protezzjoni ġudizzjarja (provviżorja) kontra d-deċiżjoni kkontestata.