EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016PC0467

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi proċedura komuni għal protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE

COM/2016/0467 final - 2016/0224 (COD)

Brussell, 13.7.2016

COM(2016) 467 final

2016/0224(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi proċedura komuni għal protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Kuntest u raġunijiet għall-proposta

L-Unjoni Ewropea qed taħdem lejn politika dwar il-migrazzjoni tal-UE integrata, sostenibbli u olistika, ibbażata fuq is-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabilitajiet, u li tista’ tiffunzjona b’mod effettiv kemm fi żmien ta’ kalma kif ukoll waqt kriżi. Sa mill-adozzjoni tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, 1 il-Kummissjoni Ewropea ħadmet biex timplimenta miżuri li jindirizzaw l-isfidi immedjati kif ukoll dawk fit-tul tal-ġestjoni tal-flussi tal-migrazzjoni b’mod effettiv u komprensiv.

Is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil hi bbażata fuq regoli li jiddeterminaw l-Istati Membri li huma responsabbli għal applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (inkluż bażi tad-dejta tal-marki tas-swaba ta’ min ifittex l-asil), standards komuni għall-proċeduri tal-asil, kundizzjonijiet ta’ akkoljenza, rikonoxximent u protezzjoni ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazjonali. Barra minn hekk, Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil jappoġġja lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil.

Minkejja l-progress sinifikanti li sar fl-iżvilupp tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, għad hemm differenzi partikolari bejn l-Istati Membri fit-tipi ta’ proċeduri li jintużaw, il-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza li jingħataw lill-applikanti, ir-rati ta’ rikonoxximent u t-tip ta’ protezzjoni mogħtija lill-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali. Dawn id-diverġenzi jikkontribwixxu għal movimenti sekondarji u shopping għal asil, joħolqu fattur ta’ attrazzjoni u fl-aħħar mill-aħħar iwasslu għal tqassim inekwu fost l-Istati Membri tar-responsabilità biex joffru protezzjoni lil dawk li għandhom bżonnha.

Il-wasliet reċenti fuq skala kbira wrew li l-Ewropa tinħtieġ sistema tal-asil effettiva u effiċjenti li tista’ tassigura qsim ta’ responsabilità ġust u sostenibbli bejn l-Istati Membri, tipprovdi kundizzjonijiet ta’ akkoljenza suffiċjenti u deċenti madwar l-UE, tipproċessa b’mod mgħaġġel u effettiv l-applikazzjonijiet għall-asil ippreżentati fl-UE, u tiżgura l-kwalità tad-deċiżjonijiet li jittieħdu sabiex dawk fil-bżonn tal-protezzjoni internazzjonali jiksbuha b’mod effettiv. Fl-istess ħin, jinħtieġ li l-UE tindirizza l-movimenti irregolari u perikolużi u li ttemm il-mudell kummerċjali tat-traffikanti. Għal dan il-għan, l-applikazzjonijiet għall-asil ta’ dawk li mhumiex intitolati għal protezzjoni internazzjonali għandhom, min-naħa waħda, jiġu trattati malajr, u dawn il-migranti għandhom jiġu rritornati malajr. Min-naħa l-oħra, iridu jinfetħu rotot sikuri u legali lejn l-UE għal dawk minn pajjiżi terzi li jinħtieġu l-protezzjoni. Dan huwa parti wkoll minn sħubija aktar wiesgħa ma’ pajjiżi ta’ prijorità ta’ oriġini u ta’ tranżitu.

Fis-6 ta’ April 2016, il-Kummissjoni stabbiliet il-prijoritajiet tagħha għal riforma strutturali tal-qafas Ewropew tal-asil u tal-migrazzjoni fil-Komunikazzjoni tagħha “Għar-Riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil u għat-Tisħiħ ta’ Rotot Legali lejn l-Ewropa”, 2 fejn iddeskriviet il-passi differenti li għandhom jittieħdu għal politika Ewropea dwar l-asil aktar umana, ġusta u effiċjenti, kif ukoll għal politika dwar il-migrazzjoni legali ġestita aħjar.

Fl-4 ta’ Mejju 2016, il-Kummissjoni ppreżentat l-ewwel sett ta’ proposti għar-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil li twettaq tliet prijoritajiet identifikati fil-Komunikazzjoni tagħha: it-twaqqif ta’ sistema ta’ Dublin sostenibbli u ġusta biex jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjonijiet għall-asil, 3 it-tisħiħ tas-sistema Eurodac għal sorveljanza aħjar tal-movimenti sekondarji u biex tiġi faċilitata l-ġlieda konta l-migrazzjoni irregolari  4 u t-twaqqif ta’ Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil ġenwina biex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-sistema Ewropea tal-asil 5 . Dawn il-proposti kienu l-ewwel pedamenti fir-riforma għall-istruttura tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil.

Bit-tieni pakkett, il-Kummissjoni qed tlesti r-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil bl-adozzjoni ta’ erba’ proposti addizzjonali: proposta li tissostitwixxi d-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil b’Regolament, 6 li jarmonizza l-arranġamenti proċedurali differenti kurrenti fl-Istati Membri kollha u li joħloq proċedura komuni ġenwina; proposta li tissostitwixxi d-Direttiva dwar il-Kwalifika  7 b’Regolament, 8 li jistabbilixxi standards uniformi għar-rikonoxximent ta’ persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni u d-drittijiet li jingħataw lill-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali kif ukoll proposta li tirrevedi d-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza  9 biex ikomplu jiġu armonizzati l-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza fl-UE, jiżdiedu l-prospetti ta’ integrazzjoni tal-applikanti u jitnaqqsu l-movimenti sekondarji. Finalment, bħala segwitu għall-impenn tagħha li ssaħħaħ ir-rotot legali għall-UE kif imħabbar fis-6 ta’ April 2016, il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll qafas ta’ risistemazzjoni fl-Unjoni strutturat, li joqrob aktar lejn approċċ aktar ikkontrollat għall-protezzjoni internazzjonali fl-UE, li jiżgura rotot ordnati u sikuri lejn l-UE għall-persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali, bl-għan li jitnaqqsu progressivament l-inċentivi għall-wasliet irregolari 10 .

Dawn il-proposti huma parti indispensabbli mir-riforma komprensiva tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil u huma interkonnessi mill-qrib. B’dan it-tieni stadju ta’ proposti leġiżlattivi li jirriformaw l-acquis, dwar l-asil, l-elementi kollha ta’ Sistema Ewropea Komuni tal-Asil solida, koerenti u integrata, ibbażata fuq regoli komuni u armonizzati li huma effettivi kif ukoll protettivi, u kompletament konformi mal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra, jinsabu bħalissa fuq il-mejda.

Is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil li qed inkomplu niżviluppaw hija kemm effettiva kif ukoll protettiva u hija mfassla biex tiżgura konverġenza sħiħa bejn is-sistemi nazzjonali tal-asil, tnaqqas l-inċentivi għal movimenti sekondarji, isaħħaħ il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri u twassal globalment għal sistema ta’ Dublin li tiffunzjona sew.

Hija tiggarantixxi li, kull fejn ikunu fl-UE, dawk li qed ifittxu l-asil jiġu ttrattati b’mod ugwali u xieraq. Hija tistipula l-għodda meħtieġa biex tkun żgurata l-identifikazzjoni rapida ta’ persuni li għandhom bżonn ġenwin ta’ protezzjoni internazzjonali, u r-ritorn ta’ dawk li mhumiex fil-bżonn ta’ protezzjoni. Hija ġeneruża ma’ dawk l-aktar vulnerabbli, u stretta fir-rigward ta’ abbuż potenzjali, filwaqt li dejjem tirrispetta d-drittijiet fundamentali. Is-sistema komuni hija finalment kosteffettiva u flessibbli biżżejjed biex tiġi adattata għall-isfidi kumplessi li l-Istati Membri jiffaċċjaw f’dan il-qasam.

L-għanijiet ta’ din il-proposta

L-għan ta’ din il-proposta hu li titwaqqaf proċedura tassew komuni għall-protezzjoni internazzjonali li hija effiċjenti, ġusta u bbilanċjata. Bl-għażla tal-forma ta’ Regolament, li hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha, u bit-tneħħija ta’ elementi ta’ diskrezzjoni kif ukoll bis-simplifikazzjoni, l-organizzazzjoni aħjar u l-konsolidazzjoni tal-arranġamenti proċedurali, il-proposta għandha l-għan li tikseb grad ogħla ta’ armonizzazzjoni u uniformità akbar fir-riżultati ta’ proċeduri tal-asil madwar l-Istati Membri kollha, u b’hekk jitneħħew l-inċentivi għal shopping għal asil u movimenti sekondarji bejn l-Istati Membri.

Il-proposta tippromwovi l-għan tal-iżgurar ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet mgħaġġel iżda ta’ kwalità għolja fl-istadji kollha tal-proċedura. Dan jirrikjedi li l-Istati Membri jinvestu fis-sistemi tal-asil tagħhom sa mill-istadji amministrattivi tal-proċedura, billi jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti bil-mezzi meħtieġa biex jieħdu deċiżjonijiet rapidi imma solidi, sabiex il-persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni jkollhom l-istatus tagħhom rikonoxxut malajr filwaqt li dawk li mhumiex fil-bżonn ta’ protezzjoni jintbagħtu lura malajr. Proċess għat-teħid ta’ deċiżjonijiet rapidu u effettiv huwa fl-interess kemm tal-applikanti, billi dan jippermetti li jiġi ċċarat l-istatus ġuridiku tagħhom, kif ukoll tal-Istati Membri billi jwassal għal iffrankar fl-ispejjeż tal-akkoljenza u amministrattivi.

Proċedura ġusta u effiċjenti komuni għall-Unjoni kollha tfisser:

Proċeduri aktar sempliċi, aktar ċari u iqsar li jissostitwixxu l-arranġamenti proċedurali differenti kurrenti fl-Istati Membri. Din il-proposta tipprevedi limiti ta’ żmien qosra iżda raġonevoli sabiex applikant jaċċedi għall-proċedura u għall-konklużjoni tal-eżami ta’ applikazzjonijiet kemm fl-istadju amministrattiv kif ukoll fl-istadju tal-appell. Jinżamm il-parametru referenzjarju ta’ sitt xhur biex tinħareġ l-ewwel deċiżjoni, filwaqt li huma previsti limiti ta’ żmien sinifikantement iqsar biex jiġu trattati applikazzjonijiet manifestament mingħajr bażi u inammissibbli. L-Istati Membri għandhom ukoll il-possibilità li jipprijoritizzaw u jeżaminaw malajr kwalunkwe applikazzjoni. Il-limiti ta’ żmien għar-reġistrazzjoni, il-preżentazzjoni u l-eżami ta’ applikazzjonijiet huma stabbiliti iżda jistgħu jiġu estiżi eċċezzjonalment meta l-Istati Membri jirċievu numru sproporzjonat ta’ applikazzjonijiet simultanji. Biex jippjanaw għal dawn l-eventwalitajiet, l-Istati Membri għandhom, b’mod pjuttost regolari, jirrevedu u jantiċipaw il-ħtiġijiet tagħhom sabiex jiżguraw li jkollhom riżorsi adegwati għall-ġestjoni effiċjenti tas-sistema tal-asil tagħhom. Fejn ikun meħtieġ, l-Istati Membri jistgħu jiddependu wkoll fuq assistenza mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Barra minn hekk, l-użu tal-proċedura ta’ ammissibilità u l-proċedura aċċellerata ta’ eżami jsir obbligatorju, u d-dispożizzjonijiet dwar applikazzjonijiet sussegwenti huma ċċarati, u dan jippermetti eċċezzjonijiet mid-dritt li wieħed jibqa’ fit-territorju fit-tmiem tal-proċedura amministrattiva jew matulha.

Garanziji proċedurali li jissalvagwardaw id-drittijiet tal-applikanti biex ikun żgurat li l-applikazzjonijiet għall-asil jiġu vvalutati b’mod xieraq fil-qafas ta’ proċedura organizzata aħjar u iqsar. Dan jiġi żgurat billi l-applikanti kollha jiġu infurmati, fil-bidu tal-proċedura, dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom, u dwar il-konsegwenzi jekk huma ma jikkonformawx mal-obbligi tagħhom. L-applikanti jeħtieġ li jingħataw opportunità effettiva biex jikkooperaw u jikkomunikaw sew mal-awtoritajiet responsabbli sabiex jippreżentaw il-fatti kollha għad-dispożizzjoni tagħhom biex isostnu l-applikazzjoni tagħhom. Din il-proposta tipprovdi lill-applikanti b’garanziji proċedurali adegwati biex isegwu l-każ tagħhom matul l-istadji kollha tal-proċedura, b’mod partikolari d-dritt li jinstemgħu f'intervista personali, interpretazzjoni kif ukoll assistenza u rappreżentanza ġuridika mingħajr ħlas. Barra minn hekk, bħala regola, huma jgawdu d-dritt li jibqgħu sakemm joħroġ ir-riżultat tal-proċedura. L-applikanti għandhom id-dritt għal notifika xierqa ta’ deċiżjoni, ir-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni skont il-fatti u skont il-liġi, u fil-każ ta’ deċiżjoni negattiva, għandhom id-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal. Huma previsti salvagwardji msaħħa għal applikanti li għandhom bżonnijiet proċedurali speċjali u minorenni mhux akkompanjati, bħal regoli aktar dettaljati dwar il-valutazzjoni, id-dokumentazzjoni u l-indirizzar tal-bżonnijiet proċedurali speċjali tal-applikant.

Regoli aktar stretti li jipprevjenu l-abbuż tas-sistema, jissanzjonaw applikazzjonijiet manifestament abużivi u jneħħu l-inċentivi għal movimenti sekondarji bit-twaqqif ta’ obbligi ċari għall-applikanti sabiex jikkooperaw mal-awtoritajiet matul il-proċedura kollha, u bl-applikazzjoni ta’ konsegwenzi serji għal nuqqas ta’ konformità mal-obbligi. F’dan ir-rigward, l-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali jsir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata applikazzjoni, jittieħdu l-marki tas-swaba’, jingħataw id-dettalji meħtieġa għall-eżami tal-applikazzjoni kif ukoll il-preżenza u l-permanenza fl-Istat Membru responsabbli. Nuqqas ta’ konformità ma’ xi wieħed minn dawn l-obbligi jista’ jwassal biex applikazzjoni tiġi rrifjutata bħala abbandunata skont il-proċedura ta’ rtirar impliċitu.

L-istrumenti proċedurali fakultattivi kurrenti għas-sanzjoni ta’ aġir abużiv ta’ applikanti, movimenti sekondarji u applikazzjonjiet manifestament mingħajr bażi jsiru obbligatorji u jibqgħu jiġu msaħħa. B’mod partikolari, il-proposta tipprevedi listi ċari, eżawrjenti u obbligatorji ta’ raġunijiet fejn eżami għandu jiġi aċċellerat u fejn l-applikazzjonijiet għandhom ikunu rrifjutati bħala manifestament mingħajr bażi jew bħala abbandunati. Barra minn hekk, l-abilità ta’ rispons għal applikazzjonijiet sussegwenti li jabbużaw mill-proċedura għall-asil ġiet imsaħħa, b’mod partikolari billi ġiet permessa t-tneħħija ta’ dawn l-applikanti mit-territorji tal-Istati Membri qabel u wara li tittieħed deċiżjoni amministrattiva dwar l-applikazzjonijiet tagħhom. Fl-istess ħin, il-garanziji kollha huma stabbiliti, inkluż id-dritt għal rimedju effettiv, biex ikun żgurat li d-drittijiet tal-applikanti jiġu dejjem garantiti.

Regoli armonizzati dwar pajjiżi bla periklu huma aspett kritiku ta’ proċedura komuni effiċjenti u din il-proposta tipprevedi l-armonizzazzjoni ta’ konsegwenzi proċedurali għall-applikazzjoni ta’ kunċetti ta’ pajjiżi bla periklu. Fejn hu evidenti li l-applikanti ma jeħtiġux protezzjoni internazzjonali minħabba li huma ġejjin minn pajjiż ta’ oriġini bla periklu, l-applikazzjonijiet tagħhom għandhom ikunu rrifjutati malajr, u jiġi organizzat ritorn rapidu. Fejn l-applikanti jkunu diġà sabu pajjiż ta’ asil preċedenti fejn huma jgawdu l-protezzjoni jew fejn l-applikazzjonijiet tagħhom jistgħu jiġu eżaminati minn pajjiż terz bla periklu, l-applikazzjonijiet għandhom jiġu ddikjarati inammissibbli. Il-Kummissjoni tipproponi li tinkiseb b’mod progressiv armonizzazzjoni sħiħa f’dan il-qasam, u biex listi ta’ pajjiżi nazzjonali bla periklu jiġu sostitwiti b’listi Ewropej jew indikazzjonijiet fil-livell tal-Unjoni fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Il-konsistenza ma’ dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta hi konsistenti bis-sħiħ mal-ewwel proposti għar-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil ippreżentati fl-4 ta’ Mejju 2016 dwar ir-Regolament ta’ Dublin, is-sistema Eurodac u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, kif ukoll ma’ proposti għar-riforma ta’ Regolament dwar il-Kwalifika u Direttiva riformulata dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza, u proposta għal sistema ta’ risistemazzjoni strutturata tal-Unjoni.

Fir-rigward tal-proposta għal riformulazzjoni tar-Regolament ta’ Dublin, din il-proposta tapplika għal applikanti li għaddejjin minn proċedura ta’ Dublin. B’mod partikolari, din il-proposta hija koerenti mar-regoli stabbiliti fil-proposta għal riformulazzjoni tar-Regolament ta’ Dublin, filwaqt li tkompli tispeċifikahom, bħall-eżami tal-ammissibilità ta’ applikazzjoni, il-proċedura aċċellerata ta’ eżami, applikazzjonijiet sussegwenti, u garanziji għall-minorenni u ġaranziji speċjali għall-minorenni mhux akkompanjati. Din il-proposta hi allinjata wkoll mar-riformulazzjoni tar-Regolament Eurodac fir-rigward tat-teħid tal-marki tas-swaba u l-immaġini tal-wiċċ tal-applikanti u r-rilevanza tagħhom għal applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali.

Fir-rigward tal-proposta dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, din il-proposta tfakkar l-importanza tal-appoġġ operazzjonali u tekniku li jista’ jingħata mill-Aġenzija lill Istati Membri biex tkun żgurata ġestjoni effiċjenti ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, kif ukoll il-forniment tal-bini tal-kapaċità mill-Aġenzija skont il-mandat propost il-ġdid għall-Aġenzija.

Fir-rigward tal-proposta għar-Regolament dwar il-Kwalifika, iż-żewġ proposti huma komplementari għal xulxin sa fejn il-proposta għar-Regolament dwar il-Kwalifika tistabbilixxi standards għall-kwalifika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, filwaqt li din il-proposta tistabbilixxi regoli proċedurali komuni għall-għoti u l-irtirar ta’ protezzjoni internazzjonali.

Din il-proposta hija marbuta wkoll mill-qrib mal-proposta għal riformulazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza. Sabiex tkun żgurata valutazzjoni f’waqtha u effettiva tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, huwa neċessarju li l-applikanti jikkonformaw mal-obbligi tar-rapportar tagħhom kif stabbiliti fil-proposta għal riformulazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza, u din il-proposta tistabbilixxi l-konsegwenzi proċedurali għal dawk l-applikanti li ma jikkonformawx ma’ dawk l-obbligi ta’ rapportar.

Il-konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Din il-proposta hija konsistenti mal-politika komprensiva għal medda twila ta’ żmien dwar ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni kif ippreżentata mill-Kummissjoni fl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, 11 li żviluppat il-Linji Gwida Politiċi tal-President Juncker f’sett ta’ inizjattivi koerenti u li jsaħħu lil xulxin ibbażati fuq erba’ pilastri. Dawk il-pilastri jikkonsistu fit-tnaqqis fl-inċentiva għal migrazzjoni irregolari, is-sigurtà tal-fruntieri esterni u s-salvataġġ ta’ ħajjiet, politika dwar l-asil b’saħħitha u politika ġdida dwar il-migrazzjoni legali. Din il-proposta, li tkompli timplimenta l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni fir-rigward tal-għan tat-tisħiħ tal-politika dwar l-asil tal-Unjoni għandha titqies bħala parti mill-politika aktar wiesgħa fil-livell tal-UE lejn il-bini ta’ sistema robusta u effettiva għal ġestjoni sostenibbli tal-migrazzjoni għall-futur li hija ġusta għas-soċjetajiet ospitanti u ċ-ċittadini tal-UE, kif ukoll għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati u l-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu.

2.IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika għall-proposta hija l-Artikolu 78(2)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżuri għal proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar ta’ status uniformi ta’ asil jew ta’ protezzjoni sussidjarja.

Sussidjarjetà

L-għan ta’ din il-proposta hu li titwaqqaf proċedura komuni għall-għoti u l-irtirar ta’ protezzjoni internazzjonali li tissostitwixxi d-diversi proċeduri ta’ asil fl-Istati Membri, biex ikunu żgurati l-puntwalità u l-effettività tal-proċedura. Applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali li jsiru minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi u minn persuni mingħajr stat għandhom ikunu eżaminati fi proċedura li tkun irregolata mill-istess regoli, irrispettivament mill-Istat Membru fejn tiġi ppreżentata l-applikazzjoni, sabiex jiġu żgurati l-ekwità fit-trattament tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, iċ-ċarezza u ċ-ċertezza ġuridika għall-applikant individwali. Barra minn hekk, l-Istati Membri ma jistgħux jistabbilixxu individwalment regoli komuni li jnaqqsu l-inċentivi għal shopping għal asil u movimenti sekondarji bejn l-Istati Membri. Għalhekk, hija meħtieġa azzjoni mill-Unjoni.

Dan l-għan ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ dan ir-Regolament, jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-UE tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dan l-għan.

Proporzjonalità

Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu.

Fir-rigward tal-istabbiliment ta’ proċedura komuni għall-għoti u l-irtirar ta’ protezzjoni internazzjonali, l-elementi kollha tal-proposta huma limitati għal dak li hu meħtieġ biex titwaqqaf u ssir possibbli tali proċedura komuni, biex din tiġi organizzata aħjar u simplifikata, biex tkun żgurata l-ekwità ta’ trattament f’termini ta’ drittijiet u garanziji għal applikanti, u biex jiġu evitati diskrepanzi fi proċeduri nazzjonali li għandhom il-konsegwenza mhux mixtieqa li jinkoraġġixxu movimenti sekondarji.

L-introduzzjoni tal-limiti ta’ żmien fl-istadji kollha tal-proċedura, ikluż fl-istadju tal-appell, u l-issikkar tal-limitu ta’ żmien għall-istadju amministrattiv tal-proċedura, huma tibdil meħtieġ sabiex il-proċeduri jiġu organizzati aħjar u biex tissaħħaħ l-effikaċja tagħhom. Il-limiti ta’ żmien proposti għall-istadju tal-appell jippermettu li jiġu rrispettati s-salvagwardji proċedurali pertinenti kollha, inkluż id-dritt għal smigħ u r-rispett ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet. Fil-proposta ta’ dawn il-limiti ta’ żmien, il-Kummissjoni stinkat biex tilħaq bilanċ bejn id-dritt li l-applikanti jkollhom il-każ tagħhom deċiż fi żmien raġonevoli, u d-dritt tagħhom għal rimedju effettiv u difiża, inkluż permezz tal-għoti ta’ assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas.

L-għażla tal-istrument

Din hi proposta għal regolament li hu maħsub biex iħassar u jissostitwixxi direttiva. Il-grad ta’ armonizzazzjoni ta’ proċeduri nazzjonali għall-għoti u l-irtirar ta’ protezzjoni internazzjonali li nkiseb permezz tad-Direttiva 2013/32/UE ma kienx biżżejjed biex jiġu indirizzati d-differenzi fit-tipi ta’ proċedura użata, il-limiti ta’ żmien għall-proċeduri, id-drittijiet u l-garanziji proċedurali għall-applikant, ir-rati ta’ rikonoxximent u t-tip ta’ protezzjoni mogħtija. Huwa biss Regolament li jistabbilixxi proċedura komuni għall-asil fl-Unjoni, u li d-dispożizzjonijiet tiegħu għandhom ikunu applikabbli direttament, li jista’ jipprovdi l-grad neċessarju ta’ uniformità u effettività meħtieġa fl-applikazzjoni ta’ regoli proċedurali fil-liġi tal-Unjoni dwar l-asil.

3.IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI

Konsultazzjonijiet mal-partijiet konċernati

Bi tħejjija għal dan it-tieni pakkett ta’ proposti, il-Kummissjoni organizzat konsultazzjonijiet immirati mal-Istati Membri, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati u s-soċjetà ċivili, li kienu ggwidati mill-għanijiet għar-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil li kienu stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ April 2016. Il-Kummissjoni vvalutat b’attenzjoni l-argumenti mressqa quddiemha, u fittxet li tirrifletti dawk li huma l-aktar kondiviżi mill-partijiet kollha kkonċernati f’din il-proposta. F’Ġunju 2016, sar skambju informali ta’ opinjonijiet mal-Parlament Ewropew dwar it-tieni pakkett ta’ proposti.

L-għażla ta’ strument mill-Kummissjoni biex jissostitwixxi d-Direttiva attwali b’Regolament kienet riċevuta b’mod pożittiv mill-parti l-kbira tal-Istati Membri, ħlief uħud li esprimew tħassib dwar il-kompatibilità mas-sistema legali amministrattiva nazzjonali tagħhom. Uħud sostnew b’mod konsistenti, sa mid-dibattitu dwar il-proposta għad-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil, li Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet li huma applikabbli direttament huwa l-istrument legali l-aktar effettiv biex ikunu żgurati d-drittijiet ta’ applikanti u l-ugwaljanza fit-trattament madwar l-Istati Membri. Madankollu, uħud mill-partijiet konċernati wissew kontra r-riskju li jitbaxxew l-istandards tal-protezzjoni sabiex jintlaħaq denominatur komuni, b’mod speċjali minħabba li l-Unjoni hija mudell prinċipali f’dan il-qasam ta’ liġi internazzjonali dwar ir-rifuġjati.

Il-parti l-kbira ta-Istati Membri rrikonoxxew il-ħtieġa għal simplifikazzjoni u kjarifika tar-regoli proċedurali kurrenti, u esprimew appoġġ għal aktar armonizzazzjoni fil-proċeduri tal-asil madwar l-Unjoni. L-Istati Membri rrikonoxxew il-bżonn li jiġu ċċarati u ssimplifikati r-raġunijiet għall-ammissibilità, l-użu ta’ proċeduri fuq il-fruntiera u proċeduri aċċellerati, u t-trattament ta’ applikazzjonijiet sussegwenti.

Kien hemm appoġġ ġenerali fost l-Istati Membri għall-introduzzjoni tal-limiti ta’ żmien massimi fl-istadji differenti tal-proċedura, inkluż fl-istadju tal-appell. Il-parti l-kbira tal-Istati Membri kienu sodisfatti bl-iskeda ta’ żmien kurrenti għall-proċedura amministrattiva normali, imma rrikonoxxew il-bżonn li jiġu stabbiliti skadenzi aktar stretti u proċeduri organizzati aħjar. Madankollu, diversi Stati Membri indikaw il-ħtieġa ta’ ammont ta’ flessibilità sabiex ikunu jistgħu jittrattaw sitwazzjonijiet ta’ influss kbir ta’ migranti, u numru sproporzjonat ta’ applikazzjonijiet simultanji. L-Istati Membri ġeneralment appoġġjaw l-introduzzjoni ta’ limiti ta’ żmien obbligatorji għall-istadju tal-appell, iżda talbu limiti ta’ żmien differenzjati skont jekk jitressqux appelli kontra deċiżjonijiet li jittieħdu fi proċeduri normali jew fi proċeduri rapidi.

Il-parti l-kbira tal-partijiet konċernati mis-soċjetà ċivili talbu simplifikazzjoni fir-regoli proċedurali kurrenti. Madankollu, huma kienu aktar xettiċi dwar l-effettività tal-limiti ta’ żmien obbligatorji għad-diversi stadji tal-proċedura. Ġie espress aktar tħassib dwar kif jista’ jkun żgurat li l-limiti ta’ żmien proposti jkunu kompatibbli mal-eżerċizzju effettiv tal-garanziji proċedurali.

Il-proċedura aċċellerata ta’ eżami, il-proċedura fuq il-fruntiera u l-proċedura ta’ ammissibilità huma meqjusa mill-parti l-kbira tal-Istati Membri bħala għodda neċessarja biex jittrattaw b’mod aktar effiċjenti l-eżami tal-applikazzjonijiet li jkun ċar li jkunu frawdolenti, mingħajr bażi jew inammissibbli. Ġew espressi opinjonijiet differenti dwar l-obbligu tal-użu tal-kunċetti tal-ewwel pajjiż tal-asil u pajjiż terz bla periklu għaċ-ċaħda ta’ applikazzjonijiet bħala inammissibbli, u l-obbligu tal-użu tal-proċedura aċċellerata ta’ eżami u l-proċedura fuq il-fruntiera. Il-parti l-kbira tal-Istati Membri jqisu l-bżonn ta’ miżuri mmirati biex is-sistema ssir aktar effettiva, u huma favur it-twaqqif ta’ listi komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu u pajjiżi terzi bla periklu, filwaqt li jesprimu preferenza li tinżamm ukoll il-possibilità ta’ listi nazzjonali.

Diversi partijiet konċernati osservaw li l-obbligu tal-applikazzjoni tal-kunċetti tal-ewwel pajjiż tal-asil u pajjiżi terzi bla periklu għad-determinazzjoni tal-ammissibilità tal-applikazzjonijiet, flimkien mal-introduzzjoni ta’ listi komuni tal-UE dwar pajjiżi terzi bla periklu, jista’ ma jkunx biżżejjed sabiex iwassal l-armonizzazzjoni mixtieqa, sakemm ikun għad hemm lok għal diskrezzjoni fl-applikazzjoni tal-kunċetti għal każijiet individwali. Uħud mill-partijiet konċernati esprimew tħassib dwar il-koeżistenza possibbli ta’ listi tal-UE u nazzjonali ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu, u enfasizzaw li l-inklużjoni jew l-esklużjoni ta’ pajjiż minn lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu tista’ tkun riveduta biss mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

Il-parti l-kbira tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili wissew kontra l-użu obbligatorju tal-kunċetti tal-ewwel pajjiż tal-asil u pajjiż terz bla periklu, u dwar proċeduri speċjali inġenerali. Uħud iqisu li applikazzjonijiet biss li huma prima facie manifestament mingħajr bażi jew abbużivi b’mod ċar għandhom ikunu soġġetti għal proċeduri aċċellerati.

F’dan il-kuntest, diversi partijiet konċernati argumentaw li applikanti vulnerabbli, u b’mod partikolari minorenni mhux akkompanjati, għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni ta’ proċeduri speċjali. Uħud mill-partijiet ikkonsultati talbu garanziji aktar b’saħħithom għal minorenni mhux akkompanjati, speċjalment fir-rigward tal-ħatra fil-pront ta’ kustodji kwalifikati.

L-Istati Membri qiesu li hu neċessarju li fil-proċedura jiġu inklużi miżuri maħsuba biex jiskoraġġixxu movimenti mhux ġustifikati u sekondarji. Il-parti l-kbira tal-Istati Membri jqisu li l-proposta għandha tistabbilixxi wkoll responsabilitajiet ċari għall-applikanti għal protezzjoni internazzjonali, u b’mod partikolari l-obbligu ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet f’kull stadju tal-proċedura, u li tingħata l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet. L-applikanti għandhom jirrispettaw ukoll l-obbligu li ma jħallux it-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jeżamina l-applikazzjoni, skont id-dispożizzjoniijiet tar-riforma proposta tar-Regolament ta’ Dublin. Il-parti l-kbira tal-Istati Membri appoġġjaw il-proposta biex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet ta’ persuni li jaħarbu mingħajr ġustifikazzjoni fil-proċedura aċċellerata, filwaqt li jkun żgurat rispett sħiħ tal-garanziji proċedurali rilevanti.

Fl-istess ħin, uħud mill-partijiet konċernati ewlenin mis-soċjetà ċivili enfasizzaw li l-proċeduri ma għandhomx ikunu applikati bħala sanzjonijiet, u ma jqisux li hu ġustifikat li jiġi assoċjat l-użu tal-proċedura aċċellerata mal-ħarba.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Dejta dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil inġabret parzjalment mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil, bħala parti minn proċess li għandu l-għan li jfassal il-leġiżlazzjoni u l-prattiki tal-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istrumenti tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil.

Barra minn hekk, mill-adozzjoni tad-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil fl-2013, il-Kummissjoni organizzat serje ta’ laqgħat għall-Kumitat ta’ Kuntatt dwar dik id-Direttiva, li matulhom ġew diskussi bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-kwistjonijiet li jiffaċċjaw l-Istati Membri fid-dawl tal-implimentazzjoni tad-Direttiva. Is-sejbiet ta’ dawn iż-żewġ proċessi infurmaw il-proposta attwali.

Id-drittijiet fundamentali

Din il-proposta tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti, b’mod partikolari, mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-obbligi li joħorġu mil-liġi internazzjonali, b’mod partikolari mill-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Konvenzjoni tan-Nazjonijiet Uniti kontra t-Tortura u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

Il-proċedura komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali għandha titwettaq f’rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali kif minquxa fil-Karta, inkluż id-dritt għad-dinjità tal-bniedem (l-Artikolu 1), il-projbizzjoni tat-tortura jew tal-pieni jew trattamenti inumani jew degradanti (l-Artikolu 4), id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali (l-Artikolu 8), id-dritt għall-asil (l-Artikolu 18), il-protezzjoni minn refoulement (l-Artikolu 19), in-nondiskriminazzjoni (l-Artikolu 21), l-ugwaljanza tad-drittijiet bejn l-irġiel u n-nisa (l-Artikolu 23), id-drittijiet tat-tfal (l-Artikolu 24) u d-dritt għal rimedju effettiv (l-Artikolu 47). Din il-proposta tqis b'mod sħiħ id-drittijiet tat-tfal u l-bżonnijiet speċjali ta’ persuni vulnerabbli.

Il-proposta tiggarantixxi li l-bżonnijiet speċjali ta’ minorenni, b’mod partikolari minorenni mhux akkompanjati, jiġu indirizzati sew billi jkun żgurat li dawn ikunu ggwidati u appoġġjati matul l-istadji kollha tal-proċedura. Il-proposta tikkunsidra wkoll l-obbligi tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (Il-Konvenzjoni ta’ Istanbul). Fid-dawl tal-proposti tal-Kummissjoni għal deċiżjonijiet tal-Kunsill għall-iffirmar u l-konklużjoni tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul, u bil-għan li n-nisa fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali, li kienu soġġetti għal vjolenza bbażata fuq is-sess ikunu garantiti livell xieraq ta’ protezzjoni, għandu jkun adottat approċċ sensittiv għall-ġeneru fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Il-proposta tippermetti l-ħżin ta’ dejta miġbura mar-reġistrazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, li tinkludi dettalji personali u elementi rilevanti għall-applikazzjoni, kif ukoll matul l-intervista personali, li tinkludi r-reġistrazzjoni jew it-traskrizzjoni tal-intervista. Sabiex jiġi żgurat li d-dejta personali tal-applikanti tkun maħżuna biss għaż-żmien neċessarju, il-proposta tiggarantixxi d-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali billi tistabbilixxi perjodu massimu ta' ħżin għal dik id-dejta. B’kunsiderazzjoni għall-fatt li dik id-dejta tifforma parti integrali mill-fajl tal-applikant, il-perjodu ta’ ħżin massimu li hu meqjus neċessarju hu ta’ għaxar snin minn deċiżjoni finali. Il-perjodu ta’ ħżin hu meqjus neċessarju fil-każ fejn ma tingħatax il-protezzjoni internazzjonali minħabba li ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jistgħu jippruvaw jitolbu protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor, jew jippreżentaw aktar applikazzjonijiet sussegwenti fl-istess Stat Membru jew fi Stat Membru ieħor fis-snin ta’ wara. Dak l-istess perjodu ta’ ħżin hu meħtieġ fir-rigward ta’ dawk li jingħataw il-protezzjoni internazzjonali, sabiex ikunu jistgħu jirrevedu l-istatus tagħhom, b’mod partikolari fil-qafas ta’ reviżjoni tal-istatus regolari stabbilit fil-proposta għar-Regolament dwar il-Kwalifika, u huwa meħtieġ ukoll minħabba l-obbligi ta’ teħid lura stabbiliti fil-proposta għal riformulazzjoni tar-Regolament ta’ Dublin fir-rigward tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali. Wara dak iż-żmien, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li jkunu baqgħu fl-Unjoni għal diversi snin ikunu kisbu status definit jew anke ċittadinanza ta’ Stat Membru. Dejta relatata ma’ persuna li tkun kisbet ċittadinanza ta’ xi Stat Membru qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ għaxar snin għandha titħassar immedjatament. Fl-Eurodac, dik id-dejta għandha titħassar mis-Sistema Ċentrali hekk kif l-Istat Membru tal-oriġini jsir konxju li l-persuna kkonċernata tkun kisbet din iċ-ċittadinanza minħabba li l-individwu ma jibqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Eurodac.

4.L-IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din il-proposta ma timponi l-ebda piż finanzjarju jew amministrattiv fuq l-Unjoni. Għalhekk ma għandha l-ebda impatt fuq il-baġit tal-Unjoni.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Arranġamenti ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ rapportar

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ tiegħu, u kull ħames snin wara dan. L-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jibagħtu l-informazzjoni rilevanti għall-abbozzar ta’ dak ir-rapport lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. L-Aġenzija se tissorvelja wkoll il-konformità ma’ dan ir-Regolament mill-Istati Membri permezz tal-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ li l-Kummissjoni pproponiet li tistabbilixxi fir-reviżjoni tagħha tal-mandat tal-Aġenzija 12 .

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-għan ta’ din il-proposta huwa li jiġi żgurat trattament rapidu u effiċjenti tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni intenazzjonali bit-twaqqif ta’ proċedura komuni għall-għoti u l-irtirar ta’ protezzjoni internazzjonali, li tissostitwixxi d-diversi proċeduri fl-Istati Membri, u li hija applikabbli għall-applikazzjonijiet kollha għall-protezzjoni internazzjonali li jsiru fl-Istati Membri.

Din il-proposta tiċċara u torganizza aħjar ir-regoli proċedurali u tipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali bl-għodda meħtieġa biex jeżaminaw u jiddeċiedu dwar applikazzjonijiet b’mod effiċjenti, u biex jiġġieldu kontra abbużi u movimenti sekondarji fl-UE, filwaqt li jsaħħu l-garanziji proċedurali neċessarji għall-applikant individwali, u b’hekk il-proċedura ssir aktar rapida u aktar effettiva.

L-organizzazzjoni aħjar u s-simplifikazzjoni tal-proċedura għal protezzjoni internazzjonali.

Il-proposta torganizza aħjar u tissimplifika l-proċedura billi tiċċara d-diversi passi fir-rigward tal-aċċess għall-proċedura. Applikazzjoni titqies li tkun saret hekk kif ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat jesprimu xewqa li jirċievu protezzjoni intenazzjonali minn Stat Membru (l-Artikolu 25(1)). Dik l-applikazzjoni trid tiġi rreġistrata fil-pront, jew tal-anqas fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol minn meta jirċevuha l-awtoritajiet nazzjonali (l-Artikolu 27(1)). Dak il-limitu ta’ żmien jibqa’ ma jinbidilx meta mqabbel mad-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil. Wara dan, l-applikanti individwali għandhom jingħataw opportunità effettiva biex jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom, u dan għandu jsir fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol minn meta tkun irreġistrata l-applikazzjoni (l-Artikolu 28(1)). Għal minorenni mhux akkompanjati, dak il-limitu ta’ żmien jibda biss minn meta jinħatar il-kustodju u dan jiltaqa’ mat-tifel/tifla (l-Artikolu 32(2)). Il-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni huwa ġdid meta mqabbel mad-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil.

L-Istati Membri għandhom jirrevedu regolarment u jantiċipaw il-ħtiġijiet tagħhom bil-għan li jiżguraw li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom riżorsi adegwati biex ikunu jistgħu jimmaniġġjaw is-sistema tal-asil tagħhom b’mod effiċjenti, inkluż bit-tħejjija ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza fejn dan ikun meħtieġ. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil tista’ tipprovdi lill-Istati Membri bl-assistenza operazzjonali u teknika meħtieġa li tippermetti li huma jirrispettaw il-limiti ta’ żmien stabbiliti. Fejn l-Istati Membri jipprevedu li mhux se jkunu jistgħu jissodisfaw dawn il-limiti ta’ żmien, huma għandhom jitolbu l-assistenza mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-mandat il-ġdid propost għall-Aġenzija. Fejn ma ssirx din it-talba, u minħabba l-pressjoni sproporzjonata s-sistema tal-asil fi Stat Membru ssir ineffettiva sal-punt li jiġi perikolat il-funzjonament tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, l-Aġenzija tista’, abbażi ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni, tieħu miżuri biex tappoġġja lil dak l-Istat Membru.

Din il-proposta tipprevedi l-organizzazzjoni aħjar tal-limiti ta’ żmien għall-proċedura amministrattiva. S’issa, għalkemm stabbiliti fid-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil, il-limiti ta’ żmien ivarjaw b’mod konsiderevoli fost l-Istati Membri, u bejn April 2015 u April 2016, medja ta’ 50% tal-każijiet fl-Unjoni Ewropea kienu ilhom pendenti għal aktar minn sitt xhur. Il-limitu ta’ żmien għall-eżami tal-applikazzjonijiet taħt proċedura regolari prevista fil-proposta huwa ta’ sitt xhur, u jista’ jiġġedded darba b’perjodu ieħor ta’ tliet xhur f’każijiet ta’ pressjoni sproporzjonata jew minħabba l-kumplessità ta’ każ (l-Artikolu 34(2) u (3)). Bħal fid-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil, tibqa’ l-possibilità ta’ sospensjoni temporanja ta’ applikazzjoni minħabba bidla fiċ-ċirkostanzi fil-pajjiż ta’ oriġini. Madankollu, anke f’dan il-każ, il-limitu ta’ żmien għall-eżami ta’ applikazzjoni ma għandux ikun itwal minn 15-il xahar (l-Artikolu 34(5)).

Limiti ta’ żmien ġodda huma stabbiliti għall-proċedura aċċellerata ta’ eżami (l-Artikolu 40(2)) u għat-trattament ta’ applikazzjonijiet inammissibbli (l-Artikolu 34(1)). Bħalissa ma hemm l-ebda limitu ta’ żmien stabbilit għal dawn il-proċeduri fid-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil, bil-konsegwenza li l-limiti ta’ żmien fl-Istati Membri jvarjaw b’mod konsiderevoli u jvarjaw minn ftit ġranet għal ftit xhur. Dawn il-proċeduri għandhom ikunu rapidi u għal din ir-raġuni il-limitu ta’ żmien propost għal proċedura aċċellerata ta’ eżami huwa ta’ xaharejn, filwaqt li dak għal każijiet ta’ inammissibilità huwa ta’ xahar. F’każijiet fejn ir-raġuni għall-inammissibilità tkun il-fatt li applikant ikun ġej minn pajjiż tal-asil preċedenti jew pajjiż terz bla periklu, il-limitu ta’ żmien għall-kontroll tal-ammissibilità huwa stabbilit għal għaxart ijiem ta’ xogħol biex ikun żgurat li r-regoli stabbiliti fir-riforma proposta ta’ Dublin li jirrikjedu li l-ewwel Stat Membru fejn tkun ippreżentata l-applikazzjoni għandu jeżamina l-ammissibilità qabel ma japplika l-kriterji għad-determinazzjoni ta’ Stat Membru responsabbli, jiġu applikati b’mod effiċjenti (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 34(1)). Il-limitu ta’ żmien għall-proċedura fuq il-fruntiera jibqa’ stabbilit għal erba’ ġimgħat bħal fid-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil (l-Artikolu 41(2)).

Il-proposta tindirizza l-proċedura globali għall-protezzjoni internazzjonali, u għal din ir-raġuni tistabbilixxi limiti ta’ żmien anke għall-preżentazzjoni ta’ appelli u għal deċiżjonijiet fl-istadju tal-ewwel appell. Huwa neċessarju li jkunu żgurati l-ekwità u l-effikaċja fil-proċedura, u li jintlaħaq l-għan globali ta’ aktar armonizzazzjoni fil-proċedura (l-Artikolu 55).

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li f’ċerti żminijiet jista’ jkun diffiċli għal Stat Membru li jirrispetta l-limiti ta’ żmien stabbiliti f’din il-proposta. Madankollu, il-bżonn li l-applikanti individwali jkollhom ċertezza legali fir-rigward tas-sitwazzjoni tagħhom huwa ta’ interess primarju. Fit-tħejjija ta’ din il-proposta, il-Kummissjoni qieset ukoll il-proposta tagħha li ssaħħaħ b’mod sinifikanti l-mandat tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u dwar il-possibilità għall-Istati Membri li jiddependu fuq assistenza operattiva u teknika mill-Aġenzija, minn Stati Membri oħra jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali.

Drittijiet u obbligi tal-applikanti

Din il-proposta tinkludi dispożizzjonijiet ċari dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għall-finijiet tal-proċedura għal protezzjoni internazzjonali. Din tistabbilixxi l-garanziji meħtieġa għall-applikanti individwali biex effettivament igawdu d-drittijiet tagħhom filwaqt li fl-istess ħin tistipula numru ta’ obbligi għall-applikant fi sforz biex dan jerfa’ r-responsabilità matul il-proċedura (l-Artikolu 7).

Skont il-proposta tal-Kummissjoni għar-riforma tar-Regolament ta’ Dublin, l-applikanti għandhom jagħmlu l-applikazzjoni tagħhom fl-Istat Membru fejn daħlu l-ewwel darba, jew fejn huma legalment preżenti fi Stat Membru (l-Artikolu 7(1)). L-applikanti huma meħtieġa li jikkooperaw mal-awtoritajiet responsabbli għalihom sabiex ikunu jistgħu jistabbilixxu l-identità tagħhom, inkluż billi jipprovdu l-marki tas-swaba’ tagħhom u l-immaġini ta’ wiċċhom. L-applikanti jridu jressqu wkoll l-elementi kolha għad-dispożizzjoni tagħhom li huma meħtieġa għall-eżami tal-applikazzjoni (l-Artikolu 7(2)). L-applikant għandu jinforma lill-awtoritajiet responsabbli dwar il-post ta’ residenza u n-numru tat-telefon tiegħu sabiex hu jkun jista’ jiġi kkuntattjat għall-iskopijiet tal-proċedura (l-Artikolu 7(4)).

L-applikanti għandhom ikunu infurmati dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita, id-drittijiet u l-obbligi tagħhom matul il-proċedura, il-konsegwenzi jekk ma jikkonformawx mal-obbligi tagħhom, ir-riżultat tal-eżami u l-possibilità ta’ appell kontra deċiżjoni negattiva (l-Artikolu 8(2)). L-obbligu fuq l-Istati Membri biex jipprovdu lill-applikant bl-informazzjoni kollha meħtieġa jsir ferm aktar importanti minħabba l-konsegwenzi ta’ nonkonformità għall-applikant. Pereżempju, fil-każ li applikant jirrifjuta li jikkoopera billi ma jipprovdix id-dettalji meħtieġa għall-eżami tal-applikazzjoni u billi ma jipprovdix il-marki tas-swaba’ tiegħu u l-immaġini ta’ wiċċu, dan jista’ jwassal biex l-applikazzjoni tkun irrifjutata bħala abbandunata skont il-proċedura għall-irtirar impliċitu ta’ applikazzjoni (l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 39(1)(c)). Bħalissa, ir-rifjut li wieħed jikkonforma mal-obbligu li jipprovdi marki tas-swaba’ huwa raġuni għal eżami aċċellerat tal-proċedura. Madankollu, minħabba li dan huwa element importanti sabiex l-applikazzjoni titqies bħala kompleta, ġew marbuta konsegwenzi aktar serji fil-każ li l-applikant ma jikkonformax.

L-applikanti għandhom jibqgħu fl-Istati Membri fejn huma meħtieġa li jkunu preżenti skont ir-Regolament ta’ Dublin (l-Artikolu 7(5)) u għandhom jirrispettaw l-obbligi ta’ rapportar li jista’ jkollhom li jirriżultaw mid-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza) l-Artikolu 7(6)). In-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi ta’ rapportar jista’ jwassal ukoll biex applikazzjoni tiġi rrifjutata bħala abbandunata (l-Artikolu 39(1)(f)), u meta applikanti ma jibqgħux fi Stat Membru fejn huma meħtieġa li jkunu preżenti, l-applikazzjoni tagħhom tiġi indirizzata taħt il-proċedura aċċellerata ta’ eżami (l-Artikolu 40(1)(g)).

Fi żmien tlitt ijiem ta’ xogħol mill-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni, l-applikant għandu jingħata dokument li jiċċertifika li l-individwu huwa applikant, li jiddikjara li għandu d-dritt li jibqa’ fit-territorju tal-Istat Membru u li jiddikjara li dan mhux dokument validu għall-ivvjaġġar (l-Artikolu 29). Id-dispożizzjonijiet ewlenin dwar id-dokumenti ttieħdu mid-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza u ġew inkorporati f’din il-proposta bħala sforz għall-organizzazzjoni aħjar tal-proċedura għall-protezzjoni internazzjonali. Il-proposta tistabbilixxi t-tip ta’ informazzjoni li għandha tkun inkluża f’dak id-dokument u tipprevedi l-possibilità li jkun hemm format uniformi għal dawk id-dokumenti li għandu jkun stabbilit permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni biex ikun żgurat li l-applikanti kollha jirċievu l-istess dokument madwar l-Istati Membri kollha (l-Artikolu 29(5)).

L-applikant igawdi d-dritt li jibqa’ fit-territorju ta’ Stat Membru għall-iskop u t-tul ta’ żmien tal-proċedura amministrattiva. Dan id-dritt ma jikkostitwixxix intitolament għal residenza u ma jagħtix lill-applikant id-dritt li jivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor mingħajr awtorizzazzjoni. Bħal fid-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil, l-eċċezzjonijiet għad-dritt li wieħed jibqa’ fit-territorju matul il-proċedura amministrattiva huma limitati, definiti b’mod ċar fil-proposta u jirrigwardjaw applikazzjonijiet sussegwenti u każijiet ta’ċediment jew estradizzjoni lejn Stat Membru ieħor skont Mandat ta’ Arrest Ewropew, lejn pajjiż terz jew lejn qorti kriminali jew tribunal internazzjonali (l-Artikolu 9).

Garanziji proċedurali

L-organizzazzjoni aħjar tal-proċedura hija meħtieġa biex tkun żgurata l-effiċjenza tal-proċedura madwar l-Istati Membri, filwaqt li fl-istess ħin tingħata garanzija li l-applikant individwali jingħata deċiżjoni, kemm jekk pożittiva kif ukoll jekk negattiva, fl-iqsar żmien possibbli. Madankollu, din ma għandhiex ikollha l-konsegwenza mhux mixtieqa li taffettwa b’mod negattiv id-dritt tal-individwi li l-applikazzjoni tagħhom tiġi eżaminata b’mod adegwat u komprensiv li jippermetti lill-applikanti jressqu l-elementi kollha li huma rilevanti biex jissostanzjaw l-applikazzjoni tagħhom matul l-eżami tagħha. Huwa għal din ir-raġuni li l-proposta tinkludi garanziji importanti għall-applikant biex ikun żgurat li, soġġett għal eċċezzjonijiet limitati u fl-istadji kollha tal-proċedura, applikant igawdi d-dritt li jinstema’ permezz ta’ intervista personali, jiġi assistit bl-interpretazzjoni meħtieġa u jingħata assistenza u rappreżentanza ġuridika mingħajr ħlas.

Il-proposta tiggarantixxi d-dritt tal-applikanti li jinstemgħu permezz ta’ intervista personali dwar l-ammissibilità jew fuq il-merti tal-applikazzjoni tagħhom, irrispettivament mit-tip ta’ proċedura amministrattiva applikata għall-każ tagħhom (l-Artikolu 12(1)). Sabiex id-dritt għal intervista personali jkun effettiv, l-applikant għandu jkun assistit minn interpretu (l-Artikolu 12(8)) u jingħata l-opportunità li jipprovdi l-ispjegazzjonijiet tiegħu rigward ir-raġunijiet għall-applikazzjoni tiegħu b’mod komprensiv. Huwa importanti li l-applikant jingħata żmien biżżejjed biex jipprepara u jikkonsulta mal-konsulent legali tiegħu, u jista’ jiġi assistit mill-konsulent ġuridiku tiegħu matul l-intervista. F’intervisti sostantivi mwettqa b’rabta mal-eżami tal-applikazzjoni fuq il-merti tagħha, l-applikanti jingħataw l-opportunità li jippreżentaw l-elementi kollha meħtieġa biex jissostanzjaw it-talba tagħhom, u biex jispjegaw xi elementi neqsin jew inkonsistenzi (l-Artikolu 11(2)). Fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ammissibilità, l-applikant għandu d-dritt għal intervista ta’ ammissibilità fejn jingħata l-opportunità li jipprovdi raġunijiet adegwati għalfejn l-applikazzjoni tiegħu ma tistax tkun irrifjutata bħala inammissibbli (l-Artikolu 10(2)).

L-intervista personali għandha titwettaq taħt kundizzjonijiet li jiżguraw kunfidenzjalità xierqa (l-Artikolu 12(2)), u minn persunal imħarreġ kif xieraq u kompetenti, inkluż fejn ikun meħtieġ, persunal minn awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra jew esperti mibgħuta mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil (l-Artikolu 12(3) u (7)). L-intervista personali tista’ ma ssirx biss fejn l-awtorità determinanti tkun se tieħu deċiżjoni pożittiva dwar l-applikazzjoni jew tkun tal-fehma li l-applikant mhuwiex f’sikktu jew kapaċi sabiex jiġi intervistat minħabba ċirkostanzi li fuqhom huwa ma jkollux kontroll (l-Artikolu 12(5)). Minħabba li l-intervista personali hija parti essenzjali mill-eżami tal-applikazzjoni, l-intervista għandha tkun irreġistrata u l-applikanti u l-konsulenti ġuridiċi tagħhom għandhom jingħataw aċċess għar-reġistrazzjoni, kif ukoll għar-rapport jew it-traskrizzjoni tal-intervista qabel ma tittieħed deċiżjoni mill-awtorità determinanti, jew fil-każ ta’ proċedura aċċellerata ta’ eżami, fl-istess żmien li tittieħed id-deċiżjoni (l-Artikolu 13).

Skont id-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil, l-applikanti huma intitolati li jirċievu informazzjoni ġuridika u proċedurali mingħajr ħlas matul il-proċedura amministrattiva, u għandhom jirċievu assistenza legali mingħajr ħlas fl-istadju tal-ewwel livell tal-appell fejn dawn ma jkollhomx il-mezzi biex iħallsu għal din l-assistenza legali. F’din il-proposta, l-aċċess għal assistenza u rappreżentanza legali matul l-istadji kollha tal-proċedura huwa meqjus bħala neċessarju biex jippermetti lill-applikanti biex jeżerċitaw b'mod sħiħ id-drittijiet tagħhom meta jitqiesu l-limiti ta’ żmien aktar stretti għall-proċedura. Għalhekk din tipprevedi d-dritt tal-applikanti li jitolbu assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas fl-istadji kollha tal-proċedura (l-Artikolu 15(1)), soġġett għall-eċċezzjonijiet limitati definiti fil-proposta. Għaldaqstant, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jipprovdux assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas meta l-applikant ikollu riżorsi suffiċjenti u fejn l-applikazzjoni jew l-appell jitqiesu li ma għandhom l-ebda prospett tanġibbli ta’ suċċess (l-Artikolu 15(3)(a) u (b) u (5)(a)(b)). Fil-proċedura amministrattiva, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li jeskludu l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas fil-każ ta’ applikazzjonijiet sussegwenti (l-Artikolu 15(3)(c)), u fl-istadju tal-appell, jistgħu jagħmlu dan fir-rigward tat-tieni livell ta’ appell jew ogħla (l-Artikolu 15(5)(c)).

Il-Kummissjoni tqis li huwa meħtieġ u xieraq li dan id-dritt jiġi estiż għall-proċedura amministrattiva, b’rikonoxximent ta’ prattika li diġà hija stabbilita fi tnejn u għoxrin Stat Membru. Dan jirrikjedi li jitpoġġew riżorsi adegwati fil-kwalità ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet matul il-proċedura amministrattiva. Madankollu, il-prattika tal-Istati Membri li diġà jipprevedu din il-possibilità turi li l-għoti ta’ assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas hija utli sabiex tkun żgurata assistenza ta’ kwalità tajba, li twassal għal deċiżjonijiet amministrattivi ta’ kwalità aħjar possibbilment b’anqas appelli.

Minorenni mhux akkompanjati u applikanti li jkunu jeħtieġu garanziji proċedurali speċjali

Il-proposta ssostni livell għoli ta’ garanziji proċedurali speċjali għal kategoriji vulnerabbli ta’ applikanti (l-Artikolu 19), u b’mod partikolari għal minorenni mhux akkompanjati (l-Artikoli 21 u 22). Biex tkun żgurata proċedura ġusta għal dawn l-applikanti, huwa neċessarju li jiġu identifikati l-bżonnijiet tagħhom kemm jista’ jkun malajr fil-proċedura, u li dawn jingħataw appoġġ u gwida adegwati matul l-istadji kollha tal-proċedura (l-Artikolu 20(1)). Fejn ma jkunx possibbli li jingħata dan l-appoġġ adegwat fil-qafas ta’ proċedura aċċellerata ta’ eżami jew proċedura fuq il-fruntiera, dawk il-proċeduri ma għandhomx ikunu applikati (l-Artikolu 19(3)).

Fir-rigward ta’ tfal inġenerali, l-aħjar interessi tat-tfal bħala kunsiderazzjoni ewlenija huwa l-prinċipju prevalenti fl-applikazzjoni tal-proċedura komuni. It-tfal kollha, irrispettivament mill-età tagħhom u jekk humiex akkompanjati jew le, għandu jkollhom ukoll id-dritt għal intervista personali, sakemm ma jkunx evidenti li dan ma jkunx fl-aħjar interess tat-tfal (l-Artikolu 21(1) u (2)).

Fir-rigward ta’ minorenni mhux akkompanjati, huma għandhom jiġu assenjati kustodju malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta’ xogħol mill-mument meta minorenni mhux akkompanjat jippreżenta applikazzjoni (l-Artikolu 22(1)). Differenzi fost is-sistemi differenti ta’ kustodja għal minorenni mhux akkompanjati fl-Istati Membri jistgħu jwasslu għal nuqqas ta’ rispett ta’ salvagwardji proċedurali, li minorenni ma jirċevux kura adegwata jew li dawn ikunu esposti għal riskju jew sitwazzjonijiet prekarji, u possibbilment dan iwassal biex dawn jaħarbu. Din il-proposta, filwaqt li jitqies studju dwar il-kustodja tat-tfal imwettaq mill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali, 13 tfittex li tistandardizza l-prattiki tal-kustodja sabiex ikun żgurat li l-kustodja ssir immedjata u effettiva madwar l-Unjoni.

Ir-rwol tal-kustodju huwa li jassisti u jirrapreżenta minorenni mhux akkompanjat bil-għan li jiġu salvagwardati l-aħjar interessi tat-tfal, u l-benesseri ġenerali tagħhom fil-proċedura għall-protezzjoni internazzjonali. Fejn ikun neċessarju, u fejn ikun possibbli taħt il-liġi nazzjonali, il-kustodju jista’ jeżerċita kapaċità legali għall-minorenni (l-Artikolu 4(2)(f)). Sabiex ikun żgurat li l-minorenni mhux akkompanjati jirċievu appoġġ xieraq, il-proposta tipprevedi li kustodju ma għandux ikun responsabbli għal numru sproporzjonat ta’ minorenni (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 22(4)). Fid-dawl tal-kompiti u r-responsabilitajiet tal-kustodju, inklużi l-limiti ta’ żmien għad-diversi passi proċedurali skont dan ir-Regolament, huwa neċessarju li n-numru ta’ każijiet assenjati għal kull kustodju jkunu raġonevoli u li l-proposta tipprevedi wkoll it-twaqqif ta’ sistema xierqa għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni ta’ kull kustodju (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 22(4)).

L-użu ta’ proċedura aċċellerata ta’ eżami u proċedura fuq il-fruntiera

F’din il-proposta, il-proċedura aċċellerata ta’ eżami ssir obbligatorja għal ċerti raġunijiet limitati relatati ma’ talbiet manifestament mingħajr bażi prima facie, bħal meta l-applikant jagħmel rappreżentazzjonijiet li jkunu inkonsistenti jew foloz b’mod ċar, iqarraq bl-awtoritajiet b’informazzjoni falza jew meta applikant ikun ġej minn pajjiż ta’ oriġini bla periklu. Bl-istess mod, applikazzjoni għandha tkun eżaminata taħt il-proċedura aċċellerata ta’ eżami meta din tkun abużiva b’mod ċar, bħal meta l-appikant ifittex li jittardja jew ifixkel l-infurzar ta’ deċiżjoni ta’ ritorn jew fejn hu ma jkunx applika għal protezzjoni internazzjonali fl-Istati Membru tal-ewwel dħul irregolari jew fl-Istat Membru fejn huwa legalment preżenti jew fejn applikant li l-applikazzjoni tiegħu tkun qed tiġi eżaminata u li jkun għamel applikazzjoni fi Stat Membru ieħor jew li jkun fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor mingħajr dokument ta’ residenza jittieħed lura skont ir-regoli l-ġodda proposti mill-Kummissjoni skont ir-Regolament ta’ Dublin mingħajr ma jintwera li n-nuqqas tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li hu ma kellux kontroll fuqhom (l-Artikolu 40(1)).

Il-proċeduri fuq il-fruntiera, li normalment jimplikaw l-użu ta’ detenzjoni matul il-proċedura, jibqgħu fakultattivi u jistgħu jiġu applikati għall-eżami tal-ammissibilità jew il-merti ta’ applikazzjonijiet għall-istess raġunijiet bħal fil-każ tal-proċedura aċċellerata ta’ eżami. Jekk ma tittieħed l-ebda deċiżjoni fi żmien erba’ ġimgħat, l-applikant jikseb id-dritt li jidħol u jibqa’ fit-territorju (l-Artikolu 41).

B’kunsiderazzjoni għall-fatt li l-proċedura aċċellerata ta’ eżami issa ssir obbligatorja, li fil-parti l-kbira tal-każijiet tkun involuta d-detenzjoni meta tiġi applikata l-proċedura fuq il-fruntiera, li t-tul ta’ żmien għaż-żewġ proċeduri huwa qasir u li ma hemm l-ebda effett ta’ sospensjoni awtomatika wara deċiżjoni li tittieħed fi kwalunkwe waħda minn dawn il-proċeduri, huwa neċessarju li l-garanziji proċedurali kollha japplikaw għall-applikant individwali, b’mod partikolari d-dritt li dan jinstema’ f’intervista personali, u li jkollu interpretazzjoni u assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas (l-Artikolu 40(1) u l-Artikolu 41(1)). L-applikazzjoni ta’ dawn il-proċeduri hija limitata fir-rigward ta’ minorenni mhux akkompanjati (l-Artikolu 40(5) u l-Artikolu 41(5)), u ma jistgħux jiġu applikati għal applikanti li jeħtieġu garanziji proċedurali speċjali sakemm dawk l-applikanti ma jistgħux jingħataw appoġġ adegwat fil-qafas ta’ dawk il-proċeduri (l-Artikolu 19(3)).

Ammissibilità ta’ applikazzjonijiet

Ir-regola ġenerali hija li applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha tkun eżaminata fuq il-merti tagħha biex ikun determinat jekk applikant jikkwalifikax għal protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (Ir-Regolament dwar il-Kwalifika) 14 . Mhuwiex meħtieġ li jkun hemm eżami fuq il-merti ta’ fejn applikazzjoni għandha tkun iddikjarata inammissibbli skont din il-proposta.

Din il-proposta tipprevdi li fejn tapplika xi waħda mir-raġunijiet għall-ammissibilità stabbiliti fil-proposta, imbagħad l-applikazzjoni għandha tkun irrifjutata bħala inammissibbli (l-Artikolu 36(1)) u dak l-eżami ma għandux jieħu aktar minn xahar (l-Artikolu 34(1)). Qabel ma jkun determinat l-Istat Membru responsabbli skont ir-regoli l-ġodda proposti mill-Kummissjoni skont ir-Regolament ta’ Dublin, l-ewwel Stat Membru fejn tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għandu jeżamina l-ammissibilità ta’ dik l-applikazzjoni meta pajjiż li mhux Stat Membru jitqies bħala l-ewwel pajjiż tal-asil jew pajjiż terz bla periklu għall-applikant. Sabiex ikun żgurat il-funzjonament effiċjenti tas-sistema ta’ Dublin, il-proposta tipprevedi li t-tul tal-eżami tar-raġunijiet relatati mal-ewwel pajjiż tal-asil jew pajjiż terz bla periklu ma għandux ikun itwal minn għaxart ijiem ta’ xogħol (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 34(1)).

Applikazzjoni għandha titqies bħala inammissibbli meta din tkun applikazzjoni sussegwenti mingħajr elementi rilevanti jew sejbiet ġodda, jew meta applikazzjoni separata minn konjuġi, sieħeb jew minorenni akkompanjat ma tkunx meqjusa bħala ġustifikata (l-Artikolu 36(1)(c) u (d)).

Ir-raġunijiet relatati mal-ewwel pajjiż tal-asil u pajjiż terz bla periklu ma għandhomx ikunu applikati għal benefiċjarji ta’ protezzjoni sussidjarja li huma risistemati skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar ir-Risistemazzjoni)  15 fil-każ li jiddeċiedu li japplikaw għal status ta’ rifuġjati ladarba jkunu fit-territorju tal-Istati Membri.

Dawk il-każijiet li jaqgħu taħt ir-Regolament ta’ Dublin, inkluż fejn Stat Membru ieħor ikun ta protezzjoni internazzjonali kif previst fir-riforma proposta ta’ Dublin, għandhom jiġu trattati skont is-sistema ta’ Dublin (l-Artikolu 36(2)).

Fejn minn valutazzjoni prima facie jkun ċar li applikazzjoni tista’ tiġi rrifjutata bħala manifestament mingħajr bażi, l-applikazzjoni tista’ tkun irrifjutata għal din ir-raġuni mingħajr ma tiġi eżaminata l-ammissibilità tagħha.

B’kunsiderazzjoni għall-fatt li t-tul tal-proċedura ta’ ammissibilità huwa tassew qasir, u li f’ċerti każijiet deċiżjoni, bħal dik li tittieħed għar-raġuni relatata mal-ewwel pajjiż tal-asil, ma jkollha l-ebda effett ta’ sospensjoni awtomatika, huwa neċessarju li jkun żgurat li l-applikant individwali jgawdi l-garanziji proċedurali kollha, b’mod partikolari d-dritt li jinstema’ f’intervista personali, interpretazzjoni u assistenza legali mingħajr ħlas (l-Artikolu 36(1)). Madankollu, eċċezzjonijiet għal dawn il-garanziji proċedurali jsiru fil-każ ta’ applikazzjonijiet sussegwenti.

It-trattament ta’ applikazzjonijiet sussegwenti

Din il-proposta tiċċara u tissimplifika l-proċedura fir-rigward tat-trattament ta’ applikazzjonijiet sussegwenti, filwaqt li tipprovdi l-għodda meħtieġa għall-prevenzjoni ta’ abbuż meta tintuża l-possibilità pprovduta minn applikazzjonijiet sussegwenti. Applikazzjoni sussegwenti hija waħda li titressaq mill-istess applikant f'xi Stat Membru wara li applikazzjoni preċedenti tkun ġiet irrifjutata permezz ta’ deċiżjoni finali (l-Artikolu 42(1)). Applikazzjoni sussegwenti hi soġġetta għal eżami preliminari, li jiddetermina jekk l-applikant jippreżentax jew le elementi rilevanti jew sejbiet ġodda li jistgħu jżidu b’mod sinifikanti l-probabilità li jikkwalifika bħala benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali (l-Artikolu 42(2)). Jekk dan ma jkunx il-każ, allura l-applikazzjoni sussegwenti għandha tiġi rrifjutata bħala inammissibli jew manifestament mingħajr bażi fejn ikun tant ċar li l-applikazzjoni ma għandha l-ebda sustanza jew li tkun abużiva li ma jkollha l-ebda prospett tanġibbli ta’ suċċess (l-Artikolu 42(5)).

Din il-proposta tipprevedi li l-eżami preliminari għandu jitwettaq abbażi ta’ preżentazzjonijiet bil-miktub u intervista personali. Madankollu, l-intervista personali tista’ ma ssirx f’każijiet fejn, mill-preżentazzjonijiet bil-miktub, ikun ċar li l-applikazzjoni ma twassalx għal elementi jew sejbiet ġodda rilevanti jew fejn ikun ċar li tkun mingħajr sustanza u li ma jkollha ebda prospett tanġibbli ta’ suċċess (l-Artikolu 42(3)). Barra minn hekk, applikant ma jgawdix minn assistenza legali mingħajr ħlas matul il-fażi preliminari tal-eżami (l-Artikolu 15(3)(c)).

F’każ ta’ applikazzjonijiet sussegwenti, ma hemm l-ebda effett awtomatiku ta’ sospensjoni u jistgħu jsiru eċċezzjonijiet għad-dritt tal-individwu li jibqa’ fit-territorju ta’ Stat Membru meta applikazzjoni sussegwenti tiġi rrifjutata bħala inammissibbli jew manifestament mingħajr bażi, jew fil-każ tat-tieni applikazzjoni jew applikazzjonijiet sussegwenti oħra, hekk kif applikazzjoni ssir fi kwalunkwe Stat Membru wara li tkun ittieħdet deċiżjoni finali li rrifjutat applikazzjoni sussegwenti preċedenti bħala inammissibbli, mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi (l-Artikolu 43). Il-Kummissjoni tqis li dan l-approċċ huwa ġustifikat b’kunsiderazzjoni li l-applikant individwali diġà kellu l-applikazzjoni tiegħu eżaminata taħt il-proċedura amministrattiva kif ukoll minn qorti jew tribunal u fejn l-applikant ikun gawda minn garanziji proċedurali inkluż intervista personali, interpretazzjoni u assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas.

Kunċetti ta’ pajjiż bla periklu

Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta’ April 2016, il-Kummissjoni kkunsidrat li aspett kritiku ta’ approċċ komuni jikkonċerna l-użu tal-mekkaniżmi “pajjiż bla periklu”. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ħabbret li se tarmonizza l-konsegwenzi proċedurali tal-kunċett u tneħħi d-diskrezzjoni dwar jekk dan jintużax jew le.

L-użu tal-kunċetti tal-ewwel pajjiż tal-asil u pajjiż terz bla periklu jippermetti li ċerti applikazzjonijiet jiġu ddikjarati inammissibbli fejn tista’ tinkiseb protezzjoni f’pajjiż terz (l-Artikolu 36(1)(a) u (b)). Iż-żewġ kunċetti jistgħu jiġu applikati fir-rigward ta’ applikant wara eżami individwali li jinkludi intervista ta’ ammissibilità.

Din il-proposta tiċċara ż-żewġ kunċetti. It-tnejn huma bbażati fuq l-eżistenza ta’ protezzjoni suffiċjenti kif definit fil-proposta (l-Artikolu 44 u l-Artikolu 45). Id-differenza prinċipali bejn iż-żewġ kunċetti tikkonċerna lill-applikant individwali. Filwaqt li taħt il-kunċett tal-ewwel pajiż tal-asil, l-applikant ikun gawda protezzjoni skont il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra jew protezzjoni suffiċjenti f’dak il-pajjiż terz, u jkun għadu jista’ japprofitta minn dik il-protezzjoni, taħt il-kunċett ta’ pajjiż terz bla periklu hemm il-possibilità li l-applikant jirċievi protezzjoni skont l-istandards sostantivi tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra jew protezzjoni suffiċjenti skont din il-proposta. Din id-differenza hija r-raġuni għalfejn din il-proposta, bħal skont il-qafas leġiżlattiv kurrenti, tipprevedi effett sospensiv awtomatiku ta’ appell fir-rigward ta’ deċiżjoni li tittieħed abbażi tar-raġuni ta’ pajjiż terz bla periklu imma mhux ir-raġuni tal-ewwel pajjiż tal-asil (l-Artikolu 53(2)(b)). Huwa meqjus li hemm riskju ogħla ta’ ksur possibbli tal-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) fl-applikazzjoni tal-kunċett ta’ pajjiż terz bla periklu u għalhekk l-effett sospensiv tal-appell jibqa’ meħtieġ biex ikun żgurat rimedju effettiv skont l-Artikolu 13 tal-KEDB.

Fir-rigward tal-kunċett ta’ pajjiż terz bla periklu, fil-Komunikazzjoni tagħha tal-10 ta’ Frar 2016, 16 il-Kummissjoni ħeġġet lill-Istati Membri kollha biex jipprevedu u jirrikjedu l-użu tiegħu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. F’din il-proposta, il-Kummissjoni tipproponi approċċ tal-UE armonizzat għall-użu tiegħu, f’rispett sħiħ tal-obbligi internazzjonali minquxa fil-Karta, il-KEDB u l-Konvenzjoni ta’ Ġinevra sabiex ikun garantit li dan jiġi applikat bl-istess mod fl-Istati Membri kollha, u tipproponi li għandhom jiġu indikati pajjiżi terzi bla periklu fil-livell tal-Unjoni permezz ta’ emenda futura ta’ dan ir-Regolament abbażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u wara li titwettaq valutazzjoni dettaljata u bbażata fuq l-evidenza li tinvolvi riċerka sostantiva u konsultazzjoni wiesgħa mal-Istati Membri u mal-partijiet konċernati rilevanti (l-Artikolu 46). Madankollu, il-kunċett ta’ pajjiż terz bla periklu jista’ jiġi applikat direttament ukoll f’każijiet individwali abbażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regolament.

L-użu tal-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini bla periklu jippermetti lil Stat Membru jeżamina applikazzjoni abbażi ta’ suppożizzjoni konfutabbli li l-pajjiż ta’ oriġini tiegħu huwa bla periklu. L-użu ta’ dan il-kunċett jippermetti li applikazzjonijiet jiġu trattati taħt proċedura aċċellerata ta’ eżami (l-Artikolu 40(1)(e)) u fejn applikazzjoni hija rrifjutata bħala manifestament mingħajr bażi għal din ir-raġuni, ma hemm l-ebda effett sospensiv awtomatiku tal-appell (l-Artikolu 53(2)(a)).

F’Settembru 2015, il-Kummissjoni pproponiet l-adozzjoni ta Regolament li jistabbilixxi lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi tal-oriġini bla periklu  17 sabiex ikun faċilitat l-ipproċessar rapidu ta’ applikazzjonijiet ta’ persuni minn dawn il-pajjiżi 18 . Il-Kummissjoni tqis li l-lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu għandha tkun parti integrali minn dan l-abbozz ta’ Regolament. Huwa għal din ir-raġuni li din il-proposta tinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament li jistabbilixxi lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu li tinkludi l-istess lista ta’ pajjiżi bbażata fuq l-istess ġustifikazzjonijiet bħal f’din il-proposta, bi ftit emendi għat-test filwaqt li jitqiesu d-diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa bejn il-koleġiżlaturi (l-Artikolu 48). Ladarba jkun hemm qbil bejn il-koleġiżlaturi dwar il-proposta tal-Kummissjoni li tistabbilixxi lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu, dik il-proposta għandha tiġi adottata. Ikun meħtieġ imbagħad li t-test finali ta’ dak ir-Regolament ġdid jiġi inkorporat fir-Regolament dwar il-Proċedura tal-Asil qabel ma jiġi adottat u r-Regolament li jistabbilixxi lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu għandu jitħassar.

L-għan hu li jsir progress lejn indikazzjonijiet armonizzati għal kollox ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu u pajjiżi terzi bla periklu fil-livell tal-Unjoni, abbażi ta’ proposti mill-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Huwa għal din ir-raġuni li din il-proposta tinkludi klawżola ta’ “estinzjoni” fejn l-Istati Membri għandhom ikomplu jżommu l-indikazzjonijiet nazzjonali ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu jew pajjiżi terzi bla periklu għal ħames snin biss wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan l-abbozz ta’ Regolament (l-Artikolu 50(1)).

Id-dritt għal rimedju effettiv

Bħala regola ġenerali, biex applikant ikun jista’ jeżerċita d-dritt tiegħu għal rimedju effettiv, huwa għandu d-dritt li jibqa’ fit-territorju sakemm jiskadi l-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ appell tal-ewwel livell, u fejn l-applikant jeżerċita dan id-dritt, sakemm joħroġ ir-riżultat ta’ dan ir-rimedju (l-Artikolu 54(1)). Huwa biss f’każijiet limitati li l-effett sospensiv ta’ appell jista’ ma jkunx awtomatiku u l-applikant individwali jkun irid jitlob lill-qorti jew lit-tribunal jissospendi l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ritorn jew il-qorti jkollha taġixxi ex officio għal dan l-għan. F’każijiet fejn deċiżjoni negattiva tirrifjuta applikazzjoni bħala manifestament mingħajr bażi jew mingħajr bażi f’każijiet soġġetti għall-proċedura aċċellerata ta’ eżami jew il-proċedura fuq il-fruntiera bħala inammissibbli minħabba li l-applikant ikun ġej mill-ewwel pajjiż tal-asil jew l-applikazzjoni tkun applikazzjoni sussegwenti, fejn applikazzjoni tiġi rrifjutata bħala espliċitament irtirata jew abbandunata, qorti jew tribunal jistgħu jippermettu lill-applikant biex jibqa’ soġġett għal talba mill-applikant jew jaġixxu ex officio għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ritorn (l-Artikolu 54(2)). Fejn applikant jippreżenta appell ieħor kontra l-ewwel deċiżjoni tal-appell jew oħrajn sussegwenti, fil-prinċipju hu ma jkollux id-dritt li jibqa’ fit-territorju tal-Istati Membri (l-Artikolu 54(5)).

Fejn issir eċċezzjoni għad-dritt għal rimedju b’effett sospensiv awtomatiku, id-drittijiet tal-applikant għandhom ikunu garantiti b’mod adegwat billi jingħata l-interpretazzjoni u l-assistenza legali meħtieġa, kif ukoll billi l-applikant jingħata żmien biżżejjed biex iħejji u jippreżenta t-talba tiegħu quddiem il-qorti jew tribunal. Barra minn hekk, kif iddeċidiet il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) fil-kawża M.S.S. v il-Belġju u l-Greċja, 19 f’qafas bħal dan, il-qorti jew it-tribunal għandhom ikunu jistgħu jeżaminaw id-deċiżjoni negattiva tal-awtorità determinanti f’termini ta’ fatti u l-liġi. F’dawn il-każijiet, filwaqt li tiġi kunsidrata s-sentenza tal-QEDB fil-kawża I.M. v. Franza 20  u dik tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Dörr, 21  u fid-dawl tal-limiti ta’ żmien stretti għall-preżentazzjoni ta’ appell, il-Kummissjoni qed tipproponi l-estensjoni tal-garanziji li, fid-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil, kienu applikabbli biss għall-proċedura fuq il-fruntiera, għall-każijiet kollha fejn applikant huwa mitlub li japplika separatament għal protezzjoni interim (l-Artikolu 54(3)). L-applikant għandu jingħata l-permess li jibqa’ fit-territorju sakemm joħroġ ir-riżultat tal-proċedura fir-rigward tad-deċiżjoni jekk għandux jibqa’ jew le. Madankollu, dik id-deċiżjoni għandha tittieħed fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tal-appell (l-Artikolu 54(4)).

Irtirar tal-protezzjoni internazzjonali

Fil-proposta tagħha għal Regolament dwar il-Kwalifika, il-Kummissjoni qed tipproponi li jissaħħu r-regoli dwar ir-rieżami tal-istatus sabiex ikun ikkontrollat jekk il-kriterji tal-eliġibilità għadhomx qed jintlaħqu bl-introduzzjoni ta’ reviżjonijiet sistematiċi u regolari. Dawn ir-rieżamijiet għandhom jitwettqu meta jkun hemm bidla sinifikanti fil-pajjiż tal-oriġini li tkun riflessa fl-informazzjoni u l-analiżi komuni dwar il-pajjiż tal-oriġini fil-livell tal-Unjoni mħejjija mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u meta l-permessi ta' residenza jiġġeddu għall-ewwel darba għar-refuġjati u għall-ewwel u għat-tieni darba għall-benefiċjarji ta' protezzjoni sussidjarja. L-awtoritajiet determinanti se jirrevokaw, itemmu jew jirrifjutaw li jġeddu l-istatus meta l-ħtiġijiet ta’ protezzjoni ma jibqgħux jeżistu jew meta r-raġunijiet għall-esklużjoni jidħlu fis-seħħ wara li tkun ingħatat il-protezzjoni. Il-proċedura għall-irtirar ta’ protezzjoni internazzjonali f’din il-proposta tibqa’ fil-parti l-kbira tagħha mhux mibdula meta mqabbla mal-qafas leġiżlattiv kurrenti. Madankollu, fid-dawl tar-rieżami tal-istatus regolari propost, kien meqjus neċessarju li jissaħħu l-garanziji proċedurali tal-individwu billi dan jingħata l-opportunità li jippreżenta l-każ tiegħu matul intervista personali u mhux biss permezz ta’ preżentazzjonijiet bil-miktub bħal kif inhu l-każ bħalissa, u billi tiġi pprovduta l-interpretazzjoni meħtieġa (l-Artikolu 52(1)(b) u l-Artikolu 52(4)). L-individwu se jkompli jgawdi d-dritt għal assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas (l-Artikolu 52(4)).

2016/0224 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi proċedura komuni għal protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 78(2)(d) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)L-għan ta’ dan ir-Regolament hu li jorganizza aħjar, jissimplifika u jarmonizza l-arranġamenti proċedurali tal-Istati Membri billi jistabbilixxi proċedura komuni għall-protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni. Biex jintlaħaq dak l-għan, qed isiru numru ta’ tibdiliet lid-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  22 u dik id-Direttiva għandha tkun imħassra u tiġi sostitwita minn Regolament. Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

(2)Politika komuni dwar l-asil, inkluża Sistema Ewropea Komuni tal-Asil li hija bbażata fuq l-applikazzjoni sħiħa u inklużiva tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar l-Istatus ta’ Rifuġjati tat-28 ta’ Lulju 1951, kif emendata mill-Protokoll ta’ New York tal-31 ta’ Jannar 1967 (il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra) hija parti kostitwenti mill-għan tal-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi progressivament spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja miftuħ għal dawk li, sfurzati miċ-ċirkostanzi, ifittxu leġittimament il-protezzjoni fl-Unjoni. Tali politika għandha tkun regolata mill-prinċipju tas-solidarjetà u l-qsim ġust tar-responsabbiltà, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħha, bejn l-Istati Membri.

(3)Is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil hija bbażata fuq standards komuni għal proċeduri tal-asil, ir-rikonoxximent u l-protezzjoni offruti fil-livell tal-Unjoni, il-kundizzjonijiet ta’ akkonljenza u sistema li tiddetermina l-Istat Membru responsabbli għal dawk li qed ifittxu l-asil. Minkejja l-progress li sar s’issa fl-iżvilupp progressiv tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, jeżistu disparitajiet sinifikanti bejn l-Istati Membri fit-tipi ta’ proċeduri li jintużaw, ir-rati ta’ rikonoxximent, it-tip ta’ protezzjoni li tingħata, il-livell tal-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali u l-benefiċċji li jingħataw lill-applikanti u lill-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali. Dawn id-diverġenzi huma motivaturi importanti ta’ movimenti sekondarji u jimminaw l-għan tal-iżgurar li f’Sistema Ewropea Komuni tal-Asil l-applikanti kollha jiġu trattati b’mod ugwali kull fejn japplikaw fl-Unjoni.

(4)Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' April 2016, 23 il-Kummissjoni stabbiliet l-għażliet tagħha għat-titjib tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, l-aktar biex tistabbilixxi sistema sostenibbli u ġusta għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għal dawk li qed ifittxu l-asil, biex tissaħħaħ is-sistema Eurodac, biex tinkiseb aktar konverġenza fis-sistema tal-asil tal-UE, biex ma jitħallewx isiru movimenti sekondarji fl-Unjoni u mandat ġdid għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Din il-Komunikazzjoni hija konformi ma’ talbiet li saru mill-Kunsill Ewropew fit-18-19 ta’ Frar 2016 24 biex isir progress lejn ir-riforma tal-qafas eżistenti tal-UE sabiex tkun żgurata politika tal-asil umana u effiċjenti. Din tipproponi wkoll triq ’il quddiem skont l-approċċ olistiku għall-migrazzjoni stabbilit mill-Parlament Ewropew fir-rapport fuq inizjattiva proprja tiegħu tat-12 ta’ April 2016.

(5)Sabiex tinkiseb Sistema Ewropea Komuni tal-Asil li tiffunzjona sew, irid isir progress sostanzjali fir-rigward tal-konverġenza ta’ sistemi nazzjonali tal-asil. Il-proċeduri tal-asil differenti kurrenti fl-Istati Membri kollha għandhom ikunu sostitwiti bi proċedura komuni għall-għoti u l-irtirar ta’ protezzjoni internazzjonali applikabbli madwar l-Istati Membri kollha skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-Regolament dwar il-Kwalifika) 25 li jiżgura l-puntwalità u l-effikaċja tal-proċedura. Applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali li jsiru minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi u minn persuni mingħajr stat għandhom ikunu eżaminati fi proċedura li tkun irregolata mill-istess regoli, irrispettivament mill-Istat Membru fejn tiġi ppreżentata l-applikazzjoni, sabiex jiġu żgurati l-ekwità fit-trattament tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, iċ-ċarezza u ċ-ċertezza ġuridika għall-applikant individwali.

(6)Proċedura komuni għall-għoti u l-irtirar ta’ protezzjoni internazzjonali għandha tillimita l-movimenti sekondarji ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali bejn Stati Membri, fejn tali movimenti jistgħu jkunu kkawżati minn differenzi fl-oqfsa legali, billi tissostitwixxi d-dispożizzjonijiet diskrezzjonali kurrenti b’regoli armonizzati u billi tiċċara d-drittijiet u l-obbligi ta’ applikanti u l-konsegwenzi ta’ nonkonformità ma’ dwak l-obbligi, u toħloq kundizzjonijiet ekwivalenti għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika) fi Stati Membri.

(7)Dan ir-Regolament għandu japplika għall-applikazzjonijiet kollha għall-protezzjoni internazzjonali magħmula fit-territorju tal-Istati Membri, inklużi dawk magħmula fil-fruntiera esterna, fl-ilmijiet territorjali jew fiż-żoni ta’ tranżitu tal-Istati Membri, u għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali. Persuni li qed ifittxu protezzjoni internazzjonali li jkunu preżenti fl-ilmijiet territorjali ta’ Stat Membru għandhom jitniżżlu fuq l-art u jkollhom l-applikazzjonijiet tagħhom eżaminati skont dan ir-Regolament.

(8)Ir-Regolament għandu japplika għal applikazzjonjiet għal protezzjoni internazzjonali fi proċedura fejn jiġi eżaminat jekk l-applikanti jikkwalifikawx bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika). Minbarra l-protezzjoni internazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jagħtu wkoll, skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom, stati umanitarji nazzjonali oħra lil dawk li ma jikkwalifikawx għall-istatus ta’ rifuġjat jew status ta’ protezzjoni sussidjarju. Sabiex jiġu standardizzati l-proċeduri fl-Istati Membri, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li japplikaw dan ir-Regolament ukoll għal applikazzjonijiet għal kwalunkwe tip ta’ protezzjoni oħra simili.

(9)Fir-rigward tat-trattament ta’ persuni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, Stati Membri huma marbuta b’obbligi skont strumenti tal-liġi internazzjonali li tagħhom huma parti.

(10)Ir-riżorsi tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni għandhom ikunu mobilizzati biex jipprovdu appoġġ adegwat għall-isforzi tal-Istati Membri fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari dawk l-Istati Membri li huma ffaċċati bi pressjonijiet speċifiċi jew sproporzjonati fuq is-sistemi tal-asil u tal-akkoljenza tagħhom.

(11)L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandha tipprovdi lill-Istati Membri bl-assistenza operazzjonali u teknika meħtieġa fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari billi tipprovdi esperti biex jassistu lill-awtoritajiet nazzjonali biex jirċievu, jirreġistraw u jeżaminaw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, u billi tipprovdi informazzjoni aġġornata dwar pajjiżi terzi, inkluż informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini u gwida dwar is-sitwazzjoni f’pajjiżi ta’ oriġini speċifiċi. Fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw standards operattivi, indikaturi, linji gwida u prattiki tajba żviluppati mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil.

(12)Fl-interess ta’ rikonoxximent korrett ta’ dawk il-persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni bħala rifuġjati fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra jew bħala persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, kull applikant għandu jkollu aċċess effettiv għall-proċedura, l-opportunità li jikkopera u jikkomunika sewwa mal-awtoritajiet responsabbli sabiex jippreżenta l-fatti rilevanti tal-każ tiegħu u l-garanziji proċedurali suffiċjenti sabiex isegwi l-każ tiegħu matul l-istadji kollha tal-proċedura.

(13)L-applikant għandu jingħata opportunità effettiva li jippreżenta l-elementi rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tiegħu lill-awtorità determinanti. Għal din ir-raġuni, l-applikant għandu, soġġett għal eċċezzjonijiet limitati, igawdi mid-dritt li jinstema’ permezz ta’ intervista personali dwar l-ammissibilità jew fuq il-merti tal-applikazzjoni tiegħu, kif xieraq. Sabiex id-dritt għal intervista personali jkun effettiv, l-applikant għandu jkun assistit minn interpretu u għandu jingħata l-opportunità li jipprovdi l-ispjegazzjonijiet tiegħu rigward ir-raġunijiet għall-applikazzjoni tiegħu b’mod komprensiv. L-applikant għandu jingħata żmien biżżejjed biex jipprepara u jikkonsulta mal-konsulent legali tiegħu, u jista’ jiġi assistit mill-konsulent legali tiegħu matul l-intervista. L-intervista personali għandha titwettaq taħt kundizzjonijiet li jiżguraw kunfidenzjalità xierqa u minn persunal imħarreġ kif xieraq u kompetenti, inkluż fejn ikun meħtieġ, persunal minn awtoritajiet minn Stati Membri oħra jew esperti mibgħuta mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. L-intervista personali tista’ ma ssirx biss fejn l-awtorità determinanti tkun se tieħu deċiżjoni pożittiva dwar l-applikazzjoni jew tkun tal-fehma li l-applikant mhuwiex f’sikktu jew kapaċi sabiex jiġi intervistat minħabba ċirkostanzi persistenti li fuqhom huwa ma jkollux kontroll. Minħabba li l-intervista personali hija parti essenzjali mill-eżami tal-applikazzjoni, l-intervista għandha tkun irreġistrata u l-applikanti u l-konsulenti legali tagħhom għandhom jingħataw aċċess għar-reġistrazzjoni, kif ukoll għar-rapport jew it-traskrizzjoni tal-intervista qabel ma tittieħed deċiżjoni mill-awtorità determinanti, jew fil-każ ta’ proċedura aċċellerata ta’ eżami, fl-istess żmien li tittieħed id-deċiżjoni.

(14)Huwa fl-interess kemm tal-Istati Membri kif ukoll tal-applikanti li jkun żgurat rikonoxximent korrett ta’ bżonnijiet ta’ protezzjoni internazzjonali diġà f’dan l-istadju tal-proċedura amministrattiva billi jipprovdu informazzjoni ta’ kwalità tajba u appoġġ legali li jwassal għal teħid ta’ deċiżjonijiet aktar effiċjenti u ta’ kwalità aħjar. Għal dan l-għan, aċċess għal assistenza u rappreżentanza legali għandhom ikunu parti integrali mill-proċedura komuni għall-protezzjoni internazzjonali. Sabiex tkun żgurata protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-applikant, b’mod partikolari d-dritt għal difiża u l-prinċipju ta’ ġustizzja, u biex tkun żgurata l-ekonomija tal-proċedura, l-applikanti għandhom, fuq talba tagħhom u soġġett għal kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, jingħataw assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas matul il-proċedura amministrattiva u fil-proċedura tal-appell. L-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas għandhom jingħataw minn persuni li huma kompetenti biex jipprovduhom skont il-liġi nazzjonali tagħhom.

(15)Xi applikanti jistgħu jeħtieġu garanziji proċedurali speċjali minħabba, fost l-oħrajn, l-età, is-sess, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tas-sess, diżabbiltà, mard serju, mard mentali jew b’konsegwenza ta’ tortura, stupru jew forom oħra serji ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika, sesswali jew ibbażata fuq il-ġeneru. Huwa meħtieġ li ssir, b’mod sistematiku, valutazzjoni ta’ jekk applikant individwali għandux bżonn ta’ garanziji proċedurali speċjali u li dawk l-applikanti jiġu identifikati malajr kemm jista’ jkun mill-mument li ssir applikazzjoni u qabel ma tittieħed deċiżjoni.

(16)Biex ikun żgurat li l-identifikazzjoni ta’ applikanti li jinħtieġu garanziji proċedurali speċjali ssir malajr kemm jista’ jkun, il-persunal tal-awtoritajiet responsabbli biex jirċievu u jirreġistraw l-applikazzjonijiet għandhom ikunu mħarrġa b’mod adegwat biex jidentifikaw sinjali ta’ vulnerabbiltà u għandhom jirċievu struzzjonijiet xierqa għal dan l-għan Aktar miżuri li jittrattaw l-identifikazzjoni u d-dokumentazzjoni tas-sintomi u s-sinjali ta’ tortura jew atti serji oħra ta’ vjolenza fiżika jew psikoloġika, inklużi atti ta’ vjolenza sesswali, fil-proċeduri koperti minn dan ir-Regolament għandhom, fost l-oħrajn, ikunu bbażati fuq il-Manwal dwar Investigazzjoni Effettiva u Dokumentazzjoni ta’ Tortura u ta’ Trattament jew Kastig Kiefer, Inuman jew Degradanti Ieħor (Protokoll ta’ Istanbul).

(17)Applikanti li jiġu identifikati bħala li jeħtieġu garanziji proċedurali speċjali għandhom ikunu pprovduti b’appoġġ xieraq, inkluż ħin biżżejjed, sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet neċessarji kollha għall-aċċess effettiv tagħhom għall-proċeduri u għall-preżentazzjoni tal-elementi meħtieġa biex jissostanzjaw l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali. Fejn ma jkunx possibbli li jingħata appoġġ xieraq fil-qafas ta’ proċedura aċċellerata ta’ eżami jew proċedura fuq il-fruntiera, applikat li jinħtieġ garanziji proċedurali speċjali għandu jkun eżentat minn dawk il-proċeduri. Il-bżonn ta’ garanziji proċedurali speċjali ta’ tip li jkun jista’ jimpedixxi l-applikazzjoni ta’ proċeduri aċċellerati jew fuq il-fruntieri għandu jfisser ukoll li l-applikant jingħata garanziji addizzjonali f’każijiet fejn l-appell tiegħu ma jkollux effett sospensiv awtomatiku, bil-għan li r-rimedju jkun effettiv fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu.

(18)Bl-għan li tiġi żgurata l-ugwaljanza sostantiva bejn l-applikanti nisa u rġiel, il-proċeduri ta’ eżami għandhom ikunu relatati mas-sessi. B’mod partikolari, l-intervisti personali għandhom ikunu organizzati b’tali mod li jagħmluha possibbli kemm għall-applikanti nisa kif ukoll għall-irġiel biex jitkellmu dwar l-esperjenzi tal-passat tagħhom f’każijiet li jinvolvu persekuzzjoni bbażata fuq il-ġeneru. Għal dan il-għan, in-nisa għandhom jingħataw opportunità effettiva li jiġu intervistati separatament mill-konjuġi jew is-sieħeb tagħhom, jew minn membri oħra tal-familja. Fejn hu possibbli, in-nisa u l-bniet għandhom jiġu pprovduti b’interpreti u intervistaturi nisa. Eżaminazzjonijiet mediċi fuq nisa u bniet għandhom isiru minn prattikanti mediċi femminili, b’mod partikolari b’kunsiderazzjoni għall-fatt li l-persuna li qed tapplika setgħet kienet vittma ta’ vjolenza bbażata fuq il-ġeneru. Il-kumplessità tat-talbiet relatati mal-ġeneru għandhom ikunu kkunsidrati sew fi proċeduri bbażati fuq il-kunċett tal-ewwel pajjiż tal-asil, il-kunċett ta’ pajjiż terz bla periklu, il-kunċett tal-pajjiż ta’ oriġini bla periklu u l-kunċett tal-applikazzjonijiet sussegwenti.

(19)Meta, fil-qafas tal-ipproċessar tal-applikazzjoni, issir tfittxija fuq l-applikant, din it-tfittxija għandha ssir minn persuna tal-istess ġeneru. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għal tfittxija li ssir, għal raġunijiet ta’ sigurtà, abbażi tal-liġi nazzjonali.

(20)L-aħjar interessi tat-tfal għandu jkun kunsiderazzjoni primarja tal-Istati Membri meta japplikaw dan ir-Regolament, f’konformità mal-Artikolu 24 tal-Karta u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Fl-ivvalutar tal-aħjar interessi tat-tfal, l-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jieħdu kont dovut tal-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni, inkluż l-ambjent fejn jgħixu/jitrabbew. Fid-dawl tal-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal rigward id-dritt li t-tfal jinstemgħu, l-awtorità determinanti gandha tipprovdi lill-minorenni bl-opportunità ta’ intervista personali sakemm ma jidhirx b’mod ċar li dan ma jkunx fl-aħjar interessi tal-minorenni.

(21)Il-proċedura komuni tistandardizza l-limiti ta’ żmien għal individwu biex jaċċedi għall-proċedura, għall-eżami tal-applikazzjoni mill-awtorità determinanti kif ukoll għall-eżami tal-appelli tal-ewwel livell mill-awtoritajiet ġudizzjarji. Filwaqt li numru sproporzjonat ta’ applikazzjonijiet simultanji jista’ jirriskja l-ittardjar tal-aċċess għall-proċedura u l-eżami tal-applikazzjonijiet, jista’ jkun meħtieġ grad ta’ flessibilità biex dawk il-limiti ta’ żmien jiġu estiżi b’mod eċċezzjonali. Madankollu, biex ikun żgurat proċess effettiv, l-estensjoni ta’ dawk il-limiti ta’ żmien għandha ssir bħala l-aħħar soluzzjoni meta jitqies li l-Istati Membri għandhom jirrevedu b’mod regolari l-ħtiġijiet tagħhom biex tinżamm sistema tal-asil effiċjenti, inkluż bit-tħejjija ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza fejn ikun meħtieġ, u filwaqt li jitqies li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandha tipprovdi lill-Istati Membri bl-assistenza operazzjonali u teknika meħtieġa. Fejn l-Istati Membri jipprevedu li mhux se jkunu jistgħu jissodisfaw il-limiti ta’ żmien, huma għandhom jitolbu l-assistenza mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Fejn ma ssirx din it-talba, u minħabba l-pressjoni sproporzjonata s-sistema tal-asil fi Stat Membru ssir ineffettiva sal-punt li tipperikola l-funzjonament tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, l-Aġenzija tista’, abbażi ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni, tieħu miżuri biex tappoġġja lil dak l-Istat Membru.

(22)L-aċċess għall-proċedura komuni għandu jkun ibbażat fuq approċċ fi tliet passi li jikkonsisti fit-tħejjija, ir-reġistrazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni. It-tħejjija ta’ applikazzjoni huwa l-ewwel pass li jiskatta l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat jitqiesu li jkunu għamlu applikazzjoni meta jesprimu x-xewqa li jirċievu protezzjoni internazzjonali mill-Stat Membru. Din ix-xewqa tista’ tiġi espressa fi kwalunkwe forma, u l-applikant individwali mhux neċessarjament juża kliem speċifiku bħal protezzjoni internazzjonali, asil jew protezzjoni sussidjarja. L-element li jiddefinixxi għandu jkun l-espressjoni miċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew il-persuna mingħajr Stat ta’ biża’ ta’ persekuzzjoni jew ta’ ħsara serja meta dan imur lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, jew fil-każ ta’ persuna mingħajr Stat, lejn il-pajjiż tar-residenza abitwali ta’ qabel tiegħu. Fil-każ ta’ dubju dwar jekk ċerta dikjarazzjoni tistax tinftiehem bħala applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew il-persuna mingħajr Stat għandhom jiġu mistoqsija espressament jekk jixtiequx jirċievu protezzjoni internazzjonali. L-applikant għandu jibbenefika minn drittijiet skont dan ir-Regolament u d-Direttiva XXX/XXX/UE (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza)  26 hekk kif jagħmel l-applikazzjoni.

(23)Applikazzjoni għandha tiġi rreġistrata hekk kif tiġi ppreżentata. F’dan l-istadju, l-awtoritajiet responsabbli biex jirċievu u jirreġistraw l-applikazzjonijiet, inkluż il-gwardji tal-fruntiera, il-pulizija, l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni u l-awtoritajiet responsabbli għall-faċilitajiet ta’ detenzjoni għandhom jirreġistraw l-applikazzjoni flimkien mad-dettalji personali tal-applikant individwali. Dawk l-awtoritajiet għandhom jinfurmaw lill-applikant dwar id-drittijiet u l-obbligi tiegħu, kif ukoll il-konsegwenzi għall-applikant fil-każ ta’ nonkonformità ma’ dawk l-obbligi. L-applikant għandu jingħata dokument li jiċċertifika li tkun saret l-applikazzjoni. Il-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni jibda jgħodd mill-mument li fih tiġi rreġistrata l-applikazzjoni.

(24)Il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni huwa l-att li jifformalizza l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. L-applikant għandu jingħata l-informazzjoni meħtieġa dwar kif u fejn għandu jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu, u għandu jingħata opportunità effettiva biex jagħmel dan. F’dan l-istadju huwa wkoll meħtieġ li jippreżenta l-elementi kollha għad-dispożizzjoni tiegħu meħtieġa biex jissostanzja u jikkompleta l-applikazzjoni. Il-limitu ta’ żmien għall-proċedura amministrattiva jibda jgħodd mill-mument li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni. F’dak il-mument, l-applikant għandu jingħata dokument li jiċċertifika l-istatus tiegħu bħala applikant, u li għandu jkun validu għat-tul ta’ żmien tad-dritt tiegħu li jibqa’ fit-territorju tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni.

(25)L-applikant għandu jkun infurmat sew dwar id-drittijiet u l-obbligi tiegħu fil-ħin u b’ilsien li jifhem, jew li huwa mistenni li jifhem b’mod raġonevoli. B’kunsiderazzjoni għall-fatt li fejn, pereżempju, l-applikant jirrifjuta li jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali billi ma jipprovdix l-elementi meħtieġa għall-eżami tal-applikazzjoni u billi ma jipprovdix il-marki tas-swaba’ tiegħu jew l-immaġni ta’ wiċċu, jew jonqos milli jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu fil-limitu ta’ żmien stabbilit, l-applikazzjoni tista’ tiġi rrifjutata bħala abbandunata, huwa neċessarju li l-applikant ikun infurmat dwar il-konsegwenzi jekk ma jikkonformax ma’ dawn l-obbligi.

(26)Biex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, il-persunal tal-awtoritajiet responsabbli biex jirċievu u jirreġistraw l-applikazzjonijiet għandu jkollhom għarfien xieraq u għandhom jirċievu t-taħriġ neċessarju fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali, inkluż bl-appoġġ tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Huma għandhom jingħataw ukoll il-mezzi xierqa u l-istruzzjonijiet biex iwettqu il-kompiti tagħhom b’mod effettiv.

(27)Sabiex ikun faċilitat l-aċċess għall-proċedura fil-punti tal-qsim tal-fruntiera u fil-faċilitajiet ta’ detenzjoni, l-informazzjoni dwar il-possibilità li ssir applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha tkun disponibbli. Komunikazzjoni bażika neċessarja biex tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jifhmu jekk il-persuni jiddikjaraw ix-xewqa tagħhom li jirċievu l-protezzjoni internazzjonali għandha tkun żgurata permezz ta’ arranġamenti għall-interpretazzjoni.

(28)Dan ir-Regolament għandu jipprevedi l-possibilità li l-applikanti jippreżentaw applikazzjoni f’isem il-konjuġi tagħhom, is-sieħeb tagħhom f’relazzjoni stabbli u fit-tul, adulti dipendenti u minorenni. Din l-għażla tippermetti l-eżami konġunt ta’ dawk l-applikazzjonijiet. Id-dritt ta’ kull individwu li jfittex protezzjoni internazzjonali huwa garantit mill-fatt li jekk l-applikant ma japplikax f’isem il-konjuġi, is-sieħeb, adulti dipendenti u minorenni fil-limitu ta’ żmien stabbilit għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni, il-konjuġi jew is-sieħeb xorta waħda jista’ jagħmel dan f’ismu, u l-adult dipendenti jew il-minorenni għandhom ikunu assistiti mill-awtorità determinanti. Madankollu, jekk applikazzjoni separata mhix ġustifikata, din għandha titqies bħala inammissibbli.

(29)Biex ikun żgurat li minorenni mhux akkompanjati jkollhom aċċess effettiv għall-proċedura, dejjem għandu jinħatar kustodju għalihom. Il-kustodju għandu jkun persuna jew rappreżentant ta’ organizzazzjoni maħtur biex jassisti u jmexxi lill-minorenni matul il-proċedura bil-għan li jissalvagwardja l-aħjar interessi tat-tfal kif ukoll il-benesseri ġenerali tagħhom. Fejn ikun meħtieġ, il-kustodju għandu jeżerċita l-kapaċità legali għall-minorenni. Sabiex jipprovdu appoġġ effettiv għall-minorenni mhux akkompanjati, il-kustodji ma għandhomx ikunu responsabbli għal numru sproporzjonat ta’ minorenni mhux akkompanjati fl-istess ħin. L-Istati Membri għandhom jaħtru entitajiet jew persun responsabbli għall-appoġġ, is-superviżjoni u l-monitoraġġ tal-kustodji fit-twettieq tal-kompiti tagħhom. Minorenni mhux akkompanjat għandu jippreżenta applikazzjoni f’ismu stess jew permezz tal-kustodju tiegħu. Sabiex jiġu salvagwardjati d-drittijiet u l-garanziji proċedurali ta’ minorenni mhux akkompanjat, il-limitu ta’ żmien sabiex dan jippreżenta applikazzjoni għandu jibda minn meta jinħatar il-kustodju tiegħu u dawn jiltaqgħu. Fejn il-kustodju ma jippreżentax l-applikazzjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit, il-minorenni mhux akkompanjat għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta l-applikazzjoni f’ismu bl-assistenza tal-awtorità determinanti. Il-fatt li minorenni mhux akkompanjat jagħżel li jippreżenta applikazzjoni f’ismu stess ma għandux jipprekludih milli jiġi assenjat kustodju.

(30)Sabiex ikunu garantiti d-drittijiet tal-applikanti, deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet kollha għall-protezzjoni internazzjonali għandhom jittieħdu abbażi tal-fatti, oġġettivament, b’mod imparzjali u fuq bażi individwali wara eżami fil-fond li jikkunsidra l-elementi kollha pprovduti mill-applikant u ċ-ċirkostanzi individwali tal-applikant. Biex ikun żgurat eżami rigoruż ta’ applikazzjoni, l-awtorità determinanti għandha tikkunsidra informazzjoni rilevanti, preċiża u aġġornata relatata mas-sitwazzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini tal-applikant li tinkiseb mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u sorsi oħra bħall-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati. L-awtorità determinanti għandha tikkunsidra wkoll kull analiżi komuni rilevanti ta’ informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini żviluppata mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Kull posponiment tal-konklużjoni tal-proċedura għandu jkun kompletament konformi mal-obbligi tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika) u mad-dritt għal amministrazzjoni tajba, mingħajr preġudizzju għall-effiċjenza u l-ġustizzja tal-proċedura skont dan ir-Regolament.

(31)Sabiex ikunu garantiti d-drittijiet tal-applikant, deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tiegħu għandha tingħata bil-miktub. Fejn id-deċiżjoni ma tagħtix protezzjoni internazzjonali, l-applikant għandu jingħata r-raġunijiet għad-deċiżjoni u l-informazzjoni dwar il-konsegwenzi tad-deċiżjoni, kif ukoll il-mod kif jista’ jikkontesta dik id-deċiżjoni. Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-applikant li jibqa’ fit-territorju u l-prinċipju ta’ non-refoulement, tali deċiżjoni tista’ tinkludi, jew tista’ tingħata flimkien ma’ deċiżjoni ta’ ritorn maħruġa skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.  27  

(32)Huwa neċessarju li deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali jittieħdu minn awtoritajiet li l-persunal tagħhom ikollu l-għarfien xieraq u li jkun irċieva t-taħriġ meħtieġ fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali, u li jwettqu l-attivitajiet tagħhom bir-rispett dovut għall-prinċipji etiċi applikabbli. Dan għandu japplika għall-persunal tal-awtoritajiet minn Stati Membri oħra u esperti mibgħuta mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil biex jassistu lill-awtorità determinanti ta’ Stat Membru fl-eżami ta’ applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali.

(33)Mingħajr preġudizzju għat-twettiq ta’ eżami adegwat u komplet ta’ applikazzjoni għal protezzjonin internazzjonali, huwa fl-interess kemm tal-Istati Membri kif ukoll tal-applikanti li tittieħed deċiżjoni kemm jista’ jkun malajr. Il-limiti ta’ żmien massimi għat-tul tal-proċedura amministrattiva kif ukoll għall-ewwel livell ta’ appell għandhom ikunu stabbiliti biex tkun standardizzata l-proċedura għal protezzjoni internazzjonali. B’dan il-mod, l-applikanti għandhom ikunu jistgħu jirċievu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom fl-iqsar żmien possibbli fl-Istati Memrbi kollha, biex b’hekk tkun żgurata proċedura rapida u effiċjenti.

(34)Sabiex jitqassar it-tul globali tal-proċedura f’ċerti każijiet, l-Istati Membri għandu jkollhom il-flessibilità, f’konformità mal-ħtiġijiet nazzjonali tagħhom, li jagħtu prijorità lill-eżami ta’ kwalunkwe applikazzjoni billi tiġi eżaminata qabel applikazzjonijiet oħrajn li saru qabel, mingħajr deroga mil-limiti ta’ żmien, prinċipji u garanziji proċedurali li normalment japplikaw.

(35)Qabel ma jkun determinat l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-Regolament ta’ Dublin), 28 l-ewwel Stat Membru li fih tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni għandu jeżamina l-ammissibilità ta’ dik l-applikazzjoni meta pajjiż li mhux Stat Membru jitqies bħala l-ewwel pajjiż tal-asil jew pajjiż terz bla periklu għall-applikant.. Barra minn hekk, applikazzjoni għandha titqies li hija inammissibbli meta din tkun applikazzjoni sussegwenti mingħajr elementi rilevanti jew sejbiet ġodda, jew meta applikazzjoni separata minn konjuġi, sieħeb jew minorenni akkompanjat ma tkunx meqjusa bħala ġustifikata.

(36)Il-kunċett tal-ewwel pajjiż tal-asil għandu jkun applikat bħala raġuni għal inammissibilità fejn wieħed jista’ jassumi b’mod raġonevoli li pajjiż ieħor jista’ protezzjoni skont l-istndards sostantivi tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra jew l-applikant jista’ jingħata protezzjoni suffiċjenti f’dak il-pajjiż. B’mod partikolari, l-Istati Membri ma għandhomx jeżaminaw il-merti ta’ applikazzjoni fejn pajjiż ta’ asil preċedenti jkun ta lill-applikant l-istatus ta’ rifuġjat jew inkella protezzjoni suffiċjenti. L-Istati Membri għandhom jipproċedu fuq dik il-bażi biss fejn huma jkunu sodisfatti, inkluż, fejn ikun meħtieġ jew xieraq, abbażi ta’ assigurazzjonijiet miksuba mill-pajjiż terz ikkonċernat, li l-applikant ikun gawda u se jkompli jgawdi minn protezzjoni f’dak il-pajjiż skont il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra jew inkella gawda u se jkompli jgawdi protezzjoni suffiċjenti, b’mod partikolari fir-rigward tad-dritt għal residenza legali, aċċess xieraq għas-suq tax-xogħol, faċilitajiet ta’ akkoljenza, saħħa u edukazzjoni, u d-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja skont l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem.

(37)Il-kunċett ta’ pajjiż terz bla periklu għandu jkun applikat bħala raġuni għal inammissibilità fejn l-applikant, minħabba konnessjoni ma’ dak il-pajjiż terz inkluż wieħed li jkun għadda minnu, jista’ jkun mistenni b’mod raġonevoli li jfittex protezzjoni f’dak il-pajjiż, u hemm raġunijiet biex ikun ikkunsidrat li l-appikant se jiddaħħal jew jerġa’ jiddaħħal mill-ġdid f’dak il-pajjiż. L-Istati Membri għandhom jipproċedu fuq dik il-bażi biss fejn huma jkunu sodisfatti, inkluż, fejn ikun meħtieġ jew xieraq, abbażi ta’ assigurazzjonijiet miksuba mill-pajjiż terz ikkonċernat, li l-applikant se jkollu l-possibilità li jirċievi protezzjoni skont l-istandards sostantivi tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra jew se jgawdi protezzjoni suffiċjenti, b’mod partikolari fir-rigward tad-dritt għal residenza legali, aċċess xieraq għas-suq tax-xogħol, faċilitajiet ta’ akkoljenza, saħħa u edukazzjoni, u d-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja skont l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem.

(38)Applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha tkun eżaminata fuq il-merti tagħha biex ikun determinat jekk applikant jikkwalifikax għal protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (Ir-Regolament dwar il-Kwalifika). Mhux meħtieġ li jkun hemm eżami fuq il-merti ta’ fejn applikazzjoni għandha tkun iddikjarata inammissibbli skont dan ir-Regolament. Madankollu, fejn minn valutazzjoni prima facie jkun ċar li applikazzjoni tista’ tiġi rrifjutata bħala manifestament mingħajr bażi, l-applikazzjoni tista’ tkun irrifjutata għal dik ir-raġuni mingħajr ma tiġi eżaminata l-ammissibilità tagħha.

(39)L-eżami ta’ applikazzjoni għandu jkun aċċellerat u jitlesta f’mhux aktar minn xahrejn f’dawk il-każijiet fejn applikazzjoni hija manifestament mingħajr bażi minħabba li hija talba abużiva, inkluż fejn applikant ikun ġej minn pajjiż ta’ oriġini bla periklu jew applikant jagħmel applikazzjoni biss biex jittardja jew ifixkel l-infurzar ta’ deċiżjoni ta’ tneħħija, jew fejn ikun hemm tħassib serju ta’ sigurtà nazzjonali jew pubblika, fejn l-applikant ma japplikax għal protezzjoni internazzjoni fl-ewwel Stat Membru tad-dħul jew fl-Istat Membru ta’ residenza legali, jew fejn applikant li l-applikazzjoni tiegħu tkun qed tiġi eżaminata u li għamel applikazzjoni fi Stat Membru ieħor jew li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor mingħajr dokument ta’ residenza jittieħed lura skont ir-Regolament ta’ Dublin. Fil-każ imsemmi l-aħħar, l-eżami tal-applikazzjoni ma għandux ikun aċċellerat jekk l-applikant ikun jista’ jipprovdi ġustifikazzjonijiet sostanzjati għalfejn ikun telaq lejn Stat Membru ieħor mingħajr awtorizzazzjoni, ikun ippreżenta applikazzjoni fi Stat Membru ieħor jew inkella ma kienx disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti, bħal pereżempju f’każ li hu ma kienx infurmat sew u fil-ħin dwar l-obbligi tiegħu. Barra minn hekk, proċedura aċċellerata ta’ eżami tista’ tkun applikata għal minorenni mhux akkompanjati biss fiċ-ċirkostanzi limitati stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(40)Ħafna applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jsiru fil-fruntiera jew f’żona ta’ tranżitu ta’ Stat Membru qabel ma tittieħed deċiżjoni rigward id-dħul tal-applikant. L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jipprovdu eżami dwar l-ammissibilità jew eżami fuq il-merti li jippermettu li dawn l-applikazzjonijiet jiġu deċiżi f’dawk il-postijiet f’ċirkostanzi definiti sew. Il-proċedura fuq il-fruntiera ma għandhiex tieħu aktar minn erba’ ġimgħat u wara dak il-perjodu l-applikanti għandhom jitħallew jidħlu fit-territorju tal-Istat Membru. Huwa biss fejn numru sproporzjonat ta’ applikanti jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom fuq il-fruntieri jew f’żona ta’ tranżitu li tista’ tiġi applikata proċedura fuq il-fruntiera f’postijiet viċin il-fruntiera jew iż-żona ta’ tranżitu. Proċedura fuq il-fruntiera tista’ tkun applikata għal minorenni mhux akkompanjati biss fiċ-ċirkostanzi limitati stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(41)Il-kunċett ta’ ordni pubbliku jista’, fost l-oħrajn, ikopri sentenza ta’ kundanna għat-twettiq ta’ delitt gravi.

(42)Sakemm applikant ikun jista’ jagħti raġuni tajba, in-nuqqas ta’ dokumenti mad-dħul jew l-użu ta’ dokumenti ffalsifikati ma għandux iwassal per se għal rikors awtomatiku għal proċedura aċċellerata ta’ eżami jew proċedura fuq il-fruntiera.

(43)Fejn applikant jew jirtira espliċitament l-applikazzjoni tiegħu bir-rieda tiegħu stess, jew ma jikkonformax mal-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta’ Dublin) jew id-Direttiva XXX/XXX/UE (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza) u b’hekk jirtira b’mod impliċitu l-applikazzjoni tiegħu, l-applikazzjoni ma għandhiex tkun eżaminata aktar u għandha tkun irrifjutata bħala espliċitament irtirata jew abbandunata, u kull applikazzjoni fl-Istati Membri mill-istess applikant wara din id-deċiżjoni għandha titqies bħala applikazzjoni sussegwenti. Madankollu, l-irtirar impliċitu ma għandux ikun awtomatiku, imma l-applikant għandu jingħata l-opportunità li jirrapporta lill-awtorità determinanti u juri li n-nuqqas ta’ konformità ma’ dawk l-obbligi kien dovut għal ċirkostanzi li hu ma kellux kontroll fuqhom.

(44)Fejn applikant jagħmel applikazzjoni sussegwenti mingħajr ma jippreżenta evidenza jew sejbiet ġodda li jżidu b’mod sinifikanti l-possibilità li hu jikkwalifika bħala benefiċjaarju ta’ protezzjoni intenazzjonali jew li jirrigwardjaw ir-raġunijiet li għalihom l-applikazzjoni preċedenti kienet irrifjutata bħala inammissibbli, dik l-applikazzjoni sussegwenti ma għandhiex tkun soġġetta għal proċedura tal-eżami ġdida sħiħa. F’dawk il-każijiet, wara eżami preliminari, applikazzjonijiet għandhom ikunu miċħuda bħala inammissibbli jew manifestament mingħajr bażi fejn ikun tant ċar li l-applikazzjoni hija mingħajr sustanza jew abużiva li ma jkollha l-ebda prospett tanġibbli ta’ suċċess, skont il-prinċipju res judicata. L-eżami preliminari għandu jitwettaq abbażi ta’ preżentazzjonijiet bil-miktub u intervista personali, madankollu, l-intervista personali tista’ ma ssirx f’dawk il-każijiet fejn, mill-preżentazzjonijiet bil-miktub, ikun ċar li l-applikazzjoni ma twassalx għal elementi jew sejbiet ġodda rilevanti jew ikun ċar li hija mingħajr sustanza u mingħajr ebda prospett tanġibbli ta’ suċċess. F’każ ta’ applikazzjonijiet sussegwenti, jistgħu jsiru eċċezzjonijiet għad-dritt tal-individwu li jibqa’ fit-territorju ta’ Stat Membru wara li applikazzjoni sussegwenti tiġi rrifjutata bħala inammissibbli jew mingħajr bażi, jew fil-każ tat-tieni applikazzjoni jew applikazzjonijiet sussegwenti oħra, hekk kif applikazzjoni ssir fi kwalunkwe Stat Membru wara deċiżjoni finali li kienet irrifjutat applikazzjoni sussegwenti preċedenti bħala inammissibbli, mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi.

(45)Kunsiderazzjoni ewlenija fir-rigward ta’ jekk applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandhiex bażi soda jew le hija s-sigurtà tal-applikant fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu. B’kunsiderazzjoni għall-fatt li r-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika) għandu l-għan li jikseb livell għoli ta’ konverġenza rigward il-kwalifika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr Stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, dan ir-Regolament jistabbilixxi kriterji komuni biex pajjiżi terzi jiġu indikati bħala pajjiżi ta’ oriġini bla periklu u, fid-dawl tal-ħtieġa li tissaħħaħ l-applikazzjoni tal-kunċett tal-pajjiż ta’ oriġini bla periklu bħala għodda essenzjali li tappoġġja l-ipproċessar rapidu ta’ applikazzjonijiet li x’aktarx huma mingħajr bażi, dan ir-Regolament jistabbilixxi lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu.

(46)Il-fatt li pajjiż terz ikun fuq il-lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu ma jistax jistabbilixxi garanzija assoluta ta’ sigurtà għaċ-ċittadini ta’ dak il-pajjiż u għalhekk ma jwarrabx il-ħtieġa li jkun hemm eżami individwali xieraq tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. Fin-natura stess tagħha, il-valutazzjoni li tkun il-bażi tal-indikazzjoni tista’ tieħu kont biss taċ-ċirkostanzi ġenerali, ċivili, legali u politiċi f’dak il-pajjiż u tikkunsidra jekk l-awturi tal-persekuzzjoni, tat-tortura jew ta’ trattament jew kastig inuman jew degradanti humiex soġġetti għal sanzjonijiet fil-prattika meta jinstabu responsabbli f’dak il-pajjiż. Għal din ir-raġuni, meta applikant juri li jkun hemm raġunijiet serji sabiex il-pajjiż ma jiġix kunsidrat bħala wieħed bla periklu fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu, l-indikazzjoni tal-pajjiż bħala wieħed bla periklu ma tistax aktar titqies bħala rilevanti għalih.

(47)Fir-rigward tal-indikazzjoni ta’ pajjiżi terzi mingħajr periklu fil-livell tal-Unjoni, dan ir-Regolament jipprevedi li għandu jkun hemm tali indikazzjoni. Pajjiżi terzi għandhom ikunu indikati bħala pajjiżi terzi bla periklu fil-livell tal-Unjoni permezz ta’ emenda għal dan ir-Regolament abbażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u wara li titwettaq valutazzjoni dettaljata bbażata fuq l-evidenza li tinvolvi riċerka sostantiva u konsultazzjoni wiesgħa ma’ Stati Membri u partijiet konċernati rilevanti.

(48)It-twaqqif ta’ lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu u lista komuni tal-UE għal pajjiżi terzi bla periklu għandu jindirizza wħud mid-diverġenzi eżistenti bejn il-listi nazzjonali tal-Istati Membri ta’ pajjiżi bla periklu. Filwaqt li l-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li japplikaw jew jintroduċu leġiżlazzjoni li tippermetti l-indikazzjoni nazzjonali ta’ pajjiżi terzi minbarra dawk indikati bħala pajjiżi terzi bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew dawk li jkunu jidhru fil-lista komuni tal-UE bħala pajjiżi ta’ oriġini bla periklu, l-istabbiliment ta’ tali indikazzjoni jew lista komuni għandu jiżgura li l-kunċett jiġi applikat mill-Istati Membri kollha b’mod uniformi fir-rigward ta’ applikanti li l-pajjiżi tagħhom ta’ oriġini jkunu fuq il-lista komuni jew li għandhom konnessjoni ma’ pajjiż terz bla periklu. Dan għandu jiffaċilita l-konverġenza fl-applikazzjoni tal-proċeduri u b’hekk jiġu skoraġġuti wkoll il-movimenti sekondarji ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali. Għal dik ir-raġuni, il-possibilità li jintużaw listi jew indikazzjonijiet nazzjonali għandha tiġi fi tmiemha fi żmien perjodu ta’ ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(49)Il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandha tirrevedi regolarment is-sitwazzjoni f’pajjiżi terzi indikati bħala pajjiżi terzi bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew li jkunu fuq il-lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu. Fil-każ ta’ bidla għall-għarrieda għall-agħar fis-sitwazzjoni ta’ tali pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tissospendi l-indikazzjoni ta’ dak il-pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew il-preżenza ta’ dak il-pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu għal perjodu limitat ta’ żmien permezz ta’ att delegat skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, f’dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tipproponi emenda għall-pajjiż terz biex dan ma jibqax jiġi indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew biex dak il-pajjiż terz jitneħħa mil-lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu fi żmien 3 xhur mill-adozzjoni tal-att delegat li jissospendi lil dak il-pajjiż terz.

(50)Għall-finijiet ta’ din il-valutazzjoni sostanzjata, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra varjetà ta’ sorsi ta’ informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha, inkluż b’mod partikolari r-Rapporti ta’ Progress Annwali għal pajjiżi terzi indikati bħala pajjiżi kandidati mill-Kunsill Ewropea, rapporti regolari mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-informazzjoni mill-Istati Membri, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, il-Kunsill tal-Ewropa u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ testendi s-sospensjoni tal-indikazzjoni ta’ pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew il-preżenza ta’ pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu għal perjodu ta’ sitt xhur, bil-possibilità li dik l-estensjoni tiġġedded darba. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Hija u tħejji l-atti delegati u tfassalhom, il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dokumenti rilevanti jintbagħtu fl-istess ħin, b’mod f’waqtu u kif xieraq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(51)Meta jiskadu l-perjodu ta’ validità tal-att delegat u l-estensjonijiet tiegħu, mingħajr ma jkun ġie adottat att delegat ġdid, l-indikazzjoni tal-pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew mil-lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu ma għandhiex tibqa’ sospiża. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe emenda proposta għat-tneħħija tal-pajjiż terz mil-listi.

(52)Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, għandha tirrieżamina regolarment is-sitwazzjoni f’pajjiżi terzi li jkunu tneħħew mil-lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu jew pajjiżi terzi bla periklu, inkluż fejn Stat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni li huwa jqis, abbażi ta’ valutazzjoni sostanzjata, li wara tibdil fis-sitwazzjoni ta’ dak il-pajjiż terz, jerġa’ jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u jista’ jkun indikat bħala pajjiż bla periklu. F’dan il-każ, l-Istati Membri jistgħu jindikaw biss lil dak il-pajjiż terz bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu jew pajjiż terz bla periklu fil-livell nazzjonali sakemm il-Kummissjoni ma toġġezzjonax għal dik l-indikazzjoni. Fejn il-Kummissjoni tqis li dawn il-kundizzjonijiet huma sodisfatti, tista’ tipproponi emenda għall-indikazzjoni ta’ pajjiżi terzi bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew għal-lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu sabiex iżżid il-pajjiż terz.

(53)Fir-rigward ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu, wara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni tal-20 ta’ Lulju 2015, fejn l-Istati Membri qablu li għandha tingħata prijorità lil valutazzjoni mill-Istati Membri kollha tas-sigurtà tal-Balkani tal-Punent, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil organizzat, fit-2 ta’ Settembru 2015, laqgħa fil-livell ta’ esperti mal-Istati Membri fejn intlaħaq kunsens wiesa’ li l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo*, 29 l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja għandhom jiġu meqjusa bħala pajjiżi ta’ oriġini bla periklu fis-sens ta’ dan ir-Regolament.

(54)Abbażi ta’ firxa ta’ sorsi ta’ informazzjoni, inkluż b’mod partikolari rapportar mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u informazzjoni mill-Istati Membri, mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, mill-Kunsill tal-Ewropa u minn organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħra, numru ta’ pajjiżi terzi jitqiesu li jikkwalifikaw bħala pajjiżi ta’ oriġini bla periklu.

(55)Fir-rigward tal-Albanija, il-bażi ġuridika għal protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin hija pprodvuta b’mod adegwat permezz ta’ leġiżlazzjoni sostantiva u proċedurali tad-drittijiet tal-bniedem u kontra d-diskriminazzjoni, inkluża l-adeżjoni għat-trattati internazzjonali ewlenin kollha li jolqtu d-drittijiet tal-bniedem. Fl-2014, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet li kien hemm ksur f’erbgħa minn 150 applikazzjoni. M’hemm l-ebda indikazzjoni ta’ inċidenti ta’ espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni ta’ ċittadini proprji lejn pajjiżi terzi fejn, fost l-oħrajn, hemm riskju serju li dawn jistgħu jkunu soġġetti għall-piena tal-mewt, tortura, persekuzzjoni jew trattament jew kastig ieħor inuman jew degradanti, jew fejn ħajjithom jew il-libertajiet tagħhom ikunu mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, l-orjentazzjoni sesswali, sħubija fi grupp soċjali jew opinjoni politika partikolari tagħhom, jew fejn hemm riskju serju ta’ espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni lejn pajjiż terz ieħor. Fl-2014, l-Istati Membri kkunsidraw li 7,8 % (1040) ta’ applikazzjonijiet għall-asil ta’ ċittadini mill-Albanija kellhom bażi soda. Mill-inqas tmien Stati Membri indikaw lill-Albanija bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu. L-Albanija ġiet indikata bħala pajjiż kandidat mill-Kunsill Ewropew. Fiż-żmien tal-indikazzjoni,il-valutazzjoni kienet li l-Albanija ssodisfat il-kriterji stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen tal-21-22 ta’ Ġunju 1993 relatati mal-istabilità tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għal u l-protezzjoni ta’ minoranzi u l-Albanija se jkollha tkompli tissodisfa dawk il-kriterji biex issir membru skont ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija fir-Rapport ta’ Progress Annwali.

(56)Fir-rigward tal-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kostituzzjoni tipprovdi l-bażi għall-kondiviżjoni tas-setgħat bejn il-popli kostitwenti tal-pajjiż. Il-bażi ġuridika għal protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin hija pprodvuta b’mod adegwat permezz ta’ leġiżlazzjoni sostantiva u proċedurali tad-drittijiet tal-bniedem u kontra d-diskriminazzjoni, inkluża l-adeżjoni mat-trattati internazzjonali ewlenin kollha li jolqtu d-drittijiet tal-bniedem. Fl-2014, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet li kien hemm ksur f’ħamsa minn 1196 applikazzjoni. Ma hemm l-ebda indikazzjoni ta’ inċidenti ta’ espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni ta’ ċittadini proprji lejn pajjiżi terzi fejn, fost l-oħrajn, hemm riskju serju li dawn jistgħu jkunu soġġetti għall-piena tal-mewt, tortura, persekuzzjoni jew trattament jew kastig ieħor inuman jew degradanti, jew fejn ħajjithom jew il-libertajiet tagħhom ikunu mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, l-orjentazzjoni sesswali, is-sħubija fi grupp soċjali jew opinjoni politika partikolari tagħhom, jew fejn hemm riskju serju ta’ espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni lejn pajjiż terz ieħor. Fl-2014, l-Istati Membri kkunsidraw li 4,6 % (330) tal-applikazzjonijiet għall-asil minn ċittadini mill-Bożnija-Ħerzegovina kellhom bażi soda. Mill-inqas disa’ Stati Membri indikaw lill-Bożnija-Ħerzegovina bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu.

(57)Fir-rigward tal-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-bażi ġuridika għal protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin hija pprodvuta b’mod adegwat permezz ta’ leġiżlazzjoni prinċipali sostantiva u proċedurali tad-drittijiet tal-bniedem u kontra d-diskriminazzjoni, inkluża l-adeżjoni mat-trattati internazzjonali ewlenin kollha li jolqtu d-drittijiet tal-bniedem. Fl-2014, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet li kien hemm ksur f’sitta minn 502 applikazzjoni. M’hemm l-ebda indikazzjoni ta’ inċidenti ta’ espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni ta’ ċittadini proprji lejn pajjiżi terzi fejn, fost l-oħrajn, hemm riskju serju li dawn jistgħu jkunu soġġetti għall-piena tal-mewt, tortura, persekuzzjoni jew trattament jew kastig ieħor inuman jew degradanti, jew fejn ħajjithom jew il-libertajiet tagħhom ikunu mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, l-orjentazzjoni sesswali, sħubija fi grupp soċjali jew opinjoni politika partikolari, jew fejn hemm riskju serju ta’ espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni lejn pajjiż terz ieħor. Fl-2014, l-Istati Membri kkunsidraw li 0,9 % (70) tal-applikazzjonijiet għall-asil minn ċittadini mill-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja kellhom bażi soda. Mill-inqas seba’ Stati Membri indikaw lill-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu. L-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ġiet indikata bħala pajjiż kandidat mill-Kunsill Ewropew. Fiż-żmien tal-indikazzjoni, il-valutazzjoni kienet li l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ssodisfat il-kriterji stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen tal-21-22 ta’ Ġunju 1993 relatati mal-istabilità ta’ istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għal u l-protezzjoni tal-minoranzi. L-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja se jkollha tkompli tissodisfa dawk il-kriterji sabiex issir membru skont ir-rakkomandazzjonijiet provduti fir-Rapport ta’ Progress Annwali.

(58)Fir-rigward tal-Kosovo*, il-bażi ġuridika għal protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin hija pprodvuta b’mod adegwat permezz ta’ leġiżlazzjoni sostantiva u proċedurali tad-drittijiet tal-bniedem u kontra d-diskriminazzjoni. In-nonadeżjoni tal-Kosovo* għal strumenti rilevanti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem bħal ma hi l-KEDB tirriżulta min-nuqqas ta’ kunsens internazzjonali dwar l-istatus tiegħu bħala Stat sovran. M’hemm l-ebda indikazzjoni ta’ inċidenti ta’ espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni ta’ ċittadini proprji lejn pajjiżi terzi fejn, fost l-oħrajn, hemm riskju serju li dawn jistgħu jkunu soġġetti għall-piena tal-mewt, tortura, persekuzzjoni jew trattament jew kastig ieħor inuman jew degradanti, jew fejn ħajjithom jew il-libertajiet tagħhom ikunu mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, l-orjentazzjoni sesswali, sħubija fi grupp soċjali jew opinjoni politika partikolari, jew fejn hemm riskju serju ta’ espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni lejn pajjiż terz ieħor. Fl-2014, l-Istati Membri kkunsidraw li 6,3 % (830) ta’ applikazzjonijiet għall-asil ta’ ċittadini mill-Kosovo* kellhom bażi soda. Mill-inqas sitt Stati Membri indikaw lill-Kosovo* bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu.

(59)Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni tal-Istati Membri dwar l-istatus tal-Kosovo, li se tiġi deċiża skont il-prattika nazzjonali tagħhom u l-liġi internazzjonali. Barra minn hekk, l-ebda termini, kliem jew definizzjonijiet użati f’dan ir-Regolament ma jikkostitwixxu r-rikonoxximent tal-Kosovo mill-Unjoni bħala Stat indipendenti, u lanqas ma jikkostitwixxu rikonoxximent minn Stati Membri individwali tal-Kosovo f’dik il-kapaċità fejn huma ma ħadux dan il-pass. B’mod partikolari, l-użu tat-terminu “pajjiżi” ma jimplikax ir-rikonoxximent ta’ sovranità.

(60)Fir-rigward tal-Montenegro, il-bażi ġuridika għal protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin hija pprodvuta b’mod adegwat permezz ta’ leġiżlazzjoni sostantiva u proċedurali tad-drittijiet tal-bniedem u kontra d-diskriminazzjoni, inkluża l-adeżjoni mat-trattati internazzjonali ewlenin kollha li jolqtu d-drittijiet tal-bniedem. Fl-2014, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet li kien hemm ksur f’applikazzjoni waħda minn 447 applikazzjoni. M’hemm l-ebda indikazzjoni ta’ inċidenti ta’ espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni ta’ ċittadini proprji lejn pajjiżi terzi fejn, fost l-oħrajn, hemm riskju serju li dawn jistgħu jkunu soġġetti għall-piena tal-mewt, tortura, persekuzzjoni jew trattament jew kastig ieħor inuman jew degradanti, jew fejn ħajjithom jew il-libertajiet tagħhom ikunu mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, l-orjentazzjoni sesswali, sħubija fi grupp soċjali jew opinjoni politika partikolari, jew fejn hemm riskju serju ta’ espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni lejn pajjiż terz ieħor. Fl-2014, l-Istati Membri kkunsidraw li 3,0 % (40) tal-applikazzjonijiet għall-asil ta’ ċittadini mill-Montenegro kellhom bażi soda. Mill-inqas disa’ Stati Membri indikaw lill-Montenegro bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu. Il-Montenegro ġie indikat bħala pajjiż kandidat mill-Kunsill Ewropew u n-negozjati nfetħu. Fiż-żmien tal-indikazzjoni, il-valutazzjoni kienet li l-Montenegro ssodisfat il-kriterji stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen tal-21-22 ta’ Ġunju 1993 relatati mal-istabilità ta’ istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għal u l-protezzjoni tal-minoranzi. Il-Montenegro se jkollu jkompli jissodisfa dawk il-kriterji, sabiex isir membru skont ir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fir-Rapport ta’ Progress Annwali.

(61)Fir-rigward tas-Serbja, il-Kostituzzjoni tipprovdi l-bażi għall-awtonomija ta’ gruppi minoritarji fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-użu tal-lingwa, tal-informazzjoni u l-kultura. Il-bażi ġuridika għal protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin hija pprodvuta b’mod adegwat permezz ta’ leġiżlazzjoni sostantiva u proċedurali tad-drittijiet tal-bniedem u kontra d-diskriminazzjoni, inkluża l-adeżjoni mat-trattati internazzjonali ewlenin kollha li jolqtu d-drittijiet tal-bniedem. Fl-2014, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet li kien hemm ksur f’16 minn 11 490 applikazzjoni. Ma hemm l-ebda indikazzjoni ta’ inċidenti ta’ espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni ta’ ċittadini proprji lejn pajjiżi terzi fejn, fost l-oħrajn, hemm riskju serju li dawn jistgħu jkunu soġġetti għall-piena tal-mewt, tortura, persekuzzjoni jew trattament jew kastig ieħor inuman jew degradanti, jew fejn ħajjithom jew il-libertajiet tagħhom ikunu mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, l-orjentazzjoni sesswali, is-sħubija fi grupp soċjali jew opinjoni politika partikolari, jew fejn hemm riskju serju ta’ espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni lejn pajjiż terz ieħor. Fl-2014, l-Istati Membri kkunsidraw li 1,8 % (400) ta’ applikazzjonijiet għall-asil minn ċittadini mis-Serbja kellhom bażi soda. Mill-inqas disa’ Stati Membri indikaw lis-Serbja bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu. Is-Serbja ġiet indikata bħala pajjiż kandidat mill-Kunsill Ewropew u n-negozjati nfetħu. Fiż-żmien tal-indikazzjoni, il-valutazzjoni kienet li s-Serbja kienet tissodisfa l-kriterji stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen tal-21-22 ta’ Ġunju 1993 relatati mal-istabilità ta’ istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għal u l-protezzjoni tal-minoranzi. Is-Serbja se jkollha tkompli tissodisfa dawk il-kriterji, sabiex issir membru skont ir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fir-Rapport ta’ Progress Annwali.

(62)Fir-rigward tat-Turkija, il-bażi ġuridika għal protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin hija pprodvuta b’mod adegwat permezz ta’ leġiżlazzjoni sostantiva u proċedurali tad-drittijiet tal-bniedem u kontra d-diskriminazzjoni, inkluża l-adeżjoni mat-trattati internazzjonali ewlenin kollha li jolqtu d-drittijiet tal-bniedem. Fl-2014, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet li kien hemm ksur f’94 minn 2 899 applikazzjoni. Ma hemm l-ebda indikazzjoni ta’ inċidenti ta’ espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni ta’ ċittadini proprji lejn pajjiżi terzi fejn, fost l-oħrajn, hemm riskju serju li dawn jistgħu jkunu soġġetti għall-piena tal-mewt, tortura, persekuzzjoni jew trattament jew kastig ieħor inuman jew degradanti, jew fejn ħajjithom jew il-libertajiet tagħhom ikunu mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, l-orjentazzjoni sesswali, is-sħubija fi grupp soċjali jew opinjoni politika partikolari tagħhom, jew fejn hemm riskju serju ta’ espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni lejn pajjiż terz ieħor. Fl-2014, l-Istati Membri kkunsidraw li 23,1 % (310) ta’ applikazzjonijiet għall-asil minn ċittadini tat-Turkija kellhom bażi soda. Stat Membru wieħed indika lit-Turkija bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu. It-Turkija ġiet indikata bħala pajjiż kandidat mill-Kunsill Ewropew u n-negozjati nfetħu. F’dak iż-żmien, il-valutazzjoni kienet li t-Turkija kienet tissodisfa b’mod suffiċjenti l-kriterji politiċi stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen tal-21-22 ta’ Ġunju 1993 relatati mal-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għal u l-protezzjoni tal-minoranzi u t-Turkija se jkollha tibqa’ tissodisfa dawk il-kriterji biex issir membru, skont ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija fir-Rapport Annwali ta’ Progress.

(63)Fir-rigward tal-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja, u b’mod partikolari fid-dawl tar-reviżjoni regolari tal-istatus li għandha titwettaq abbażi tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni li jibbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali huma infurmati kif mistħoqq dwar rikunsiderazzjoni possibbli tal-istatus tagħhom u li qed jingħataw l-opportunità li jippreżentaw l-opinjoni tagħhom, fi żmien raġonevoli, permezz ta’ dikjarazzjoni bil-miktub u f’intervista personali, qabel ma l-awtoritajiet jieħdu deċiżjoni motivata biex jirtiraw l-istatus tagħhom.

(64)Deċiżjonijiet li jittieħdu dwar applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, inklużi d-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-irtirar espliċitu jew impliċitu ta’ applikazzjoni, u d-deċiżjonijiet dwar l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja għandhom ikunu soġġetti għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal f’konformità mar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 47 tal-Karta. Biex tkun żgurata l-effettività tal-proċedura, l-applikant għandu jippreżenta l-appell tiegħu f’limitu ta’ żmien stabbilit. Biex l-applikant ikun jista’ jissodisfa dawk il-limiti ta’ żmien u bil-għan li jkun żgurat aċċess effettiv għar-reviżjoni ġudizzjarja, hu għandu jkollu l-possibilità li jkun assistit minn interpretu kif ukoll ikun intitolat għal assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas.

(65)Sabiex applikant ikun jista’ jeżerċita d-dritt tiegħu għal rimedju effettiv, hu għandu jitħalla jibqa’ fit-territorju ta’ Stat Membru sakemm jiskadi l-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ appell tal-ewwel livell, u meta jiġi eżerċitat dan id-dritt fil-limitu ta’ żmien stabbilit, sakemm joħroġ ir-riżultat tar-rimedju. Huwa biss f’każijiet limitati stabbiliti f’dan ir-Regolament li l-effett sospensiv ta’ appell ma jkunx awtomatiku u fejn l-applikant ikun irid jitlob lill-qorti jew lit-tribunal jissospendi l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ritorn jew il-qorti jkollha taġixxi ex officio għal dan l-għan. Fejn issir eċċezzjoni għad-dritt għal rimedju b’effett sospensiv awtomatiku, id-drittijiet għal difiża tal-applikant għandhom ikunu garantiti b’mod adegwat billi jingħata l-interpretazzjoni u l-assistenza legali meħtieġa, kif ukoll billi l-applikant jingħata żmien biżżejjed biex iħejji u jippreżenta t-talba tiegħu quddiem il-qorti jew tribunal. Barra minn hekk, f’dan il-qafas, il-qorti jew it-tribunal għandhom ikunu jistgħu jeżaminaw id-deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali f’termini ta’ fatti u liġi. L-applikant għandu jingħata l-permess li jibqa’ fit-territorju sakemm joħroġ ir-riżultat tal-proċedura biex jiġi deċiż jekk hu għandux jibqa’ jew le. Madankollu, dik id-deċiżjoni għandha tittieħed fi żmien xahar.

(66)B’kunsiderazzjoni għall-ħtieġa għal ekwità fil-ġestjoni ta’ applikazzjonijiet u effettività fil-proċedura komuni għall-protezzjoni internazzjonali, il-limiti ta’ żmien ma għandhomx ikunu stabbiliti biss għall-proċedura amministrattiva imma għandhom ikunu stabbiliti wkoll għall-istadju tal-appell, tal-anqas sa fejn ikun ikkonċernat l-ewwel livell tal-appell. Dan għandu jsir mingħajr preġudizzju għal eżami adegwat u sħiħ ta’ appell, u għalhekk għandha tinżamm ċerta flessibilità f’każijiet li jinvolvu kwistjonijiet kumplessi ta’ fatti jew liġi.

(67)F’konformità mal-Artikolu 72 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dan ir-Regolament ma jolqotx l-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet li jaqgħu fuq l-Istati Membri fir-rigward taż-żamma tal-liġi u l-ordni u tas-salvagwardja tas-sigurtà interna.

(68)Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)  30 japplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali mill-Istati Membri mwettaq fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(69)Kull ipproċessar ta’ dejta personali mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil fil-qafas ta’ dan ir-Regolament għandu jitwettaq skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 31 kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-UE għall-Asil)  32 u b’mod partikolari għandu jirrispetta l-prinċipji ta’ neċessità u proporzjonalità.

(70)Kull dejta personali miġbura mar-reġistrazzjoni jew il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, u matul l-intervista personali għandha titqies bħala parti mill-fajl tal-applikant u għandha tinżamm għal numru ta’ snin minħabba li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat li jitolbu protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru wieħed jistgħu jippruvaw jitolbu protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor jew jistgħu jippreżentaw applikazzjonijiet sussegwenti oħra fl-istess Stat Membru jew f’wieħed differenti fis-snin li ġejjin. Minħabba li l-parti l-kbira taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat li jkunu baqgħu fl-Unjoni għal diversi snin ikunu kisbu status definit jew anke ċittadinanza ta’ Stat Membru wara perjodu ta’ għaxar snin minn meta jkunu ngħataw protezzjoni internazzjonali, dak il-perjodu għandu jitqies bħala perjodu neċessarju għall-ħżin ta’ dettalji personali, inkluż marki tas-swaba’ u immaġini tal-wiċċ.

(71)Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-għoti ta’ informazzjoni, dokumenti lill-applikanti u miżuri li jikkonċernaw applikanti li jinħtieġu garanziji proċedurali speċjali inklużi minorenni, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat implimentattivi. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 33 tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.

(72)Sabiex jiġi indirizzat tibdil għall-għarrieda għall-agħar f’pajjiż terz indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew inkluż fil-lista komuni tal-UE għall-pajjiżi ta’ oriġini bla periklu, is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-sospensjoni tal-indikazzjoni ta’ dak il-pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew il-preżenza ta’ dak il-pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu għal perjodu ta’ sitt xhur fejn il-Kummissjoni tikkunsidra, abbażi ta’ valutazzjoni sostanzjata, li l-kundizzjonijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament ma għadhomx sodisfatti. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(73)Dan ir-Regolament ma jitrattax proċeduri bejn l-Istati Membri rregolati mir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta’ Dublin).

(74)Dan ir-Regolament għandu japplika għal applikanti li għalihom japplika r-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta Dublin), flimkien u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament.

(75)L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tkun ivvalutata f’intervalli regolari.

(76)Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li tiġi stabbilita proċedura komuni għall-għoti u l-irtirar tal- protezzjoni internazzjonali, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u għalhekk jista’, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ dan ir-Regolament, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal–prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan.

(77)[F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, bsigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawn l-Istati Membri nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.]

JEW

[F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għal Artikolu 4 ta’ dan il-Protokoll, dawn l-Istati Membri mhumiex qed jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhumiex marbuta bih jew soġġetti għall-applikazzjoni tiegħu.]

JEW

[(XX) Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhuwiex marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(XX) F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda nnotifikat (, permezz tal-ittra ta’ ...,) ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.]

JEW

[(XX) Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit innotifika (, permezz tal-ittra ta’ ...,) x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(XX) Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.]

(78)F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(79)Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 1, 4, 8, 18, 19, 21, 23, 24 u 47 tal-Karta.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi proċedura komuni għall-għoti u l-irtirar ta’ protezzjoni internazzjonali kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika).

Artikolu 2

Kamp ta’ Applikazzjoni

1. Dan ir-Regolament japplika għall-applikazzjonijiet kollha għall-protezzjoni internazzjonali magħmula fit-territorju tal-Istati Membri, inklużi dawk magħmula fil-fruntiera, fl-ilmijiet territorjali jew fiż-żoni ta’ tranżitu, tal-Istati Membri, u għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali.

2. Dan ir-Regolament ma japplikax għal applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali u għal talbiet għall-asil diplomatiku jew territorjali preżentati lir-rappreżentanzi ta’ Stati Membri.

Artikolu 3

Estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw dan ir-Regolament għal applikazzjonijiet għall-protezzjoni li għalihom ma japplikax ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika).

Artikolu 4

Definizzjonijiet

1.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika):

(a)“il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra”;

(b)“rifuġjat”;

(c)“benefiċjarju ta’ protezzjoni sussidjarja”;

(d)“protezzjoni internazzjonali”;

(e)“status ta’ rifuġjat”;

(f)“status ta’ protezzjoni sussidjarja”;

(g)“minorenni”;

(h)“minorenni mhux akkompanjat”.

2.Minbarra l-paragrafu 1, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)“applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali” jew “applikazzjoni” tfisser talba li ssir minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat għal-protezzjoni minn Stat Membru, li jista’ jinftiehem li qed ifittex status ta’ rifuġjat jew status ta’ protezzjoni sussidjarja;

(b)“applikant” tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat li jkun għamel applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li dwarha tkun għadha ma tteħditx deċiżjoni finali;

(c)“applikant li jkollu bżonn ta’ garanziji proċedurali speċjali” tfisser applikant li l-kapaċità tiegħu li jibbenefika mid-drittijiet u li jikkonforma mal-obbligi previsti f’dan ir-Regolament tkun limitata minħabba cirkostanzi individwali;

(d)“deċiżjoni finali” tfisser deċiżjoni dwar jekk ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat jingħatawx status ta’ rifuġjat jew status ta’ protezzjoni sussidjarja skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika), inkluża deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni bħala inammissibbli jew deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew abbandunata u li ma tistax tibqa’ soġġetta għal proċedura ta’ appell fl-Istat Membru kkonċernat;

(e)“awtorità determinanti” tfisser kwalunkwe korp semiġudizzjarju jew amministrattiv fi Stat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, u kompetenti sabiex jieħu deċiżjonjiet fl-ewwel istanza;

(f)“kustodju” tfisser persuna jew organizzazzjoni maħtura biex jassistu jew jirrapreżentaw minorenni mhux akkompanjat bil-għan li jkunu salvagwardjati l-aħjar interessi tat-tfal u l-benesseri ġenerali tagħhom fi proċeduri previsti f’dan ir-Regolament u li jeżerċitaw kapaċità legali għall-minorenni fejn ikun meħtieġ;

(g)“irtirar tal-protezzjoni internazzjonali” tfisser id-deċiżjoni minn awtorità determinanti li tirrevoka, twaqqaf jew tirrifjuta li ġġedded l-istatus ta’ rifuġjat jew l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja ta’ persuna;

(h)“tibqa’ fl-Istat Membru” tfisser li tibqa’ fit-territorju, inklużi l-fruntiera jew iż-żoni ta’ tranżitu tal-Istat Membru li fih tkun saret l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew fejn din qiegħda tiġi eżaminata;

(i)“applikazzjoni sussegwenti” tfisser applikazzjoni oħra għall-protezzjoni internazzjonali li ssir fi kwalunkwe Stat Membru wara li tkun ittieħdet deċiżjoni finali dwar applikazzjoni preċedenti, inklużi każijiet fejn l-applikazzjoni tkun ġiet irrifjutata bħala espliċitament irtirata jew bħala abbandunata wara l-irtirar impliċitu tagħha;

(j)“l-Istat Membru respondabbli” tfisser l-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta’ Dublin).

Artikolu 5

Awtoritajiet responsabbli

1. Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità determinanti. L-awtorità determinanti għandu jkollha l-kompiti li ġejjin:

(a)tirċievi, tirreġistra u teżamina applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali;

(b)tieħu deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali

(c)tieħu deċiżjonijiet dwar ir-revoka, it-tmiem jew ir-rifjut li ġġedded status ta’ rifuġjat jew status sussidjarju ta’ persuna kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika).

2.Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-awtorità determinanti b’mezzi xierqa, inkluż biżżejjed persunal kompetenti, biex twettaq il-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, kull Stat Membru għandu jivvaluta regolarment il-ħtiġijiet tal-awtorità determinanti biex jiżgura li din dejjem tkun f’pożizzjoni li titratta l-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali b’mod effettiv, b’mod partikolari meta tirċievi numru sproporzjonat ta’ applikazzjonijiet simultanji.

3.L-awtoritajiet li ġejjin għandu jkollhom il-kompitu li jirċievu u jirreġistraw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, kif ukoll li jinfurmaw lill-applikanti dwar fejn u kif għandhom jippreżentaw applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali:

(a)il-gwardja tal-fruntiera;

(b)il-pulizija;

(c)l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni;

(d)l-awtoritajiet responsabbli għall-faċilitajiet ta’ detenzjoni.

L-Istati Membri jistgħu jafdaw ukoll lil awtoritajiet oħra b’dawn il-kompiti.

4.L-awtorità determinanti tal-Istat Membru responsabbli tista’ tkun assistita sabiex din tirċievi, tirreġistra u teżamina applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali:

(a)mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru ieħor li jkunu ġew fdati minn dak l-Istat Membru bil-kompitu li jirċievu, jirreġistraw jew jeżaminaw applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali;

(b)minn esperti mibgħuta mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-UE għall-Asil).

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal tal-awtorità determinanti, jew ta’ kwalunkwe awtorità oħra responsabbli biex tirċievi u tirreġistra applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali skont il-paragrafu 3, ikollu l-għarfien xieraq u jkun provdut bit-taħriġ u l-istruzzjonijiet neċessarji biex jissodisfa l-obbligi tiegħu fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Il-prinċipju tal-kunfidenzjalità

1.L-awtoritajiet li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jissalvagwardaw il-kunfidenzjalità ta’ kwalunkwe informazzjoni li jiksbu matul il-ħidma tagħhom.

2.Matul il-proċedura għall-protezzjoni internazzjonali u wara li tkun ittieħdet deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni, l-awtoritajiet ma għandhomx:

(a)jiżvelaw informazzjoni dwar l-applikazzjoni individwali għall-protezzjoni internazzjonali, jew il-fatt li tkun saret applikazzjoni, lill-persuni allegatament awturi tal-persekuzzjoni jew ħsara serja;

(b)jiksbu kwalunkwe informazzjoni mill-persuni allegatament awturi tal-persekuzzjoni jew ħsara serja b’mod li jirriżulta li tali awturi jiġu infurmati direttament bil-fatt li tkun saret applikazzjoni mill-applikant ikkonċernat, u li jipperikola l-integrità fiżika tal-applikant jew tad-dipendenti tiegħu, jew il-libertà u s-sigurtà tal-membri tal-familja tiegħu li jkunu għadhom jgħixu fil-pajjiż ta’ oriġini.

KAPITOLU II

PRINĊIPJI U GARANZIJI BAŻIĊI

Taqsima i

Drittijiet u obbligi tal-applikanti

Artikolu 7

Obbligi tal-applikanti

1. L-applikant għandu jagħmel l-applikazzjoni tiegħu fl-Istat Membru tal-ewwel dħul jew, fejn dan ikun preżenti legalment fi Stat Membru, hu għandu jagħmel l-applikazzjoni tiegħu f’dak l-Istat Membru kif previst fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta’ Dublin).

2. L-applikant għandu jikkoopera mal-awtoritajiet responsabbli sabiex dawn jistabbilixxu l-identità tiegħu kif ukoll biex jirreġistraw l-applikazzjoni, jippermettu l-preżentazzjoni tagħha u jeżaminawha billi:

(a)jipprovdi d-dejta msemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 27(1);

(b)jipprovdi l-marki tas-swaba’ u l-immaġni tal-wiċċ kif imsemmi fir-Regolament (UE) XXX/XXX (Ir-Regolament Eurodac).  34

(c)jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 28 fil-limitu ta’ żmien stabbilit u jippreżenta l-elementi kollha għad-dispożizzjoni tiegħu biex jissostanzja l-applikazzjoni tiegħu;

(d)jagħti dokumenti fil-pussess tiegħu rilevanti għall-eżami tal-applikazzjoni.

3.Fejn applikant jirrifjuta li jikkoopera billi ma jipprovdix id-dettalji neċessarji għall-eżami tal-applikazzjoni u billi ma jipprovdix il-marki tas-swaba’ tiegħu u l-immaġni tal-wiċċ, u l-awtoritajiet responsabbli jkunu infurmaw sew lil dik il-persuna dwar l-obbligi tagħha u jkunu żguraw li dik il-persuna kellha opportunità effettiva biex tikkonforma ma’ dawk l-obbligi, l-applikazzjoni tiegħu għandha tkun irrifjutata bħala abbandunata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39.

4.L-applikant għandu jinforma lill-awtorità determinanti tal-Istat Membru fejn huwa meħtieġ li jkun preżenti dwar il-post tar-residenza jew l-indirizz tiegħu jew numru tat-telefon fejn jistgħu jikkuntattjawh l-awtorità determinanti jew awtoritajiet responsabbli oħra. Hu għandu jinnotifika lil dik l-awtorità determinanti bi kwalunkwe bidla. L-applikant għandu jaċċetta kull komunikazzjoni fl-aktar post ta’ residenza jew indirizz reċenti li jkun indika, b’mod partikolari meta jippreżenta applikazzjoni skont l-Artikolu 28.

5.L-applikant għandu jibqa’ fit-territorju tal-Istat Membru fejn huwa meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta’ Dublin).

6.L-applikant għandu jikkonforma mal-obbligi li jirrapporta b’mod regolari lill-awtoritajiet kompetenti jew li jidher quddiemhom personalment mingħajr dewmien jew f’ħin speċifiku jew li jibqa’ f’żona indikata fit-territorju tagħhom skont id-Direttiva XXX/XXX/UE (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza), kif impost mill-Istat Membru fejn huwa meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta’ Dublin).

7.Fejn ikun meħtieġ għall-eżami ta’ applikazzjoni, l-awtoritajiet responsabbli jistgħu jitolbu lill-applikant jissottometti ruħu għal tfittxija jew li ssir tfittxija fuq l-oġġetti fil-proprjetà tiegħu. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe tfittxija li saret għal raġunijiet ta’ sigurtà, tfittxija fuq il-persuna tal-applikant skont dan ir-Regolament għandha ssir minn persuna tal-istess sess b’rispett sħiħ tal-prinċipji tad-dinjità tal-bniedem u tal-integrità fiżika u psikoloġika.

Artikolu 8

Garanziji ġenerali għall-applikanti

1. Matul il-proċedura amministrattiva msemmija fil-Kapitolu III l-applikanti għandhom igawdu l-garanziji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 8 ta’ dan l-Artikolu.

2. L-awtorità determinanti għandha tinforma lill-applikanti, f’ilsein li jifhmu jew li huma mistennija b’mod raġonevoli li jifhmu, dwar dan li ġej:

(a)id-dritt li jippreżentaw applikazzjoni individwali;

(b)il-proċeduri li għandhom jiġu rrispettati;

(c)id-drittijiet u l-obbligi tagħhom matul il-proċedura, inkluż l-obbligu li jibqgħu fit-territorju tal-Istat Membru fejn huma meħtieġa li jkunu preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta’ Dublin);

(d)il-konsegwenzi eventwali f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi tagħhom u ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet;

(e)il-perjodu ta’ żmien tal-proċedura;

(f)il-mezzi għad-dispożizzjoni tagħhom biex jissodisfaw l-obbligu li jippreżentaw l-elementi msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika);

(g)il-konsegwenzi għal irtirar espliċitu jew impliċitu tal-applikazzjoni;

(h)ir-riżultat tad-deċiżjoni tal-awtorità determinanti, ir-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni, kif ukoll il-konsegwenza għal deċiżjoni li tirrifjuta li tagħti protezzjoni internazzjonali u l-mod kif wieħed jista’ jikkontesta tali deċiżjoni.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tingħata fil-ħin adattat biex l-applikanti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet garantiti f’dan ir-Regolament u jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 7.

3. L-awtorità determinanti għandha tipprovdi lill-applikanti bis-servizzi ta’ interpretu sabiex jippreżentaw il-każ tagħhom lill-awtorità determinanti kif ukoll lill-qrati jew lit-tribunali fejn ma tistax tkun żgurata komunikazzjoni xierqa mingħajr dawn is-servizzi. Is-servizzi ta’ interpretazzjoni għandhom jitħallsu minn fondi pubbliċi.

4. L-awtorità determinanti għandha tipprovdi lill-applikanti bl-opportunità li jikkomunikaw mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati jew ma’ kwalunkwe organizzazzjoni oħra li tipprovdi pariri legali jew konsulenza oħra lill-applikanti skont il-liġi nazzjonali.

5. L-awtorità determinanti għandha tiżgura li l-applikanti, u fejn applikabbli, l-kustodji, il-konsulenti legali jew konsulenti oħra tagħhom, ikollhom aċċess għall-informazzjoni imsemmija fl-Artikolu 33(2)(e) meħtieġa għall-eżami tal-applikazzjonijiet u għall-informazzjoni mogħtija mill-esperti msemmija fl-Artikolu 33(3), fejn l-awtorità determinanti tkun ikkunsidrat dik l-informazzjoni bl-iskop li tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom.

6. L-awtorità determinanti għandha tinforma lill-applikanti fi żmien raġonevoli dwar id-deċiżjoni li tkun ittieħdet dwar l-applikazzjoni tagħhom. Fejn l-applikant ikun qed jiġi rrapreżentat minn kustodju, konsulent legali jew konsulent ieħor, l-awtorità determinanti tista’ tagħżel li tinnotifika lil dan bid-deċiżjoni minflok lill-applikant;

Artikolu 9

Id-dritt li wieħed jibqa’ fit-territorju matul l-eżami tal-applikazzjoni

1.L-applikanti għandhom id-dritt li jibqgħu fl-Istat Membru responsabbli, għall-fini tal-proċedura biss, sa meta l-awtorità determinanti tkun ħadet deċiżjoni skont il-proċedura amministrattiva prevista fil-Kapitolu III.

2. Id-dritt li jibqgħu ma għandux ikun jikkostitwixxi dritt għal permess ta' residenza u ma għandux jagħti lill-applikant id-dritt li jivvjaġġa lejn it-territorju ta' Stati Membri oħra mingħajr awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva XXX/XXX/UE (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza).

3. L-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri jistgħu jirrevokaw id-dritt tal-applikant li jibqa’ fit-territorju tagħhom matul proċedura amministrattiva fejn:

(a)persuna tagħmel applikazzjoni sussegwenti skont l-Artikolu 42 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 43;

(b)f’każ ta’ ċediment jew estradizzjoni ta’ persuna, kif xieraq, lejn Stat Membru ieħor skont l-obbligi ta’ mandat tal-arrest Ewropew  35 jew lejn pajjiż terz jew qrati jew tribunali kriminali internazzjonali.

4. Stat Membru jista’ jestradixxi applikant f’pajjiż terz skont il-paragrafu 3(b) biss fejn l-awtorità determinanti hija sodisfatta li deċiżjoni ta’ estradizzjoni mhux se tirriżulta f’refoulement diretta jew indiretta fi ksur tal-obbligi ta’ dak l-Istat Membru skont il-liġi internazzjonali u tal-Unjoni.

Taqsima ii

Intervisti personali

Artikolu 10

Intervista dwar l-ammissibilità

1.Qabel ma tittieħed deċiżjoni mill-awtorità determinanti dwar l-ammissibilità ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, l-applikant għandu jingħata l-opportunità ta’ intervista dwar l-ammissibilità tal-applikazzjoni tiegħu.

2.Fl-intervista għall-ammissibilità, l-applikant għandu jingħata opportunità li jipprovdi raġunijiet għalfejn ir-raġunijiet għall-ammissibilità previsti fl-Artikolu 36(1) ma jkunux applikabbli għaċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu.

Artikolu 11

Intervista sostantiva

1. Qabel ma tittieħed deċiżjoni mill-awtorità determinanti dwar il-merti ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, l-applikant għandu jingħata l-opportunità ta’ intervista sostantiva dwar l-applikazzjoni tiegħu.

2.Fl-intervista sostantiva, l-applikant għandu jingħata opportunità adegwata biex jippreżenta l-elementi meħtieġa biex jissostanzja l-applikazzjoni tiegħu skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika), u għandu jipprovdi l-elementi kollha għad-dispożizzjoni tiegħu b’mod kemm jista’ jkun komplet. L-applikant għandu jingħata l-opportunità li jagħti spjegazzjoni dwar l-elementi meħtieġa li jistgħu jkunu nieqsa jew kull inkonsistenza jew kuntradizzjoni fl-istqarrijiet tal-applikant.

3. Persuna li twettaq intervista sostantiva ta’ applikazzjoni ma għandhiex tilbes uniformi militari jew waħda tal-infurzar tal-liġi.

Artikolu 12

Rekwiżiti għal intervisti personali

1. L-applikant għandu jingħata opportunità għal intervista personali dwar l-applikazzjoni tiegħu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

2. L-intervisti personali għandhom jitwettqu taħt kundizzjonijiet li jiżguraw kunfidenzjalità xierqa u li jippermettu lill-applikanti jippreżentaw ir-raġunijiet għall-applikazzjonijiet tagħhom b’mod komprensiv.

3.Intervisti personali għandhom jitwettqu mill-persunal tal-awtorità determinanti, li tista’ tkun assistita mill-persunal ta’ awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra msemmija fl-Artikolu 5(4)(a) jew esperti mibgħuta mill-Aġenzija tal-Unjoni Eworpea għall-Asil, imsemmija fl-Artikolu 5(4)(b).

4.Fejn applikazzjonijiet simultanji għal protezzjoni internazzjonali minn numru sproporzjonat ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat jagħmluha diffiċli fil-prattika biex l-awtorità determinanti twettaq intervisti personali fil-ħin għal kull applikant, l-awtorità determinanti tista’ tiġi assistita mill-persunal ta’ awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra msemmija fl-Artikolu 5(4)(a) u esperti mibgħuta mill-Aġenzija tal-Unjoni Eworpea għall-Asil imsemmija fl-Artikolu 5(4)(b), biex iwettqu dawn l-intervisti.

5.L-intervista personali tista’ tiġi ommessa fis-sitwazzjonijiet li ġejjin fejn l-awtorità determinanti:

(a)tkun kapaċi li tieħu deċiżjoni pożittiva fir-rigward tal-istatus ta’ rifuġjat jew deċiżjoni li tiddikjara l-applikazzjoni ammissibbli abbażi tal-evidenza disponibbli; jew

(b)tkun tal-fehma li l-applikant mhuwiex f’siktu jew kapaċi sabiex jiġi intervistat minnħabba ċirkostanzi persistenti li fuqhom huwa ma jkollux kontroll.

In-nuqqas ta’ intervista personali skont il-punt (b) ma għandhiex taffettwa b’mod ħażin id-deċiżjoni tal-awtorità determinanti. L-awtorità għandha tagħti lill-applikant opportunità effettiva li jippreżenta aktar informazzjoni. Meta jkun hemm dubju dwar il-kundizzjoni tal-applikant, l-awtorità determinanti għandha tikkonsulta professjonist mediku biex tistabbilixxi jekk il-kundizzjoni li minħabba fiha l-applikant li mhuwiex f’siktu jew kapaċi li jiġi intervistat hijiex temporanja jew fit-tul.

6.Il-persuna li tagħmel l-intervista għandha tkun kompetenti sabiex tieħu kont taċ-ċirkostanzi personali u ġenerali attinenti għall-applikazzjoni, inkluż l-oriġini kulturali, l-età, is-sess, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità sesswali u l-vulnerabbiltà tal-applikant. Il-persunal li jintervista lill-applikanti għandu jkollu ukoll għarfien ġenerali miksub ta’ problemi li jistgħu jaffettwaw b’mod ħażin il-kapaċità tal-applikanti li jiġu intervistati, bħal indikazzjonijiet li l-persuna setgħet ġiet ittorturata fil-passat.

7.Il-persunal li jintervista lill-applikanti, inklużi esperti mibgħuta mill-Aġenzija tal-Unjoni Eworpea għall-Asil, għandu jkun irċieva taħriġ rilevanti minn qabel, li għandu jinkludi l-elementi elenkati fl-Artikolu 7(5) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-UE għall-Asil), inkluż fir-rigward tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-liġi tal-Unjoni dwar l-asil, u regoli dwar l-aċċess għall-proċedura ta’ protezzjoni internazzjonali, inkluż għal persuni li jistgħu jeħtieġu garanziji proċedurali speċjali.

8.Għall-intervista personali għandu jkun provdut interpretu li jkun kapaċi jiżgura komunikazzjoni adegwata bejn l-applikant u l-persuna li tmexxi l-intervista. Il-komunikazzjoni għandha ssir fl-ilsien li jippreferi l-applikant ħlief jekk ikun hemm ilsien ieħor li huwa jifhem u li bih huwa jkun kapaċi jikkomunika b’mod ċar.

Fejn mitlub mill-applikant, l-awtorità determinanti għandha tiżgura li dawk li jintervistaw u l-interpreti jkunu tal-istess sess bħall-applikant, sakemm dan ikun possibbli u l-awtorità determinanti ma jkollhiex raġunijiet biex temmen li tali talba hi bbażata fuq raġunijiet li mhumiex relatati ma’ diffikultajiet min-naħa tal-applikant biex jippreżenta r-raġunijiet tal-applikazzjoni tiegħu b’mod komprensiv;

9. In-nuqqas ta’ intervista personali ma għandux jimpedixxi lill-awtorità determinanti milli tieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali.

Artikolu 13

Ir-rapportar u r-reġistrazzjoni ta’ intervisti personali

1. L-awtorità determinanti jew kwalunkwe awtorità oħra jew esperti li jassistuha jew li jwettqu l-intervista personali għandhom iħejju rapport fil-fond u fattwali li jinkludi l-element sostantivi kollha jew traskrizzjoni ta’ kull intervista personali.

2. L-intervista personali għandha tkun irreġistrata bl-użu ta’ mezzi tal-awdjo jew awdjoviżivi għar-reġistrazzjoni. L-applikant għandu jkun infurmat minn qabel dwar din ir-reġistrazzjoni.

3. L-applikant għandu jingħata l-opportunità li jagħmel kummenti u/jew jipprovdi kjarifiki oralment jew bil-miktub dwar kwalunkwe traduzzjoni ħażina jew kull informazzjoni żbaljata li jidhru fir-rapport jew it-traskrizzjoni, meta tintemm l-intervista personali jew f’limitu ta’ żmien speċifiku qabel id-deċiżjoni tal-awtorità determinanti. Għal dan il-għan, l-applikant għandu jkun infurmat dwar il-kontenut kollu tar-rapport, jew l-elementi sostantivi tat-traskrizzjoni jekk meħtieġ bl-assistenza ta’ interpretu. Wara, l-applikant għandu jintalab jikkonferma li l-kontenut tar-rapport jew it-traskrizzjoni jirriflettu b’mod tajjeb l-intervista personali.

4. Fejn applikant jirrifjuta li jikkonferma li l-kontenut tar-rapport jew it-traskrizzjoni jirrifletti b’mod tajjeb l-intervista personali, ir-raġunijiet ta’ dan ir-rifjut tiegħu għandhom jitniżżlu fil-fajl tal-applikant. Dak ir-rifjut ma għandux jimpedixxi lill-awtorità determinanti milli tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.

5. L-applikanti u l-konsulenti legali tagħhom jew konsulenti oħra għandu jkollhom aċċess għal dan ir-rapport jew it-traskrizzjoni u r-reġistrazzjoni, qabel ma l-awtorità determinanti tieħu d-deċiżjoni tagħha.

6. Fejn l-applikazzjoni hija eżaminata skont il-proċedura aċċellerata ta’ eżami, l-awtorità determinanti tista’ tagħti aċċess għar-rapport jew it-traskrizzjoni tar-reġistrazzjoni fl-istess ħin li fih tittieħed id-deċiżjoni.

7.L-awtoritajiet responsabbli għandhom jaħżnu jew ir-reġistrazzjoni jew it-traskrizzjoni għal għaxar snin mid-data ta’ deċiżjoni finali. Ir-reġistrazzjoni għandha titħassar meta jiskadi dan il-perjodu jew fejn ikun jirrigwradja persuna li tkun kisbet ċittadinanza ta’ kwalunkwe Stat Membru qabel ma jiskadi dak il-perjodu hekk kif l-Istat Membru isir konxju li l-persuna kkonċernata tkun kisbet din iċ-ċittadinanza.

Taqsima iii

L-għoti ta’ għajnuna u rappreżentanza legali

Artikolu 14

Dritt għal għajnuna legali u rappreżentanza

1. L-applikanti għandu jkollhom id-dritt li jikkonsultaw, b’mod effettiv, konsulent legali jew konsulent ieħor, li jkun ammess jew permess bħala tali skont il-liġi nazzjonali, dwar materji relatati mal-applikazzjonijiet tagħhom fl-istadji kollha tal-proċedura.

2.Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-applikant li jagħżel il-konsulent legali tiegħu stess jew konsulent ieħor bi spiża tiegħu, applikant jista’ jitlob assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas fl-istadji kollha tal-proċedura skont l-Artikolu 15 sa 17. L-applikant għandu jkun infurmat dwar id-dritt tiegħu li jitlob assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas fl-istadji kollha tal-proċedura.

Artikolu 15 

Assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas

1. Fuq talba tal-applikant, l-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas fil-proċedura amministrattiva prevista fil-Kapitolu III u fil-proċedura tal-appell prevista fil-Kapitolu V.

2.Għall-finijiet tal-proċedura amministrattiva, l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas għandhom jinkludu, tal-anqas:

(a)l-għoti ta’ informazzjoni dwar il-proċedura fid-dawl taċ-ċirkostanzi individwali tal-applikant;

(b)assistenza fit-tħejjija tal-applikazzjoni u l-intervista personali, inkluża parteċipazzjoni fl-intervista personali kif meħtieġ;

(c)spjegazzjoni tar-raġunijiet għal deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali u l-konsegwenzi tagħha kif ukoll informazzjoni dwar kif wieħed jista’ jikkontesta dik id-deċiżjoni.

3. L-għoti ta’ assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas fil-proċedura amministrattiva jista’ jkun eskluż fejn:

(a)l-applikant ikollu riżorsi suffiċjenti;

(b)l-applikazzjoni titqies li ma għandhiex prospett tanġibbli ta’ suċċess;

(c)l-applikazzjoni hija applikazzjoni sussegwenti.

4.Għall-finijiet tal-proċedura tal-appell, l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas għandhom tal-anqas jinkludu t-tħejjija tad-dokumenti proċedurali meħtieġa, it-tħejjija tal-appell u parteċipazzjoni fis-smigħ quddiem qorti jew tribunal f’isem l-applikant.

5. L-għoti ta’ assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas fil-proċedura tal-appell tista’ tkun eskluża fejn:

(a)l-applikant ikollu riżorsi suffiċjenti;

(b)l-appell jitqies li ma għandux prospett tanġibbli ta’ suċċess;

(c)l-appell jew ir-reviżjoni hija fit-tieni livell ta’ appell jew ogħla kif previst fil-liġi nazzjonali, inkluż smigħ mill-ġdid jew reviżjonijiet tal-appell.

Fejn tittieħed deċiżjoni li ma tingħatax assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas minn awtorità li mhix qorti jew tribunal minħabba li jkun meqjus li l-appell ma għandux prospett tanġibbli ta’ suċċess, l-applikant għandu jkollu d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal kontra dik id-deċiżjoni, u għal dak il-għan hu se jkun intitolat li jitlob assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas.

Artikolu 16

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-assistenza u r-rappreżentanza legali

1. Konsulent legali jew konsulent ieħor, li jkun ammess jew permess bħala tali skont il-liġi nazzjonali, li jgħin jew jirrappreżenta applikant skont it-termini tal-liġi nazzjonali, għandu jingħata aċċess għall-informazzjoni li tinsab fil-fajl tal-applikant li fuq il-bażi tiegħu jkun hemm jew tkun se tittieħed deċiżjoni.

2.L-awtorità determinanti tista’ tiċħad l-aċċess għall-informazzjoni fil-fajl tal-applikant fejn l-iżvelar ta’ informazzjoni jew ta’ sorsi jkun ta’ ħsara għas-sigurtà nazzjonali, għas-sigurtà tal-organizzazzjonijiet jew tal-persuni li jipprovdu l-informazzjoni jew għas-sigurtà tal-persuni li għalihom tirriferi l-informazzjoni jew fejn l-interessi investigattivi dwar l-eżami tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew ir-relazzjonijiet internazzjonali tal-Istati Membri jkunu kompromessi. F’dawk il-każijiet, l-awtorità determinanti għandha:

(a)tagħmel l-aċċess għal tali informazzjoni jew għas-sorsi disponibbli għall-qrati jew it-tribunali fil-proċedura;tal-appell; u

(b)tiżgura li d-dritt għal difiża tal-applikant jiġi rrispettat.

Fir-rigward tal-punt(b), l-awtorità determinanti għandha, b’mod partikolari, tagħti aċċess għall-informazzjoni jew is-sorsi għal konsulent legali jew konsulent ieħor li tkun saritlu verifika tas-sigurtà, sa fejn l-informazzjoni hi rilevanti għall-eżami tal-applikazzjoni jew it-teħid ta’ deċiżjoni li tiġi rtirata l-protezzjoni internazzjonali

3. Il-konsulent legali jew konsulent ieħor li jassisti jew jirrappreżenta applikant għandu jkollu aċċess għal postijiet magħluqa, bħal faċilitajiet ta’ detenzjoni u żoni ta’ tranżitu, sabiex jikkonsulta ma’ dak l-applikant f’konformità mad-Direttiva XXX/XXX/UE (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza.

4. Applikant għandu jingħata l-permess li jġib miegħu għall-intervista personali konsulent legali jew konsulent ieħor, ammess jew permess bħala tali skont il-liġi nazzjonali. Il-konsulent legali jew konsulent ieħor għandu jkun awtorizzat li jintervjeni matul l-intervista personali.

5. L-awtorità determinanti tista’ teżiġi l-preżenza tal-applikant fl-intervista personali anke jekk huwa jkun rappreżentat skont it-termini il-liġi nazzjonali minn konsulent legali jew konsulent ieħor, u tista’ teżiġi li l-applikant jirrispondi personalment għall-mistoqsijiet li jsiru.

6. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22(5), l-assenza ta’ konsulent legali jew konsulent ieħor ma għandhiex timpedixxi lill-awtorità determinanti milli tintervista personalment lill-applikant.

Artikolu 17

Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas

1. Assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas għandha tingħata minn konsulenti legali jew konsulenti oħra permessi skont il-liġi nazzjnali li jassistu jew jirrapreżentaw lill-applikanti jew organizzazzjonijiet mhux governattivi akkreditati skont il-liġi nazzjonali biex jipprovdu servizzi ta’ konsulenza jew rappreżentanza.

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli proċedurali speċifiċi li jikkonċernaw il-modalitajiet għall-mili u l-ipproċessar ta’ talbiet għall-għoti ta’ assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, jew għandhom japplikaw ir-regoli eżistenti għal talbiet domestiċi ta’ natura simili, sakemm dawk ir-regoli ma jagħmlux l-aċċess għall-assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas impossibbli jew eċċessivament diffiċli.

3. L-Istati Membri jistgħu jimponu wkoll limiti monetarji jew limiti ta’ żmien fuq l-għoti ta’ assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas, sakemm limiti bħal dawn ma jillimitawx b’mod arbitrarju l-aċċess għall-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas; Fir-rigward ta’ tariffi u spejjeż oħra, it-trattament tal-applikanti ma għandux ikun anqas favorevoli mit-trattament ġenerali mogħti liċ-ċittadini tagħhom f’materji li jikkonċernaw l-assistenza legali;

4. L-Istati Membri jistgħu jitolbu rimborż sħiħ jew parzjali għal kwalunkwe spiża mħallsa jekk u meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant tkun tjiebet konsiderevolment jew jekk id-deċiżjoni biex isiru tali spejjeż tkun ittieħdet abbażi ta’ informazzjoni falza mogħtija mill-applikant.

Artikolu 18

Ir-rwol tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati

1. L-Istati Membri għandhom jippermettu li l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati:

(a)ikollu aċċess għall-applikanti, inklużi dawk miżmuma f’ċentri tal-akkoljenza, f’detenzjoni, fil-fruntiera u fiż-żoni ta’ tranżitu;

(b)ikollu aċċess għal informazzjoni dwar applikazzjonijiet individwali għall-protezzjoni internazzjonali, dwar kif tkun għaddejja l-proċedura u dwar id-deċiżjonijiet meħuda, sakemm l-applikant jaqbel ma’ dan;

(c)jippreżenta l-fehmiet tiegħu, fl-eżerċitar tar-responsabbiltajiet superviżorji tiegħu skont l-Artikolu 35 tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra, lil kull awtorità kompetenti dwar applikazzjonijiet individwali għall- protezzjoni internazzjonali f’kull stadju tal-proċedura.

2. Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għal organizzazzjoni li taħdem fit-territorju tal-Istat Membru konċernat f’isem il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati skont ftehim ma’ dak l-Istat Membru.

Taqsima iv

Garanziji speċjali

Artikolu 19

Applikanti li jkunu jeħtieġu garanziji proċedurali speċjali

1. L-awtorità determinanti għandha tivvaluta sistematikament jekk applikant individwali għandux bżonn ta’ garanziji proċedurali speċjali. Dik il-valutazzjoni tista’ tiġi integrata f’proċeduri nazzjonali eżistenti jew fil-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tad-Direttiva XXX/XXX/UE (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza) u ma għandhiex tieħu s-sura ta’ proċedura amministrattiva.

Għall-finijiet ta’ dik il-valutazzjoni, l-awtorità determinanti għandha tirrispetta l-prinċipji ġenerali għall-valutazzjoni ta’ bżonnijiet proċedurali speċjali stabbiliti fl-Artikolu 20.

2. Fejn l-applikanti jkunu ġew identifikati bħala applikanti li jkunu jeħtieġu garanziji proċedurali speċjali, dawn għandhom jingħataw appoġġ adegwat sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet u jkunu konformi mal-obbligi ta’ dan ir-Regolament matul il-proċedura kollha għall-protezzjoni internazzjonali.

3. Fejn dak l-appoġġ adegwat ma jkunx jista’ jingħata fil-qafas tal-proċedura aċċellerata ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 40 jew il-proċedura fuq il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 41, b’mod partikolari fejn l-awtorità determinanti tqis li l-applikant jeħtieġ garanziji proċedurali speċjali bħala riżultat ta’ tortura, stupru jew forom oħra serji ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika, vjolenza sesswali jew vjolenza bbażata fuq is-sess, l-awtorità determinanti ma għandhiex tapplika, jew għandha tieqaf milli tapplika dawk il-proċeduri għall-applikant.

4. Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika d-dettalji u l-miżuri sepċifiċi għall-valutazzjoni u l-indirizzar tal-bżonnijiet proċedurali speċjali ta’ applikanti, inkluż ta’ minorenni mhux akkompanjati, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58.

Artikolu 20

Prinċipji ġenerali għall-valutazzjoni ta’ bżonnijiet proċedurali speċjali

1.Il-proċess għall-identifikazzjoni ta’ applikanti bi bżonnijiet proċedurali speċjali għandu jinbeda mill-awtoritajiet responsabbli li jirċievu u jirreġistraw l-applikazzjonijiet hekk kif issir applikazzjoni, u għandhom jitkomplew mill-awtorità determinanti ladarba l-applikazzjoni tiġi ppreżentata.

2. Il-persunal tal-awtoritajiet responsabbli li jirċievu u jirreġistraw l-applikazzjonijiet għandhom, meta jirreġistraw l-applikazzjoni, jindikaw jekk applikant jippreżentax l-ewwel indikazzjonijiet ta’ vulnerabilità jew le, li jistgħu jirrikjedu garanziji proċedurali speċjali u jistgħu jiġu inferiti minn sinjali fiżiċi jew mid-dikjarazzjonijiet jew l-aġir tal-applikant.

L-informazzjoni li applikant jippreżenta l-ewwel sinjali ta’ vulnerabbiltà għandha tkun inkluża fil-fajl tal-applikant, flimkien mad-deskrizzjoni tas-sinjali ta’ vulnerabbiltà ppreżentati mill-applikant li jistgħu jirrikjedu garanziji proċedurali speċjali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal tal-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 5 huwa mħarreġ biex jidentifika l-ewwel sinjali ta’ vulnerabbiltà ta’ applikanti li jistgħu jirrikjedu garanziji proċedurali speċjali, u li dan jirċievi istruzzjonijiet għal dan l-iskop.

3. Fejn ikun hemm indikazzjonijiet li l-applikanti setgħu kienu vittmi ta’ tortura, stupru jew forom oħra serji ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika, vjolenza sesswali jew vjolenza bbażata fuq is-sess u li dan jista’ jaffetwa b’mod ħażin il-kapaċità tagħhom li jipparteċipaw b’mod effettiv fil-proċedura, l-awtorità determinanti għandha tirreferi lill-applikanti għand tabib jew psikologu għal aktar valutazzjoni tal-istat psikoloġiku u fiżiku tagħhom.

Ir-riżultat ta’ dak l-eżami għandu jkun ikkunsidrat mill-awtorità determinanti meta tiddeċiedi dwar it-tip ta’ appoġġ proċedurali speċjali li jista’ jingħata lill-applikant.

Dak l-eżami għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-eżami mediku msemmi fl-Artikolu 23 u fl-Artikolu 24.

4.L-awtoritajiet responsabbli għandhom jindirizzaw il-bżonn ta’ garanziji proċedurali speċjali kif stabbilit f’dan l-Artikolu anke meta dan il-bżonn isir evidenti fi stadju aktar tard tal-proċedura, mingħajr ma jkollha terġa’ tinbeda mill-ġdid il-proċedura għall-protezzjoni intrnazzjonali.

Artikolu 21

Garanziji għall-minorenni

1. L-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu konsiderazzjoni primarja għall-Istati Membri meta japplikaw dan ir-Regolament.

2. L-awtorità determinanti għandha tipprovdi lill-minorenni bl-opportunità ta’ intervista personali, inkluż fejn issir applikazzjoni f’isimhom skont l-Artikolu 31(6) u l-Artikolu 32(1), sakemm ma jkunx evidenti li dan ma jkunx fl-aħjar interessi tat-tfal. F’dak il-każ, l-awtorità determinanti għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni li ma tipprovdix lill-minoreni bl-opportunità ta’ intervista personali.

Kwalunkwe intervista ta’ dan it-tip għandha titwettaq minn persuna li għandha l-għarfien meħtieġ dwar id-drittijiet u l-bżonnijiet speċjali tal-minorenni u għandha titwettaq b’tali mod li jkun sensittiv għall-ħtiġiejit tat-tfal u xieraq skont il-kuntest.

3. Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni ta’ minorenni għandha titħejja mill-persunal tal-awtorità determinanti li jkollu l-għarfien neċessarju dwar id-drittijiet u l-bżonnijiet speċjali tal-minorenni.

Artikolu 22

Garanziji speċjali għal minorenni mhux akkompanjati

1. L-awtoritajiet responsabbli għandhom, malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta’ xogħol mill-mument meta minorenni mhux akkompanjat jagħmel applikazzjoni, jaħtru persuna jew organizzazzjoni bħala kustodju.

Fejn organizzazzjoni tiġi maħtura bħala rappreżentant, din għandha tinnomina persuna responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta’ kustodju.

L-awtorità determinanti għandha tinforma lill-minorenni mhux akkompanjat immedjatament dwar il-ħatra tal-kustodju tiegħu.

2.L-awtorità determinanti għandha tinforma lill-kustodju dwar il-fatti kollha rilevanti, il-passi proċedurali u l-limiti ta’ żmien relatati mal-minorenni mhux akkompanjat.

3. Bil-għan li jissalvagwardja l-aħjar interessi tat-tfal u l-benesseri ġenerali tal-minorenni mhux akkompanjat, il-kustodju għandu:

(a)jirrapreżenta u jassisti lill-minorenni mhux akkompanjat matul il-proċeduri previsti f’dan ir-Regolament, u

(b)jippermetti lill-minorenni mhux akkompanjat jibbenefika mid-drittijiet u jikkonforma mal-obbligi skont dan ir-Regolament.

4. Il-kustodju għandu jwettaq il-kompiti tiegħu skont il-prinċipju tal-aħjar interessi tat-tfal, għandu jkollu l-għarfien espert meħtieġ u ma għandux ikollu rekord verifikat ta’ delitti jew offiżi relatati mat-tfal.

Il-persuna li taġixxi bħala kustodju għandha tinbidel biss meta l-awtoritajiet responsabbli iqisu li dan ma jkunx wettaq b’mod adegwat il-kompiti tiegħu ta’ kustodju. L-organizzazzjonijiet jew l-individwi li l-interessi tagħhom ma jaqblux jew jistgħu potenzjalment ma jaqblux ma’ dawk tal-minorenni mhux akkompanjat ma għandhomx jinħatru bħala kustodju.

5. L-awtoritajiet responsabbli ma għandhomx jgħabbu lill-kustodju b’numru sproporzjonat ta’ minorenni mhux akkompanjati fl-istess ħin, minħabba li dan jista’ jwassal biex hu ma jkunx jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu b’mod effettiv.

L-Istati Membri għandhom jaħtru entitajiet jew persuni responsabbli għat-twettiq tal-kompiti tal-kustodji u biex f’intervalli regolari jissorveljaw u jikkontrollaw li l-kustodji jwettqu l-kompiti tagħhom b’mod sodisfaċenti. Dawk l-entitajiet jew persuni għandhom jirrevedu l-ilmenti ppreżentati minn minorenni mhux akkompanjati kontra l-kustodju tagħhom.

6. Il-kustodju għandu jinforma lill-minorenni mhux akkompanjat dwar is-sinifikat u l-konsegwenzi eventwali tal-intervista personali u, fejn xieraq, dwar kif jipprepara ruħu għall-intervista personali. Il-kustodju u, fejn applikabbli, il-konsulent legali jew konsulent ieħor ammess jew permess bħala tali skont il-liġi nazzjonali, għandhom ikunu preżenti f’dik l-intervista u jkollhom opportunità li jsaqsu mistoqsijiet jew jagħmlu kummenti, fi ħdan il-qafas stabbilit mill-persuna li tagħmel l-intervista. L-awtorità determinanti tista teżiġi l-preżenza tal-minorenni mhux akkompanjat fl-intervista personali, anke jekk ikun preżenti l-kustodju.

Taqsima v

Eżamijiet mediċi

Artikolu 23

Eżami mediku

1. Fejn l-awtorità determinanti tqis li huwa rilevanti għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika) u soġġett għall-kunsens tal-applikant, din għandha tirranġa biex isir eżami mediku tal-applikant li jirrigwarda sinjali u sintomi li jistgħu jindikaw persekuzzjoni jew ħsara serja fil-passat.

2. L-eżami medika għandu jitwettaq minn professjonisti mediċi kwalifikati. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw il-professjonisti mediċi li jistgħu jwettqu tali eżamijiet mediċi. Dawk l-eżamijiet mediċi għandhom jitħallsu minn fondi pubbliċi.

3. Meta ma jsir ebda eżami mediku f’konformità mal-paragrafu 1, l-awtorità determinanti għandha tinforma lill-applikanti li jistgħu, fuq inizjattiva individwali u bi spiża għalihom, jirranġaw biex isir eżami mediku li jirrigwarda sinjali u sintomi li jistgħu jindikaw persekuzzjoni jew ħsara serja fil-passat.

4. Ir-riżultati tal-eżami mediku għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità determinanti malajr kemm jista’ jkun, u għandhom ikunu vvalutati mill-awtorità determinanti flimkien mal-elementi l-oħra tal-applikazzjoni.

5. Ir-rifjut ta’ applikant li jsirlu eżami mediku ma għandux iżomm lill-awtorità determinanti milli tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali.

Artikolu 24 

Eżami mediku ta’ minorenni mhux akkompanjati

1. Eżamijiet mediċi jistgħu jintużaw biex tkun determinata l-età ta’ minorenni mhux akkompanjati fil-qafas ta’ eżami ta’ applikazzjoni fejn, wara dikjarazzjonijiet mill-applikant jew indikazzjonijiet oħra rilevanti inkluż valutazzjoni psikoloġika, ikun hemm dubji dwar jekk l-applikant għandux anqas minn 18-il sena jew le. Fejn ir-riżultat tal-eżami mediku ma jkunx konklużiv, jew jinkludi firxa ta’ etajiet ta’ anqas minn 18-il sena, l-Istati Membri għandhom jassumu li l-applikant huwa minorenni.

2.L-eżami mediku biex tkun determinata l-età ta’ minorenni mhux akompanjati ma għandux jitwettaq mingħajr il-kunsens tagħhom jew il-kunsens tal-kustodji tagħhom.

3.Kwalunkwe eżami mediku għandu jsir b’rispett sħiħ għad-dinjità tal-individwu, għandu jkun l-eżami l-inqas invażiv u għandu jsir minn professjonisti mediċi kwalifikati li jwasslu, kemm jista’ jkun, għal riżultat li wieħed jista’ joqgħod fuqu.

4.Fejn l-eżamijiet mediċi jintużaw biex tkun determinata l-età tal-minorenni mhux akkompanjati, l-awtorità determinanti għandha tiżgura li l-minorenni mhux akkompanjati jiġu infurmati, qabel l-eżami tal-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, u f’ilsien li huma jistgħu jifhmu jew hu mistenni b’mod raġonevoli li jifhmu, bil-possibilità li l-età tagħhom tiġi ddeterminata permezz ta’ eżami mediku. Dan għandu jinkludi informazzjoni dwar il-metodu tal-eżami u l-konsegwenzi eventwali tar-riżultat tal-eżami mediku għall-eżami tal-applikazzjoni, kif ukoll dwar il-possibilità u l-konsegwenzi ta’ rifjut min-naħa tal-minorenni mhux akkompanjat, jew tal-kustodju tiegħu, illi joqgħod għal eżami mediku;

5. Ir-rifjut mill-minorenni mhux akkompanjati jew il-kustodji tagħhom li jwettqu eżami mediku jista’ jitqies biss bħala suppożizzjoni konfutabbli li l-applikant mhuwiex minorenni u dan ma għandux iwaqqaf lill-awtorità deteminanti milli tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali.

6. Stat Membru għandu jirrikonoxxi deċiżjonijiet tal-valutazzjoni tal-età li jittieħdu minn Stati Membri oħra abbażi ta’ eżami mediku li jkun twettaq skont dan l-Artikolu u li jkun ibbażat fuq metodi li huma rikonoxxuti skont il-liġi nazzjonali tiegħu.

KAPITOLU III

PROĊEDURA AMMINISTRATTIVA

Taqsima i

Aċċess għall-proċedura

Artikolu 25

It-tħejjija ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali;

1. Applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha ssir meta ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat jesprimu xewqa għall-protezzjoni internazzjonali lill-uffiċjali ta’ awtorità determinanti jew awtoritajiet oħra msemmija fl-Artikolu 5(3) jew (4).

Fejn dawk l-uffiċjali jkollhom dubji dwar jekk ċerti dikjarazzjonijiet għandhomx jitqiesu bħala applikazzjoni, huma għandhom jistaqsu lill-persuna espressament jekk hi tixtieqx tirċievi protezzjoni internazzjonali.

2. Fejn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajt Stat jagħmlu applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, dawn għandhom jitqiesu bħala applikanti għal protezzjoni internazzjonali sakemm tittieħed deċiżjoni finali dwar dik l-applikazzjoni.

Artikolu 26

Kompiti tal-awtoritajiet responsabbli meta ssir applikazzjoni

1. L-awtoritajiet responsabbli li jirċievu u jirreġistraw applikazzjoni għandhom:

(a)jinfurmaw lill-applikanti dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom stabbiliti, b’mod partikolari, fl-Artikoli 27, 28 u 31 fir-rigward tar-reġistrazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet, l-Artikolu 7 fir-rigward tal-obbligi ta’ applikanti u konsegwenzi ta’ nonkonformità ma’ dawn l-obbligi, l-Artikolu 9 fir-rigward tad-dritt tal-applikanti li jibqgħu fit-territorju tal-Istat Membru responsabbli, u l-Artikolu 8 fir-rigward tal-garanziji ġenerali għall-applikanti.

(b)jirreġistraw l-applikazzjoni skont l-Artikolu 27;

(c)mar-reġistrazzjoni, jinfurmaw lill-applikant dwar fejn u kif għandha tiġi ppreżentata applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali;

(d)jinfurmaw lill-awtoritajiet responsabbli għall-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza skont id-Direttiva XXX/XXX/UE (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza) tal-applikazzjoni.

2. Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika l-kontenut tal-informazzjoni li għandha tingħata lill-applikanti meta ssir applikazzjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58.

Artikolu 27

Ir-reġistrazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali

1. L-awtoritajiet responsabbli li jirċievu u jirreġistraw applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali għandhom jirreġistraw applikazzjoni fil-pront, u mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol minn meta ssir. Huma għandhom jirreġistraw ukoll l-informazzjoni li ġejja:

(a)l-isem, id-data tat-twelid, is-sess, in-nazzjonalità u dettalji personali oħra tal-applikant;

(b)it-tip u n-numru ta’ kwalunkwe dokument tal-identità jew tal-ivvjaġġar tal-applikant;

(c)id-data tal-applikazzjoni, il-post fejn issir l-applikazzjoni u l-awtorità li lilha ġiet ippreżentata bl-applikazzjoni.

Fejn id-dejta msemmija fil-punti (a) u (b) tkun diġà nkisbet mill-Istati Memrbi qabel ma ssir l-applikazzjoni, din ma għandhiex terġa’ tintalab.

2.Fejn l-informazzjoni tinġabar mill-awtorità determinanti jew minn awtorità oħra li tkun qed tassistiha għall-iskop tal-eżami tal-applikazzjoni, fil-mument tar-reġistrazzjoni tista’ tinġabar ukoll dejta addizzjonali meħtieġa għall-eżami tal-applikazzjoni.

3. Fejn applikazzjonijiet simultanji għall-protezzjoni internazzjonali minn numru sproporzjonat ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat jagħmluha diffiċli fil-prattika biex l-applikazzjonijiet jiġu rreġistrati fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol minn meta tkun saret l-applikazzjoni, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jestendu dak il-limitu ta’ żmien għal għaxart ijiem ta’ xogħol.

4.L-awtoritajiet responsabbli għandhom jaħżnu kull sett ta’ dejta msemmija fil-paragrafu 1 u kull dejta rilevanti oħra miġbura skont il-paragrafu 2 għal għaxar snin mid-data ta’ deċiżjoni finali. Id-dejta għandha titħassar meta jiskadi dan il-perjodu jew fejn din tkun tirrigwardja persuna li tkun kisbet ċittadinanza ta’ kwalunkwe Stat Membru qabel ma jiskadi dak il-perjodu hekk kif l-Istat Membru jsir konxju li l-persuna kkonċernata tkun kisbet din iċ-ċittadinanza.

Artikolu 28

Il-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali

1. L-applikant għandu jippreżenta l-applikazzjoni fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol mid-data meta l-applikazzjoni tiġi rreġistrata sakemm jingħata opportunità effettiva li jagħmel dan f’dak il-limitu ta’ żmien.

2.L-awtorità rsponsabbli li tirċievi u tirreġistra applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali għandhom jagħtu lill-applikant opportunità effettiva li jippreżenta applikazzjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 1.

3.Fejn ikun hemm numru sproporzjonat ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat li japplikaw b’mod simultanju għall-protezzjoni internazzjonali, li jagħmilha diffiċli fil-prattika li l-applikazzjonijiet jiġu rreġistrati fil-limitu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 1, l-awtorità responsabbli għandha tagħti lill-applikant opportunità effettiva li jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu mhux aktar tard minn xahar wara d-data meta tiġi rreġistrata l-applikazzjoni.

4. Meta jippreżentaw applikazzjoni, l-applikanti huma meħtieġa li jippreżentaw l-elementi kollha msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika) meħtieġa biex jissostanzjaw l-applikazzjoni tagħhom. Wara l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom, l-applikanti se jkunu awtorizzati li jippreżentaw kwalunkwe element addizzjonali rilevanti għall-eżami tiegħu sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni taħt il-proċedura amministrattiva.

L-awtorità responsabbli li tirċievi u tirreġistra applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali għandha tinforma lill-applikant li wara li tittieħed id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, hu jista’ jressaq biss elementi ġodda li huma rilevanti għall-eżami tal-applikazzjoni tiegħu, u li ma setax ikun konxju dwarhom fi stadju aktar bikri jew li jirrigwardjaw tibdil fis-sitwazzjoni tiegħu.

5. L-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali għandha tkun ippreżentata personalment u f’post indikat. Għal dan il-għan, meta tiġi rreġistrata l-applikazzjoni, l-applikant għandu jingħata appuntament mal-awtoritajiet kompeteti għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.

6.L-awtoritajiet responsabbli għandhom jaħżnu id-dejta msemmija fil-paragrafu 4 għal għaxar snin mid-data ta deċiżjoni finali. Id-dejta għandha titħassar meta jiskadi dak il-perjodu jew fejn tirrigwardja persuna li tkun kisbet ċittadinanza ta’ kwalunkwe Stat Membru qabel ma jiskadi dak il-perjodu hekk kif l-Istat Membru jiġi infurmat li l-persuna kkonċernata tkun kisbet din iċ-ċittadinanza.

Artikolu 29

Dokumenti għall-applikant

1. L-awtoritajiet tal-Istati Membri fejn issir applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali għandhom, mar-reġistrazzjoni, jipprovdu lill-applikant b’dokument li jiċċertifika, b’mod partikolari, li tkun saret applikazzjoni u li jiddikjara li l-applikant jista’ jibqa’ fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru sabiex jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu kif previst f’dan ir-Regolament.

2. Fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol mill-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, l-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għandhom jipprovdu lill-applikant b’dokument f’ismu:

(a)li jiddikjara l-identità tal-applikant billi jinkludi tal-anqas id-dejta msemmija fl-Artikolu 27(1)(a) u (b), ivverifikata u aġġornata fejn meħtieġ, kif ukoll immaġni tal-wiċċ tal-applikant, firma, il-post ta’ residenza kurrenti u d-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni;

(b)li jiddikjara l-awtorità emittenti, id-data u l-post tal-ħruġ u l-perjodu ta’ validità tad-dokument;

(c)li jiċċertifika l-istatus tal-individwu bħala applikant;

(d)li jiddikjara li l-applikant għandu d-dritt li jibqa’ fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru u li jindika jekk l-applikant hux ħieles li jiċċaqlaq fit-territorju kollu ta’ dak l-Istat Membru jew f’parti minnu;

(e)li jiddikjara li d-dokument mhux dokument tal-ivvjaġġar validu u li jindika li l-applikant mhux permess li jivvjaġġa mingħajr awtorizzazzjoni lejn it-territorju ta’ Stati Membri oħra sakemm tkun ġiet stabbilita l-proċedura għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta’ Dublin);

(f)li jiddikjara jekk l-applikant għandux permess li jaċċetta impjieg bi ħlas.

3.Fejn, wara proċedura ta’ determinazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta’ Dublin), Stat Membru ieħor jiġi indikat bħala responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni, l-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru għandhom jipprovdu lill-applikant b’dokument imsemmi fil-paragrafu 2 fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol mit-trasferiment tal-applikant lejn dak l-Istat Membru.

4.Id-dokument imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun validu għal perjodu ta’ sitt xhur li għandu jiġġedded kif mistħoqq sabiex ikun żgurat li l-validità ta’ dak id-dokument tkopri l-perjodu li matulu l-applikant għandu d-dritt li jibqa’ fit-territorju tal-Istat Membru responsabbli.

Il-perjodu ta’ validità indikat fuq id-dokument ma jikkostitwix dritt li wieħed jibqa’ fit-territorju fejn dak id-dritt ġie mwaqqaf jew sospiż.

5.Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika l-forma u l-kontenut tad-dokumenti li għandhom jingħataw lill-applikanti mar-reġistrazzjoni u l-preżentazzjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58.

Artikolu 30

Aċċess għall-proċedura f’faċilitajiet ta’ detenzjoni u f’punti ta’ qsim bejn fruntieri

1.Fejn hemm indikazzjonijiet li ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat miżmuma f’faċilitajiet ta’ detenzjoni jew li jinsabu f’punti ta’ qsim tal-fruntieri, inklużi żoni ta’ tranżitu fil-fruntieri esterni, jistgħu jinħtieġu protezzjoni internazzjonali, l-awtoritajiet responsabbli għandhom jagħtuhom informazzjoni dwar il-possibilità li japplikaw għal protezzjoni internazzjonali, b’mod partikolari fejn:

(a)x’aktarx li dik il-persuna hija minorenni mhux akkompanjat;

(b)ikun hemm indikazzjonijiet ovvji li l-persuna tbati minn mard mentali jew problemi oħra li jagħmluha impossibbli li din tkun tista’tiddikjara l-ħtieġa għal protezzjoni internazzjonali;

(c)il-persuna tkun waslet minn pajjiż ta’ oriġini speċifiku u x’aktarx li tkun teħtieġ protezzjoni internazzjonali minħabba sitwazzjoni magħrufa sew f’dak il-pajjiż terz.

2. L-awtoritajiet responsabbli għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex ikunu disponibbli servizzi ta’ interpretazzjoni li jiffaċilitaw l-aċċess għall-proċedura għall-protezzjoni internazzjonali.

3.Organizzazzjonijiet u persuni li jipprovdu pariri u konsulenza għandu jkollhom aċċess effettiv għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed jinżammu f’faċilitajiet ta’ detenzjoni jew li jinsabu f’punti ta’ qsim tal-fruntieri, inklużi żoni ta’ tranżitu fil-fruntieri esterni.

L-Istati Membri jistgħu jimponu limiti fuq tali aċċess fejn, minħabba l-liġi nazzjonali, huma neċessarji għas-sigurtà, l-ordni pubbliku jew il-ġestjoni amministrattiva tal-punti ta’ qsim ikkonċernati jew ta’ faċilità ta’ detenzjoni, sakemm l-aċċess ma jkunx limitat severament jew ma jsirx impossibbli.

Artikolu 31

Applikazzjonijiet f’isem il-konjuġi, is-sieħeb, minorenni jew adult dipendenti

1. Applikant jista’ jippreżenta applikazzjoni f’isem il-konjuġi jew is-sieħeb tiegħu f’relazzjoni stabbli u fit-tul, minorenni jew adulti dipendenti mingħajr kapaċità legali.

2. Il-konjuġi jew sieħeb imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun infurmat fil-privat dwar il-konsegwenzi proċedurali rilevanti li jkollu l-applikazzjoni ppreżentata f’ismu u dwar id-dritt tiegħu li jagħmel applikazzjoni separata għall-protezzjoni internazzjonali. Fejn il-konjuġi jew is-sieħeb ma jagħtix kunsens għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni f’ismu, għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta applikazzjoni f’ismu stess.

3.Fejn applikant ma jippreżentax applikazzjoni f’isem il-konjuġi jew is-sieħeb tiegħu kif imsemmi fil-paragrafu 1 fi żmien l-għaxart ijiem ta’ xogħol imsemmija fl-Artikolu 28(1), il-konjuġi jew is-sieħeb għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu f’ismu fi żmien perjodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol ieħor li jibda mill-iskadenza tal-ewwel perjodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol. Fejn il-konjuġi jew is-sieħeb xorta waħda ma jippreżentax l-applikazzjoni tiegħu fi żmien dawn l-għaxart ijiem ta’ xogħol addizzjonali, l-applikazzjoni għandha tkun irrifjutrata bħala abbandunata skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 39.

4.Fejn applikant ma jippreżentax applikazzjoni f’isem adult dipendenti tiegħu kif imsemmi fil-paragrafu 1 fi żmien l-għaxart ijiem ta’ xogħol imsemmija fl-Artikolu 28(1), l-awtorità determinanti għandha tippreżenta applikazzjoni f’isem dak l-adult dipendenti jekk, abbażi ta’ valutazzjoni individwali tas-sitwazzjoni personali tiegħu, tkun tal-opinjoni li l-adult dipendenti jista’ jinħtieġ protezzjoni internazzjonali.

5.Fejn persuna tkun ippreżentat applikazzjoni f’isem il-konjuġi jew is-sieħeb tagħha f’relazzjoni stabbli u fit-tul, jew adulti dipendenti mingħajr kapaċità legali, kull waħda minn dawn il-persuni għandha tingħata l-opportunità ta’ intervista personali.

6.Minorenni jista’ jkollu d-dritt li jippreżenta applikazzjoni f’ismu jekk ikollu l-kapaċità legali li jaġixxi fi proċeduri skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, jew permezz ta’ adult responsabbli għalih, kemm skont il-liġi kif ukoll skont il-prattika tal-Istat Membru kkonċernat, inkluż il-ġenituri tiegħu jew kull persuna oħra ġuridika jew li normalment tieħu ħsiebu, jew membri adulti tal-familja fil-każ ta’ minorenni akkompanjat, jew permezz ta’ kustodju fil-każ ta’ minorenni mhux akkompanjat.

7. Fil-każ ta’ minorenni akkompanjat, il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni mill-adult responsabbli għalih kif imsemmi fil-paragrafu 6 għandha titqies ukoll bħala l-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali f’isem il-minorenni.

8.Fejn adult responsabbli għall-minorenni akkompanjat ma jagħmilx applikazzjoni għalih innifsu, il-minorenni akkompanjat għandu jkun infurmat b’mod ċar dwar il-possibilità u l-proċedura għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni f’ismu stess fil-mument li ssir l-applikazjzoni tiegħu.

9.Fejn adult responsabbli għall-minorenni akkompanjat ma jippreżentas applikazzjoni f’isem il-minorenni fi żmien l-għaxart ijiem ta’ xogħol previsti fl-Artikolu 28(1), il-minorenni għandu jkun infurmat dwar il-possibilità li jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu f’ismu u jingħata l-opportunità li jagħmel dan fi żmien perjodu ieħor ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol li jibda mill-iskadenza tal-ewwel perjodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol jekk hu jkollu l-kapaċità li jaġixxi fi proċeduri skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. Fejn il-minorenni ma jippreżentax l-applikazzjoni tiegħu f’ismu fi żmien dawn l-għaxart ijiem ta’ xogħol addizzjonali, l-applikazzjoni għandha tkun irrifjutrata bħala abbandunata skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 39.

10.Bil-għan li tittieħed deċiżjoni dwar l-ammissibilità ta’ applikazzjoni fil-każ ta’ applikazzjoni separata minn konjuġi, sieħeb jew minorenni skont l-Artikolu 36(1)(d), applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha tkun soġġetta għal eżami inizjali dwar jekk hemmx fatti relatati mas-sitwazzjoni tal-konjuġi, tas-sieħeb jew tal-minorenni li jiġġustifikaw applikazzjoni separata.

Fejn ikun hemm fatti relatati mas-sitwazzjoni tal-konjuġi, tas-sieħeb jew tal-minorenni li jiġġustifikaw applikazzjoni separata, dik l-applikazzjoni separata għandha tkompli tiġi eżaminata sabiex tittieħed deċiżjoni fuq il-merti tagħha. Jekk le, dik l-applikazzjoni separata għandha tiġi rrifjutata bħala inammissibbli, mingħajr preġudizzju għall-eżami proprju ta’ kwalunkwe applikazzjoni ppreżentata f’isem il-konjuġi, is-sieħeb jew il-minorenni.

Artikolu 32

Applikazzjonijiet ta’ minorenni mhux akkompanjati

1. Minorenni mhux akkompanjat għandu jippreżenta applikazzjoni f’ismu jekk ikollu l-kapaċità legali li jaġixxi fi proċeduri skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, jew inkela l-kustodju tiegħu għandu jippreżentaha f’ismu. Il-kustodju għandu jassisti u jinforma sew lill-minorenni mhux akkompanjat dwar kif u fejn għandu jippreżenta l-applikazzjoni.

2.Fil-każ ta’ minorenni mhux akkompanjat, il-perjodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni previst fl-Artikolu 28(1) għandu jibda jgħodd biss mill-mument li jinħatar kustodju għall-minorenni mhux akkompanjat u dan ikun iltaqa’ miegħu. Fejn il-kustodju ma jippreżentax applikazzjoni f’isem il-minorenni mhux akkompanjat fi żmien dawk l-għaxart ijiem ta’ xogħol, l-awtorità determinanti għandha tippreżenta applikazzjoni f’isem il-minorenni mhux akkompanjat jekk, abbażi ta’ valutazzjoni individwali tas-sitwazzjoni personali tiegħu, tkun tal-opinjoni li l-minorenni mhux akkompanjat jista’ jinħtieġ protezzjoni internazzjonali.

3.L-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2008/115/KE għandu jkollhom id-dritt li jippreżentaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali f’isem minorenni mhux akkompanjat jekk, abbażi ta’ valutazzjoni individwali tas-sitwazzjoni personali tiegħu, dawk l-entitajiet huma tal-opinjoni li l-minorenni jista’ jinħtieġ protezzjoni internazzjonali.

Taqsima ii

Proċedura ta’ eżami

Artikolu 33

L-eżami tal-applikazzjonijiet

1. L-Istati Membri għandhom jażaminaw l-applikazzjonijet għall-protezzjoni internazzjonali b’konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi stabbiliti fil-Kapitolu II.

2. L-awtorità determinanti għandha tieħu deċiżjonijiet dwar applikazzjonjiet għall-protezzjoni internazzjonali wara eżami xieraq fir-rigward tal-ammissibilità jew il-merti ta’ applikazzjoni. L-awtorità determinanti għandha teżamina applikazzjonijiet oġġettivament, b’mod imparzjali u fuq bażi individwali. Għall-finijiet tal-eżami tal-applikazzjoni, din għandha tqis:

(a)id-dikjarazzjonijiet u d-dokumentazzjoni rilevanti preżentati mill-applikant inkluż informazzjoni dwar jekk l-applikant kienx jew jistax jiġi soġġett għal persekuzzjoni jew ħsara serja;

(b)l-informazzjoni rilevanti, preċiża u aġġornata kollha relatata mas-sitwazzjoni li tkun attwalment teżisti fil-pajjiż ta’ oriġini tal-applikant fil-mument li tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, inklużi liġijiet u regolamenti tal-pajjiż ta’ oriġini u mod li bih jiġu applikati, kif ukoll kull informazzjoni oħra rilevanti miksuba mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati u organizzazzjonijiet internazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem rilevanti, jew minn sorsi oħra;

(c)l-analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-UE għall-Asil);

(d)il-pożizzjoni individwali u ċ-ċirkostanzi personali tal-applikant, inkluż fatturi bħalma huma l-ambjent minn fejn ikun ġej, is-sess, l-età, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru sabiex jiġi stmat jekk, abbażi taċ-ċirkostanzi personali tal-applikant, l-atti li għalihom l-applikant kien jew jista’ jiġi espost ikunux jammontaw għal persekuzzjoni jew ħsara serja;

(e)jekk l-attivitajiet li kien involut fihom l-applikant minn meta jkun telaq mill-pajjiż ta’ oriġini kinux imwettqa mill-applikant għall-għan waħdieni jew ewlieni li jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, sabiex jiġi stmat jekk dawk l-attivitajiet jesponux lill-applikant għal persekuzzjoni jew ħsara serja jekk jiġi ritornat lejn dak il-pajjiż;

(f)jekk l-applikant ikun mistenni b’mod raġonevoli li japprofitta ruħu mill-protezzjoni ta’ pajjiż ieħor fejn ikun jista’ jiddikjara ċ-ċittadinanza.

3.Il-persunal li jeżamina l-applikazzjonijiet u li jieħu d-deċiżjonijiet għandu jkollu għarfien suffiċjenti dwar l-istandards rilevanti applikabbli fil-qasam tal-liġi dwar l-asil u dwar ir-rifuġjati; Huma għandu jkollhom il-possibilità li jitolbu parir, meta jkun meħtieġ, minn esperti dwar kwistjonijiet partikolari, bħal pereżempju kwistjonijiet mediċi, kulturali, reliġjużi u dwar it-tfal jew relatati mal-ġeneru. Fejn ikun meġtieġ, huma jistgħu jippreżentaw talbiet lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, skont l-Artikolu 9(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-UE għall-Asil).

4. Dokumenti rilevanti għall-eżami ta’ applikazzjonijiet mill-awtorità determinanti għandhom ikunu tradotti, fejn ikun meħtieġ, għal tali eżami.

5. Eżami ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jista jingħata prijorità b’konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II, b’mod partikolari fejn:

(a)l-applikazzjoni aktarx tkun iġġustifikata;

(b)l-applikant għandu bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza fis-sens tal-Artikolu 20 tad-Direttiva XXX/XXX/UE (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza), jew ikun jinħtieġ garanziji proċedurali speċjali, b’mod partikolari fil-każ ta’ minorenni mhux akkompanjati.

Artikolu 34

It-tul tal-proċedura tal-eżami

1. L-eżami biex tkun determinata l-ammissibilità ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 36(1) ma għandhiex tieħu aktar minn xahar mill-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni.

Il-limitu ta’ żmien għal tali eżami għandu jkun ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol fejn, skont l-Artikolu 3(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta’ Dublin), l-Istat Membru tal-ewwel applikazzjoni japplika l-kunċett tal-ewwel pajjiż ta’ asil jew pajjiż terz bla periklu msemmi fl-Artikolu 36(1)(a) u (b).

2. L-awtorità determinanti għandha tiżgura li proċedura tal-eżami fuq il-merti tiġi konkluża kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn sitt xhur mill-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, mingħajr preġudizzju għal eżami adegwat u sħiħ.

3. L-awtorità determinanti tista’ testendi dak il-limitu ta’ żmien ta’ sitt xhur b’perjodu ta’ mhux aktar minn tliet xhur fejn:

(a)numru sproporzjonat ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat japplikaw simultanjament għall-protezzjoni internazzjonali, bir-riżultat li jsir diffiċli fil-prattika li l-proċedura tiġi ffinalizzata fil-limitu ta’ żmien ta’ sitt xhur;

(b)ikun hemm kwistjonijiet kumplessi ta’ fatt jew liġi;

4. Fejn applikazzjoni tkun soġġetta għall-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta’ Dublin), il-limitu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jibda japplika mill-mument li l-Istat Membru responsabbli jiġi determinat f’konformità ma’ dak ir-Regolament, l-applikant ikun fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru u tkun ittieħedet responsabbiltà tiegħu skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta’ Dublin).

5. L-awtorità determinanti tista’ tipposponi l-konklużjoni tal-proċedura tal-eżami meta ma jkunx mistennija b’mod raġonevoli li tiddeċiedi fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafu 2 u fl-Artikolu 40(4) fir-rigward tal-proċedura aċċellerata ta’ eżami minħabba sitwazzjoni inċerta fil-pajjiż ta’ oriġini li tkun mistennija li tkun temporanja. F’dawk il-każijiet, l-awtorità determinanti għandha:

(a)twettaq reviżjonijiet tas-sitwazzjoni f’dak il-pajjiż ta’ oriġini tal-inqas kull xaharejn;

(b)tinforma lill-applikanti kkonċernati fi żmien raġonevoli bir-raġunijiet għall-posponiment.

L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil fi żmien raġonevoli dwar il-posponiment tal-proċeduri għal dak il-pajjiż ta’ oriġini. Fi kwalunkwe każ, l-awtorità determinanti għandha tikkonkludi l-proċedura ta’ eżami fi żmien 15-il xahar minn meta ssir l-applikazzjoni.

Taqsima iii

Deċiżjonijiet dwar l-Applikazzjonijiet

Artikolu 35

Deċiżjonijiet mill-awtorità determinanti

1. Deċiżjoni dwar applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali għandha tingħata bil-miktub u għandha tkun notifikata lill-applikant mingħajr dewmien f’ilsien li jifhem jew raġonevolment hu mistenni li jifhem.

2. Fejn applikazzjoni hija rrifjutata bħala inammissibbli, bħala mingħajr bażi fir-rigward tal-istatus ta’ rifuġjat jew l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja, bħala espliċitament irtirata jew bħala abbandunata, ir-raġunijiet fil-fatt u fil-liġi għandhom ikunu ddikjarati f’dik id-deċiżjoni. Informazzjoni dwar kif wieħed jista’ jikkontesta deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali għandha tingħata bil-miktub, sakemm mhux diġà pprovduta lill-applikant b’xi mod ieħor.

3. F’każijiet ta’ applikazzjonijiet f’isem konjuġi, sħab, minorenni jew adulti dipendenti mingħajr kapaċità legali, u kull meta l-applikazzjoni tkun ibbażata fuq l-istess raġunijiet, l-awtorità determinanti tista tieħu deċiżjoni waħda, li tkopri lill-applikanti kollha, ħlief jekk dan ikun iwassal għall-iżvelar ta’ ċirkostanzi partikolari ta’ applikant li jistgħu jfixklu l-interessi tiegħu, partikolarment f’każijiet li jinvolvu s-sess, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità sesswali u/jew il-persekuzzjoni bbażata fuq l-età. F’każijiet bħal dawn, tinħareġ deċiżjoni separata lill-persuna kkonċernata.

Artikolu 36

Deċiżjoni dwar l-ammissibilità tal-applikazzjoni

1.L-awtorità determinanti għandha tivvaluta l-ammissibilità ta’ applikazzjoni, f’konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, u għandha tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli fejn tapplika xi waħda minn dawn ir-raġunijiet:

(a)pajjiż li mhux Stat Membru hu meqjus li huwa l-ewwel pajjiż tal-asil għall-applikant skont l-Artikolu 44 sakemm ma jkunx ċar li l-applikant mhux se jkun ammess jew ammess mill-ġdid f’dak il-pajjiż;

(b)pajjiż li mhux Stat Membru hu meqjus li huwa pajjiż terz bla periklu għall-applikant skont l-Artikolu 45 sakemm ma jkunx ċar li l-applikant mhux ser ikun ammess jew ammess mill-ġdid f’dak il-pajjiż;

(c)l-applikazzjoni tkun applikazzjoni sussegwenti, fejn ebda elementi jew sejbiet ġodda relatati mal-eżami dwar jekk l-applikant jikkwalifikax bħala benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali b’konformità mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika) jew relatati mar-raġuni tal-inammissibilità applikata qabel, ma jkunu rriżultaw jew ġew ippreżentati mill-applikant;

(d)konjuġi jew sieħeb jew minorenni akkompanjat jippreżenta applikazzjoni wara li hu jkun ta l-kunsens tiegħu biex l-applikazzjoni tiġi ppreżentata f’ismu, u ma jkun hemm l-ebda fatt li jirrigwardja s-sitwazzjoni tal-konjuġi, tas-sieħeb jew tal-minorenni li jiġġustifika applikazzjoni separata.

2.Applikazzjoni ma għandhiex tkun eżaminata fuq il-merti tagħha f’każijiet fejn applikazzjoni mhix eżaminata b’konformità mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta’ Dublin), inkluż fejn Stat Membru ieħor ikun ta protezzjoni internazzjonali lill-applikant, jew meta applikazzjoni tiġi rrifjutata bħala inammissibbli skont il-paragrafu 1.

3.Il-paragrafu 1(a) u (b) ma għandhomx japplikaw għal benefiċjarju ta’ protezzjoni sussidjarja li jkun ġie risistemat skont proċedura mħaffa b’konformità mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar ir-Risistemazzjoni) 36 .

4. Meta, wara l-eżami ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 3(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta’ Dublin), l-ewwel Stat Membru li fih tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni jqis li din hija ammissibbli, id-dispożizzjoni tal-paragrafu 1(a) u (b) ma għandhiex għalfejn terġa’ tiġi applikata mill-Istat Membru responsabbli.

5.Meta awtorità determinanti prima facie tqis li applikazzjoni tista’ tiġi rrifjutata bħala manifestament mingħajr bażi, din ma għandhiex tkun obbligata li tagħmel dikjarazzjoni dwar l-ammissibilità tal-applikazzjoni.

Artikolu 37

Deċiżjoni dwar il-merti ta’ applikazzjoni

1. Meta teżamina applikazzjoni fuq il-merti, l-awtorità determinanti għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk l-applikant jikkwalifikax bħala rifuġjat, u jekk le, għandha tiddetermina jekk l-applikant huwiex eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja b’konformità mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika).

2. L-awtorità determinanti għandha tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi fejn din tistabbilixxi li l-applikant ma jikkwalifikax għall-protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika).

3. L-awtorità determinanti għandha tiddikjara applikazzjoni mingħajr bażi bħala manifestament mingħajr bażi fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 40(1)(a), (b), (c), (d) u (e).

Artikolu 38

Irtirar espliċitu ta’ applikazzjonijiet

1. Applikant jista’, ex officio u fi kwalunkwe ħin matul il-proċedura, jirtira l-applikazzjoni tiegħu.

2. Fejn applikazzjoni tiġi rtirata b’mod espliċitu mill-applikant, l-awtorità determinanti għandha tieħu deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew bħala mingħajr bażi fejn l-awtorità determinanti tkun, fl-istadju li fih l-applikazzjoni tiġi rtirata espliċitament, diġà sabet li l-applikant ma jikkwalifikax għal protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika).

Artikolu 39

Irtirar impliċitu ta’ applikazzjonijiet

1. L-awtorità determinanti għandha tirrifjuta applikazzjoni bħala abbandunata meta:

(a)l-applikant ma jkunx ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 28 minkejja li kellu opportunità effettiva biex jagħmel dan;

(b)konjuġi, sieħeb jew minorenni ma jkunx ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu wara li l-applikant ikun naqas milli jippreżenta l-applikazzjoni f’ismu kif imsemmi fl-Artikolu 31(3) u (8);

(c)l-applikant jirrifjuta li jikkoopera billi ma jipprovdix id-dettalji meħtieġa sabiex l-applikazzjoni tiġi eżaminata u billi ma jipprovdix il-marki tas-swaba’ tiegħu u l-immaġni ta’ wiċċu skont l-Artikolu 7(3);

(d)l-applikant ma jattendix għal intervista personali għalkemm hu kien meħtieġ jagħmel dan skont l-Artikoli 10 sa 12;

(e)l-applikant ikun abbanduna l-post ta’ residenza tiegħu, mingħajr ma jkun informa lill-awtoritajiet kompetenti jew mingħajr awtorizzazzjoni kif previst fl-Artikolu 7(4);

(f)l-applikant ikun naqas milli jikkonforma b’mod ripetut mad-dmirijiet tar-rapportar imposti fuqu skont l-Artikolu 7(5).

2. Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità determinanti għandha twaqqaf l-eżami tal-applikazzjoni u tibgħat notifika bil-miktub lill-applikant fil-post tar-residenza jew l-indirizz imsemmi fl-Artikolu 7(4), fejn tinformah li l-eżami tal-applikazzjoni tiegħu jkun twaqqaf u li l-applikazzjoni se tkun irrifjutata b’mod definit bħala abbandunata sakemm l-applikant ma jirrapportax lura lill-awtorità determinanti fi żmien perjodu ta’ xahar mid-data meta tintbagħat in-notifika bil-miktub.

3. Meta l-applikant jirrapporta lill-awtorità determinanti f’dak il-perjodu ta’ xahar u juri li n-nuqqas tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom, l-awtorità determinanti għandha tkompli l-eżami tal-applikazzjoni.

4. Meta l-applikant ma jirrapportax lill-awtorità determinanti f’dak il-perjodu ta’ xahar u ma jurix li n-nuqqas tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom, l-awtorità determinanti għandha tqis li l-applikazzjoni tkun ġiet irtirata b’mod impliċitu.

5. Fejn applikazzjoni tiġi rtirata b’mod impliċitu mill-applikant, l-awtorità determinanti għandha tieħu deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni bħala abbandunata jew bħala mingħajr bażi fejn l-awtorità determinanti tkun, fl-istadju li fih l-applikazzjoni tiġi rtirata impliċitament, diġà sabet li l-applikant ma jikkwalifikax għal protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika).

Taqsima iv

Proċeduri Speċjali

Artikolu 40

Proċedura aċċellerata ta’ eżami

1. L-awtorità determinanti għandha, b’konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, taċċellera l-eżami fuq il-merti ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, f’każijiet fejn:

(a)l-applikant, fil-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu u fil-preżentazzjoni tal-fatti, ikun qajjem biss kwistjonijiet li mhumiex rilevanti għall-eżami dwar jekk huwa jikkwalifikax jew le bħala benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika);

(b)l-applikant ikun għamel rappreżentazzjonijiet li b’mod ċar kienu inkonsistenti u kontradittorji li jkunu foloz jew manifestament improbabbli jew insuffiċjenti li jikkontradixxu informazzjoni vverfikata kif xieraq dwar il-pajjiż ta’ oriġini, li konsegwentement jwasslu biex it-talba tiegħu ma tkunx tidher konvinċenti fir-rigward ta’ jekk jikkwalifikax jew le bħala benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali taħt ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika);

(c)l-applikant inganna lill-awtoritajiet billi ppreżenta informazzjoni jew dokumenti foloz jew billi żamm għalih informazzjoni jew dokumenti rilevanti fir-rigward tal-identità jew tan-nazzjonalità tiegħu li setgħu kellhom impatt negattiv fuq id-deċiżjoni;

(d)l-applikant qed jagħmel applikazzjoni sempliċiment biex jittardja jew ifixkel l-infurzar ta’ deċiżjoni preċedenti jew imminenti li tirriżulta fit-tkeċċija tiegħu minn territorju ta’ Stat Membru;

(e)pajjiż terz jista’ jitqies bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu għall-applikant fis-sens ta’ dan ir-Regolament;

(f)l-applikant jista’, għal raġunijiet serji, jitqies bħala periklu għas-sigurtà nazzjonali jew l-ordni pubbliku tal-Istati Membri;

(g)l-applikant ma jikkonformax mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta’ Dublin), sakemm hu ma jurix li n-nuqqas tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom;

(h)l-applikazzjoni hija applikazzjoni sussegwenti, fejn ikun tant ċar li l-applikazzjoni hija bla sustanza jew abużiva li din ma jkollha l-ebda prospett tanġibbli ta’ suċċess.

2. L-awtorità determinanti għandha tikkonkludi l-proċedura aċċellerata ta’ eżami fi żmien xaharejn minn meta tiġi preżentata l-applikazzjoni. Bħala eċċezzjoni, fil-każijiet stabbiliti fil-paragrafu (1)(d), l-awtorità determinanti għandha tikkonkludi l-proċedura aċċellerata ta’ eżami fi żmien tmint ijiem ta’ xogħol.

3.Fejn applikazzjoni tkun soġġetta għall-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta’ Dublin), il-limiti ta’ żmien imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jibdew japplikaw mill-mument li l-Istat Membru responsabbli jiġi determinat f’konformità ma’ dak ir-Regolament, l-applikant ikun fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru u tkun ittieħedet responsabbiltà tiegħu skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta’ Dublin).

4.Fejn l-awtorità determinanti tqis li l-eżami tal-applikazzjoni jinvolvi kwistjonijiet ta’ fatti jew ta’ liġi li huma kumplessi biex jiġu eżaminati taħt proċedura aċċellerata ta’ eżami, din tista’ tkompli l-eżami fuq il-merti b’konformità mal-Artikoli 34 u 37. F’dak il-każ, jew fejn ma tkunx tista’ tittieħed deċiżjoni oħra fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafu 2, l-applikant ikkonċernat għandu jkun infurmat dwar il-bidla fil-proċedura.

5.Il-proċedura aċċellerata ta’ eżami tista’ tkun applikata għal minorenni mhux akkompanjati biss meta:

(a)l-applikant ikun ġej minn pajjiż terz meqjus li hu pajjiż ta’ oriġini bla periklu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47;

(b)l-applikant ikun jista’ għal raġunijiet serji jitqies li huwa ta’ periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru, jew l-applikant ikun tkeċċa bil-forza għal raġunijiet serji ta’ sigurtà pubblika jew ordni pubbliku skont il-liġi nazzjonali.

Artikolu 41

Proċedura fuq il-fruntiera

1. L-awtorità determinanti tista’, skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, tieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni fuq il-fruntiera jew f’żoni ta’ tranżitu fl-Istati Memrbi dwar:

(a)l-ammissibilità ta’ applikazzjoni li ssir f’tali postijiet skont l-Artikolu 36(1); jew

(b)il-merti ta’ applikazzjoni fil-każijiet soġġetti għal proċedura aċċellerata ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 40.

2. Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tittieħed kemm jista’ jkun malajr mingħajr preġudizzju għal eżami adegwat u komplet tal-applikazzjoni, u mhux aktar minn erba’ ġimgħat minn meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni.

3.Meta deċiżjoni finali ma tkunx ittieħdet fi żmien erba’ ġimgħat kif indikat fil-paragrafu 2, l-applikant ma għandux jibqa’ jinżamm fuq il-fruntiera jew f’żoni ta’ tranżitu u għandu jitħalla jidħol fit-territorju tal-Istat Membru sabiex l-applikazzjoni tiegħu tiġi proċessata b’konformità mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-Regolament.

4. Fil-każijiet ta’ wasliet li jinvolvu numru sproporzjonat ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew ta’ persuni mingħajr Stat li jippreżentaw applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali fuq il-fruntiera jew f’żona ta’ tranżitu, li jagħmluha diffiċli fil-prattika li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 f’dawn il-postijiet, il-proċeduri fuq il-funtiera jistgħu jiġu wkoll applikati f’postijiet qrib il-fruntiera jew iż-żona ta’ tranżitu.

5.Il-proċedura fuq il-fruntiera tista’ tiġi applikata għal minorenni mhux akkompanjati, f’konformità mal-Artikoli 8 sa 11 tad-Direttiva (UE) Nru XXX/XXX (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza) biss fejn:

(a)l-applikant ikun ġej minn pajjiż terz meqjus li hu pajjiż ta’ oriġini bla periklu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47;

(b)l-applikant ikun jista’ għal raġunijiet serji jitqies li huwa ta’ periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru, jew l-applikant ikun tkeċċa bil-forza għal raġunijiet serji ta’ sigurtà pubblika jew ordni pubbliku skont il-liġi nazzjonali;

(c)hemm raġunijiet ġustifikati li wieħed iqis li pajjiż terz huwa pajjiż terz bla periklu għall-applikant skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 45;

(d)l-applikant ikun inganna lill-awtoritajiet billi ppreżenta informazzjoni jew dokumenti foloz jew billi żamm għalih informazzjoni jew dokumenti rilevanti fir-rigward tal-identità jew tan-nazzjonalità tiegħu li setgħu kellhom impatt negattiv fuq id-deċiżjoni.

Il-punt (d) għandu jkun applikat biss fejn ikun hemm raġunijiet serji biex wieħed iqis li l-applikant ikun qed jipprova jaħbi elementi rilevanti li x’aktarx iwasslu għal deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali u sakemm l-applikant ikun ingħata opportunità effettiva biex jipprovdi ġustifikazzjonijiet sostanzjati għall-azzjonijiet tiegħu.

Artikolu 42

Applikazzjoni sussegwenti

1. Wara li applikazzjoni sussegwenti tkun ġiet irrifjutata permezz ta’ deċiżjoni finali, kull applikazzjoni ulterjuri magħmula milll-istess applikant fi kwalunkwe Stat Membru għandha titqies bħala applikazzjoni sussegwenti mill-Istat Membru responsabbli.

2. Applikazzjoni sussegwenti għandha tkun soġġetta għal eżami preliminari fejn l-awtorità determinanti għandha tistabbilixxi jekk hemmx elementi jew sejbiet ġodda rilevanti li tqajmu jew li ġew ippreżentati mill-applikant li b’mod sinifikanti jżidu l-probabilità li l-applikant jikkwalifika bħala benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali taħt ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika) jew li jirrigwardjaw ir-raġunijiet li għalihom l-applikazzjoni preċedenti tkun ġiet irrifjutata bħala inammissibbli.

3.L-eżami preliminari għandu jitwettaq abbażi ta’ preżentazzjonijiet bil-miktub u intervista personali, b’konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II. L-intervista personali tista’ ma ssirx f’każijiet fejn, mill-preżentazzjonijiet bil-miktub, ikun ċar li l-applikazzjoni ma twassalx għal elementi rilevanti jew sejbiet ġodda jew li tkun ċar li hija mingħajr sustanza jew ma ma għandha l-ebda prospett tanġibbli ta’ suċċess.

4.Proċedura ġdida għall-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali għandha tinbeda fejn:

(a)jinstabu jew jiġu ppreżentati mill-applikant elementi ġodda jew sejbiet rilevanti kif imsemmi fil-paragrafu 2(a);

(b)l-applikant ma kienx kapaċi, minħabba ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom, li jippreżenta dawk l-elementi jew is-sejbiet matul il-proċedura fil-kuntest tal-applikazzjoni preċedenti, sakemm ma jitqiesx li mhuwiex raġonevoli li ma jitteħidx kont ta’ dawk l-elementi jew sejbiet.

5.Fejn ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta’ proċedura ġdida kif stabbilit fil-paragrafu 4, l-awtorità determinanti għandha tirrifjuta l-applikazzjoni bħala inammissibbli, jew bħala manifestament mingħajr bażi fejn ikun tant ċar li l-applikazzjoni hija mingħajr sustanza jew abużiva li ma jkollha l-ebda prospett tanġibbli ta’ suċċess.

Artikolu 43

Eċċezzjoni mid-dritt li wieħed jibqa’ fit-territorju f’applikazzjonijiet sussegwenti

Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ nonrefoulement, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu eċċezzjoni mid-dritt li wieħed jibqa’ fit-territorju tagħhom u jagħtu deroga mill-Artikolu 54(1), meta:

(a)applikazzjoni sussegwenti tkun ġiet irrifjutata mill-awtorità determinanti bħala inammissibbli jew manifestament mingħajr bażi;

(b)it-tieni applikazzjoni jew applikazzjonijiet oħra sussegwenti jsiru fi kwalunkwe Stat Membru wara deċiżjoni finali li tirrifjuta applikazzjoni sussegwenti preċedenti bħala inammissibbli, mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi.

Taqsima v

Kunċetti ta’ pajjiż bla periklu

Artikolu 44

Il-kunċett tal-ewwel pajjiż ta’ asil

1. Pajjiż terz għandu jkun kunsidrat bħala l-ewwel pajjiż ta’ asil għal applikant partikolari sakemm:

(a)l-applikant ikun gawda protezzjoni skont il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra f’dak il-pajjiż qabel ma jivvjaġġa lejn l-Unjoni u jkun għadu jista’ japprofitta ruħu minn dik il-protezzjoni; jew

(b)inkella, l-applikant ikun gawda protezzjoni suffiċjenti f’dak il-pajjiż qabel ma jivvjaġġa lejn l-Unjoni u jkun għadu jista’ japprofitta ruħu minn dik il-protezzjoni.

2. L-awtorità determinanti għandha tqis li applikant igawdi protezzjoni suffiċjenti fis-sens tal-paragrafu 1(b) sakemm tkun sodisfatta li:

(a)il-ħajja u l-libertà ma jkunux mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, is-sħubija f’xi grupp soċjali partikolari jew l-opinjoni politika;

(b)ma jkun hemm l-ebda riskju ta’ ħsara serja kif definit fir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika);

(c)jiġi rispettat il-prinċipju ta’ nonrefoulement skont il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra;

(d)tkun rispettata l-projbizzjoni tal-espulsjoni ta’ persuna, bi ksur tad-dritt tal-libertà mit-tortura u minn trattament krudili, inuman u degradanti kif stabbilit fid-dritt internazzjonali;

(e)ikun hemm dritt għal residenza legali;

(f)ikun hemm aċċess xieraq għas-suq tax-xogħol, il-faċilitajiet tal-akkoljenza, is-saħħa u l-edukazzjoni; u

(g)ikun hemm id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja skont l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem.

3. Qabel ma l-applikazzjoni tiegħu tista’ tiġi rrifjutata bħala inammissibbli skont l-Artikolu 36(1)(a), l-applikant għandu jkun jista’ jikkontesta l-kunċett tal-applikazzjoni tal-ewwl pajjiż ta’ asil fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu meta jippreżenta l-applikazzjoni u matul l-intervista tal-ammissibilità.

4. Fir-rigward ta’ minorenni mhux akkompanjati, il-kunċett tal-ewwel pajjiż ta’ asil jista’jiġi applikat biss fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri l-ewwel ikunu rċevew mingħand l-awtoritajiet tal-pajjiż terz inkwistjoni l-assigurazzjoni li dawk l-awtoritajiet se jieħdu r-responsabilità għall-minorenni mhux akkompanjat, u li hu ser jibbenefika immedjatament minn waħda mill-forom ta’ protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

5. Fejn applikazzjoni tiġi rrifjutata bħala inammissibbli fl-applikazzjoni tal-kunċett tal-ewwel pajjiż ta’ asil, l-awtorità determinanti għandha:

(a)tinforma lill-applikant dwar dan;

(b)tipprovdilu dokument li jinforma lill-awtoritajiet tal-pajjiż terz, fl-ilsien ta’ dak il-pajjiż, li l-applikazzjoni ma kinitx eżaminata fis-sustanza tagħha bħala konsegwenza tal-applikazzjoni tal-kunċett tal-ewwel pajjiż ta’ asil.

6. Fejn il-pajjiż terz inkwistjoni ma jaċċettax jew ma jerġax jaċċetta lura lill-applikant fit-territorju tiegħu, l-awtorità determinanti għandha tirrevoka d-deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoi bħala inammissibbli, u għandha tagħti aċċess lill-proċedura skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II u t-Taqsima I tal-Kapitolu III.

7. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil kull sena dwar il-pajjiżi li għalihom jiġi applikat il-kunċett tal-ewwel pajjiż ta’ asil.

Artikolu 45

Il-kunċett tal-pajjiż terz bla periklu

1. Pajjiż terz għandu jiġi indikat bħala pajjiż terz bla periklu sakemm:

(a)il-ħajja u l-libertà ma jkunux mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, is-sħubija f’xi grupp soċjali partikolari jew l-opinjoni politika;

(b)ma jkun hemm l-ebda riskju ta’ ħsara serja kif definit fir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX;

(c)jiġi rispettat il-prinċipju ta’ nonrefoulement skont il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra;

(d)tkun rispettata l-projbizzjoni tal-espulsjoni ta’ persuna, bi ksur tad-dritt tal-libertà mit-tortura u minn trattament krudili, inuman u degradanti kif stabbilit fid-dritt internazzjonali;

(e)teżisti l-possibilità li tingħata protezzjoni skont l-istandards sostantivi tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra, jew protezzjoni suffiċjenti kif imsemmi fl-Artikolu 44(2) kif xieraq.

Il-valutazzjoni dwar jekk pajjiż terz għandux jiġi indikat bħala pajjiż terz bla periklu b’konformità ma’ dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq firxa ta’ sorsi ta’ informazzjoni, inkluż b’mod partikolari informazzjoni minn Stati Membri, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, il-Kunsill tal-Ewropa u organizzazzjonijiet oħra rilevanti.

2. Il-kunċett tal-pajjiż terz bla periklu għandu jkun applikat:

(a)fejn pajjiż terz ikun ġie indikat bħala pajjiż terz bla periklu skont l-Artikolu 50;

(b)fejn pajjiż terz ikun ġie indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjojni; jew

(c)f’każijiet individwali relatati ma’ applikant speċifiku.

3. L-awtorità determinanti għandha tqis li pajjiż terz huwa pajjiż terz bla periklu għal applikant partikolari, wara eżami individwali tal-applikazzjoni, biss meta hi tkun sodisfatta bis-sigurtà tal-pajjiż terz għal applikant partikolari skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 u tkun stabbiliet li:

(a)ikun hemm konnessjoni bejn l-applikant u l-pajjiż terz inkwistjoni li abbażi tagħha ikun raġonevoli għal dik il-persuna li tmur f’dak il-pajjiż, inkluż minħabba li l-applikant ikun għadda in tranżitu minn dak il-pajjiż terz li jkun ġeografikament viċin tal-pajjiż ta’ oriġini tal-applikant;

(b)l-applikant ma jkunx ippreżenta raġunijiet serji biex il-pajjiż jitqies li mhuwiex pajjiż terz bla periklu fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu.

4. Qabel ma l-applikazzjoni tiegħu tkun tista’ tiġi rrifjutata bħala inammissibbli skont l-Artikolu 36(1)(b), l-applikant għandu jkun jista’ jikkontesta l-applikazzjoni tal-kunċett ta’ pajjiż terz bla periklu fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu meta jippreżenta l-applikazzjoni u matul l-intervista tal-ammissibilità.

5. Fir-rigward ta’ minorenni mhux akkompanjati, il-kunċett ta’ pajjiż terz bla periklu jista’jiġi applikat biss fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri l-ewwel ikunu rċevew konferna mingħand l-awtoritajiet tal-pajjiż terz inkwistjoni li se jieħdu r-responsabilità għall-minorenni mhux akkompanjat, u li hu se jkollu aċess immedjatament għal waħda mill-forom ta’ protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1(e).

6. Fejn applikazzjoni tiġi rrifjutata bħala inammissibbli fl-applikazzjoni tal-kunċett ta’ pajjiż terz bla periklu, l-awtorità determinanti għandha:

(a)tinforma lill-applikant dwar dan; u

(b)tipprovdilu dokument li jinforma lill-awtoritajiet tal-pajjiż terz, fl-ilsien ta’ dak il-pajjiż, li l-applikazzjoni ma kinitx eżaminata fis-sustanza tagħha bħala konsegwenza tal-applikazzjoni tal-kunċett ta’ pajjiż terz bla periklu.

7. Fejn il-pajjiż terz inkwistjoni ma jaċċettax jew ma jerġax jaċċetta lura lill-applikant fit-territorju tiegħu, l-awtorità determinanti għandha tirrevoka d-deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoi bħala inammissibbli, u għandha tagħti aċċess lill-proċedura skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II u t-Taqsima I tal-Kapitolu III.

Artikolu 46

Indikazzjoni ta’ pajjiżi terzi bla periklu fil-livell tal-Unjoni

1. Pajjiżi terzi għandhom jiġu indikati bħala pajjiżi terzi bla periklu fil-livell tal-Unjoni, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45(1).

2. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi regolarment is-sitwazzjoni f’pajjiżi terzi li jiġu indikati bħala pajjiżi terzi bla periklu fil-livell tal-Unjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u abbażi ta’ sorsi oħra ta’ informazzjoni msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 45(1).

3. Il-Kunnissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tissospendi l-indikazzjoni ta’ pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49.

Artikolu 47

Il-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini bla periklu

1. Pajjiż terz jista’ jiġi indikat bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu b’konformità ma’ dan ir-Regolament fejn, abbażi tas-sitwazzjoni legali, l-applikazzjoni tal-liġi fi ħdan sistema demokratika u ċ-ċirkostanzi politiċi ġenerali, ikun jista’ jintwera li b’mod ġenerali ma hemmx persekuzzjoni kif definita fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika), ebda tortura jew trattament jew kastig inuman jew degradanti, u ebda theddida minn vjolenza indiskriminata f’sitwazzjonijiet ta’ konflitt armat internazzjonali jew intern.

2. Il-valutazzjoni dwar jekk pajjiż terz għandux jiġi indikat bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu b’konformità ma’ dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq firxa ta’ sorsi ta’ informazzjoni, inkluż b’mod partikolari informazzjoni minn Stati Membri, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, il-Kunsill tal-Ewropa kif ukoll organizzazzjonijiet oħra rilevanti, u għandu jikkunsidra l-analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (l-Aġenzija tal-UE għall-Asil).

3. Meta ssir din il-valutazzjoni, għandu jittieħed kont fost l-oħrajn tal-punt sa fejn tingħata l-protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin permezz ta’:

(a)il-liġijiet u r-regolamenti rilevanti tal-pajjiż u l-mod li bih huma applikati;

(b)l-osservanza tad-drittijiet u l-libertajiet stabbiliti fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali jew il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi jew il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Tortura, b’mod partikolari d-drittijiet li minnhom ma tistax issir deroga skont l-Artikolu 15(2) tal-Konvenzjoni Ewropea msemmija;

(c)in-nuqqas ta’ espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni ta’ ċittadini proprji lejn pajjiżi terzi fejn, fost l-oħrajn, hemm riskju serju li dawn jistgħu jkunu soġġetti għall-piena tal-mewt, tortura, persekuzzjoni jew trattament jew kastig ieħor inuman jew degradanti, jew fejn ħajjithom jew il-libertajiet tagħhom jistgħu jkunu mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, l-orjentazzjoni sesswali, is-sħubija fi grupp soċjali jew opinjoni politika partikolari, jew fejn hemm riskju serju ta’ espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni lejn pajjiż terz ieħor;

(d)id-dispożizzjonijiet li jipprevedu sistema ta’ rimedji effettivi kontra l-ksur ta’ dawk id-drittijiet u l-libertajiet.

4. Pajjiż terz indikat bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu b’konformità ma’ dan ir-Regolament jista’, wara eżami individwali tal-applikazzjoni, ikun ikkunsidrat bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu għal applikant partikolari biss jekk:

(a)ikollu n-nazzjonalità ta’ dak il-pajjiż; jew

(b)l-applikant ikun persuna mingħajr Stat u preċedentement, kien abitwalment residenti f’dak il-pajjiż; u

(c)ma jkunx ippreżenta raġunijiet serji biex il-pajjiż jitqies li mhux pajjiż ta’ oriġini bla periklu fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu.

Artikolu 48

Indikazzjoni ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu fil-livell tal-Unjoni

1. Pajjiżi terzi elenkati fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament jiġu indikati bħala pajjiżi ta’ oriġini bla periklu fil-livell tal-Unjoni, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47.

2. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi regolarment is-sitwazzjoni f’pajjiżi terzi li huma fuq il-lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu, bl-assistenza tal-Aġenzija tal-Unjoni għall-Asil u abbażi ta’ sorsi oħra ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 45(2).

3. Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-UE għall-Asil), il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Aġenzija tal-Unjoni għall-Asil biex tipprovdilha informazzjoni dwar pajjiżi terzi speċifiċi li jistgħu jitqiesu għall-inklużjoni fil-lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu.

4. Il-Kunnissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tissospendi l-preżenza ta’ pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49.

Artikolu 49

Sospensjoni u tneħħija tal-indikazzjoni ta’ pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew mil-lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu

1. F’każ ta’ tibdil għall-għarrieda fis-sitwazzjoni ta’ pajjiż terz li jkun indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew li jkun fil-lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni sostanzjata ta’ kemm dak il-pajjiż ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45 jew l-Artikolu 47 u, jekk il-Kummissjoni tqis li dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux għadhom issodisfati, din għandha tadotta att delegat li jissospendi l-indikazzjoni ta’ pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew li jissospendi l-preżenza ta’ pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu għal perjodu ta’ sitt xhur.

2. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sitwazzjoni kontinwament f’dak il-pajjiż terz, filwaqt li tqis fost l-oħrajn informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar tibdil sussegwenti fis-sitwazzjni ta’ dak il-pajjiż.

3.Fejn il-Kummissjoni tkun adottat att delegat skont il-paragrafu 1 li jissospendi l-indikazzjoni ta’ pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew jissospendi l-preżenza ta’ pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu, fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni ta’ dak l-att delegat għandha tippreżenta proposta, b’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għall-emenda ta’ dan ir-Regolament biex dak il-pajjiż terz jitneħħa mill-indikazzjoni ta’ pajjiżi terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew mil-lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu.

4. Meta tali proposta ma tiġix ippreżentata mill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni tal-att delegat kif imsemmi fil-paragrafu 2, l-att delegat li jissospendi l-pajjiż terz mill-indikazzjoni tiegħu bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew li jissospendi l-preżenza ta’ pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu ma għandux jibqa’ jkollu effett. Meta tali proposta tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, abbażi ta’ valutazzjoni sostanzjata, li testedni l-validità ta’ dak l-att delegat għal perjodu ta’ sitt xhur, bil-possibilità li testendi dan il-perjodu darba.

Artikolu 50 

Indikazzjoni ta’ pajjiżi terzi bħala pajjiżi terz bla periklu jew pajjiż ta’ oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali

1. Għal perjodu ta’ ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu leġiżlazzjoni li tippermetti l-indikazzjoni nazzjonali ta’ pajjiżi terzi bla periklu jew pajjiżi ta’ oriġini bla periklu minbarra dawk indikati fil-livell tal-Unjoni jew li jinsabu fuq il-lista komuni tal-UE fl-Anness 1, għall-finijiet tal-eżami ta’ applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali.

2. Meta pajjiż terz ikun sospiż milli jkun indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew il-preżenza ta’ pajjiż terz tkun ġiet sospiża mil-lista komuni tal-UE fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament skont l-Artikolu 49(1), l-Istati Membri ma għandhomx jindikaw lil dak il-pajjiż bħala pajjiż terz bla periklu jew pajjiż ta’ oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali, u lanqas ma għandhom japplikaw il-kunċett ta’ pajjiż terz bla periklu fuq bażi ad hoc fir-rigward ta’ applikant speċifiku.

3. Meta pajjiż terz ma jibqax indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew pajjiż terz jitneħħa mil-lista komuni tal-UE fl-Anness I għal dan ir-Regolament skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Stat Membru jista’ jinnotifika lill-Kummissjoni li huwa jqis li, wara tibdil fis-sitwazzjoni ta’ dak il-pajjiż, dan jerġa’ jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45(1) u fl-Artikolu 47.

In-notifika għandha tinkludi valutazzjoni sostanzjata tal-fatt li dak il-pajjiż jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45(1) u fl-Artikolu 47, inkluża spjegazzjoni tat-tibdil speċifiku fis-sitwazzjoni tal-pajjiż terz, li jiżgura li l-pajjiż jissodisfa għal darb’oħra dawk il-kundizzjonijiet.

L-Istat Membru tan-notifika jista’ jindika biss lil dak il-pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu jew pajjiż ta’ oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali sakemm il-Kummissjoni ma toġġezzjonax għal din l-indikazzjoni.

4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil dwar il-pajjiżi terzi li huma indikati bħala pajjiżi terzi bla periklu jew pajjiżi ta’ oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali immedjatament wara tali indikazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija darba fis-sena dwar il-pajjiżi terzi bla periklu l-oħra li għalihom jiġi applikat il-kunċett fuq bażi ad hoc fir-rigward ta’ applikant speċifiku.

KAPITOLU IV

PROĊEDURI GĦALL-IRTIRAR TA’ PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI

Artikolu 51

Irtirar tal-protezzjoni internazzjonali

L-awtorità determinanti għandha tibda l-eżami għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali minn persuna partikolari meta jinstabu elementi jew sejbiet ġodda li jindikaw li hemm raġunijiet biex terġa’ tiġi kkunsidrata l-validità tal-protezzjoni internazzjonali tagħha, u b’mod partikolari f’dawk il-każijiet imsemmija fl-Artikoli 15 u 21 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika).

Artikolu 52

Regoli proċedurali

1. Fejn l-awtorità kompetenti qed tqis l-irtirar ta’ protezzjoni internazzjonali minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat, inkluż fil-kuntest ta’ reviżjoni regolari tal-istatus imsemmija fl-Artikoli 15 u 21 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika), il-persuna kkonċernata għandha tgawdi l-garanziji li ġejjin, b’mod partikolari:

(a)li tkun infurmata bil-miktub li l-awtorità kompetenti tkun qiegħda tikkunsidra mill-ġdid il-kwalifika tagħha bħala benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali u r-raġunijiet għal tali rikonsiderazzjoni; u

(b)li għandha tingħata l-opportunità li tippreżenta, fi żmien raġonevoli, permezz ta’ dikjarazzjoni bil-miktub u f’intervista personali, ir-raġunijiet għalfejn il-protezzjoni internazzjonali tagħha ma għandhiex tkun irtirata.

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)l-awtorità kompetenti tkun tista’ tikseb informazzjoni preċiża u aġġornata minn sorsi varji, bħal, skont il-każ, mill-Aġenzija tal-Unjoni għall-Asil u mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, rigward is-sitwazzjoni ġenerali li tkun attwalment teżisti fil-pajjiżi ta’ oriġini tal-persuni kkonċernati; u

(b)fejn tiġi miġbura informazzjoni dwar każ individwali għall-finijiet tar-rikonsiderazzjoni tal-protezzjoni internazzjonali, din ma tinkisibx mill-awturi ta’ persekuzzjoni jew ħsara serja b’mod li jirriżulta li tali awturi jiġu infurmati direttament bil-fatt li l-persuna konċernata tkun benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali li jkollu l-istatus tiegħu qiegħed jiġi kkunsidrat mill-ġdid, jew li jipperikola l-integrità fiżika tal-persuna jew tad-dipendenti tagħha, jew il-libertà u sigurtà tal-membri tal-familja tagħha li jkunu għadhom jgħixu fil-pajjiż ta’ oriġini.

3. Id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tirtira l-protezzjoni internazzjonali għandha tingħata bil-miktub. Ir-raġunijiet ta’ fatt u ta’ dritt għandhom jiġu dikjarati fid-deċiżjoni u l-informazzjoni dwar kif tiġi kontestata d-deċiżjoni għandha tingħata bil-miktub.

4. Fejn l-awtorità determinanti tkun ħadet id-deċiżjoni sabiex tirtira l-protezzjoni internazzjonali, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(3) u l-Artikoli 15 sa 18.

5. B’deroga mill-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu, il- protezzjoni internazzjonali tal-Istati Membri tintemm fejn il-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali jkun irrinunzja b’mod inekwivoku r-rikonoxximent tiegħu bħala tali benefiċjarju. Il-protezzjoni internazzjonali għandha tintemm ukoll fejn il-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali ikun sar ċittadin tal-Istat Membru li kien ta l-protezzjoni internazzjonali.

KAPITOLU V

PROĊEDURA TA’ APPELL

Artikolu 53

Id-dritt għal rimedju effettiv

1. L-applikanti għandhom dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II kontra dawn li ġejjin:

(a)deċiżjoni meħuda dwar l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, inkluża deċiżjoni:

(i) li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli kif imsemmi fl-Artikolu 36(1);

(ii) li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi fir-rigward ta’ status ta’ rifuġjat jew status ta’ protezzjoni sussidjarja msemmija fl-Artikolu 37(2) u (3) jew l-Artikolu 42(4);

(iii) li tirrifjuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew bħala abbandunata kif imsemmi fl-Artikoli 38 u39;

(iv) li tittieħed wara proċedura fuq il-fruntiera kif imsemmi fl-Artikolu 41.

(b)deċiżjoni li tirtira l-protezzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 52.

2. Persuni rikonoxxuti bħala eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja jkollhom id-dritt għal rimedju effettiv kontra deċiżjoni li tqis li applikazzjoni hija mingħajr bażi fir-rigward tal-istatus ta’ rifuġjat.

3. Rimedju effettiv fis-sens tal-paragrafu 1 għandu jipprovdi għal eżami sħiħ u ex nunc kemm tal-fatti kif ukoll tal-punti tal-liġi, inkluż, fejn applikabbli, eżami tal-bżonnijiet ta’ protezzjoni intrenazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika).

L-applikant jista’ jressaq biss elementi ġodda li huma rilevanti għall-eżami tal-applikazzjoni tiegħu u li hu ma setax kien konxju tagħhom fi stadju aktar bikri jew li jirrigwardjaw tibdil fis-sitwazzjoni tiegħu.

4. Il-qrati jew it-tribunali għandhom, permezz tal-awtorità determinanti, l-applikant jew xi mezz ieħor, ikollhom aċċess għall-informazzjoni ġenerali msemmija fl-Artikolu 33(2)(b) u (c).

5. Id-dokumenti rilevanti għall-eżami tal-applikazzjonijiet minn qrati jew tribunali fil-proċedura tal-appell għandhom ikunu tradotti, fejn meħtieġ, jekk ma jkunux diġà ġew tradotti skont l-Artikolu 33(4).

6. L-applikanti għandhom jippreżentaw appelli kontra kull deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1:

(a)fi żmien ġimgħa fil-każ ta’ deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni sussegwenti bħala inammissibbli jew manifestament mingħajr bażi;

(b)fi żmien ġimgħatejn fil-każ ta’ deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli jew fil-każ ta’ deċiżjoni li tirrfijuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew abbandunata, jew fil-każ ta’ deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi fir-rigward ta’ status ta’ rifuġjat jew ta’ protezzjoni sussidjarja wara proċedura aċċellerata ta’ eżami jew proċedura fuq il-fruntiera, jew meta l-applikant ikun qed jinżamm f’detenzjoni;

(c)fi żmien xahar fil-każ ta’ deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi fir-rigward ta’ status ta’ rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja jekk l-eżami ma jkunx aċċellerat jew fil-każ ta’ deċiżjoni li tirtira l-protezzjoni internazzjonali.

Għall-finijiet tal-punt (b), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu reviżjoni ex officio ta’ deċiżjonijiet li jittieħdu skont proċedura fuq il-fruntiera.

Il-limiti ta’ żmien previsti f’dan il-paragrafu għandhom jibdew jgħoddu mid-data meta d-deċiżjoni tal-awtorità determinanti tiġi notifikata lill-applikant, jew mill-mument meta jinħatar il-konsulent legali jekk l-applikant ikun introduċa talba għal assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas.

Artikolu 54

Effett ta’ sospensjoni ta’ appell

1. L-Istat Membru responsabbli għandu jippermetti lill-applikanti jibqgħu fit-territorju tagħhom sakemm jiskadi l-limitu ta’ żmien li fih ikollhom id-dritt għal rimedju effettiv jew, meta tali dritt ikun ġie eżerċitat fil-limitu ta’ żmien, sa meta joħroġ ir-riżultat tar-rimedju.

2. Qorti jew tribunal għandu jkollhom is-setgħa li jiddeċiedu jekk l-applikant jistax jibqa’ fit-territorju tal-Istat Membru responsabbli jew le, jew fuq talba tal-applikant jew filwaqt li jaġixxu ex officio, fejn id-dritt tal-applikant li jibqa’ fl-Istat Membru jiġi terminat bħala konsegwenza ta’ kwalunkwe waħda minn dawn il-kategoriji ta’ deċiżjonijiet li ġejjin:

(a)deċiżjoni li tqis li applikazzjoni hija manifestament mingħajr bażi jew li tirrifjuta l-applikazzjoni bħala mingħajr bażi fir-rigward ta’ status ta’ rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja fil-każijiet soġġetti għal proċedura aċċellerata ta’ eżami jew proċedura fuq il-fruntiera;

(b)deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli skont l-Artikolu 36(1)(a) u (c);

(c)deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew bħala abbandunata skont l-Artikolu 38 jew l-Artikolu 39 rispettivament;

3. Qorti jew tribunal għandu jkollhom is-setgħa li jiddeċiedu jekk l-applikant jistax jibqa’ fit-territorju tal-Istat Membru responsabbli jew le sakemm:

(a)l-applikant ikollu l-interpretazzjoni neċessarja, għajnuna legali u żmien biżżejjed biex iħejji t-talba u jippreżenta lill-qorti jew lit-tribunal l-argumenti favur li jingħatalu d-dritt li jibqa’ fit-territorju sa meta joħroġ l-eżitu tar-rimedju; u

(b)fil-qafas tal-eżami ta’ talba biex jibqa’ fit-territorju ta’ Stat Membru responsabbli, il-qorti jew it-tribunal jeżaminaw id-deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali f’termini ta’ fatti u liġi.

4. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-applikant jibqa’ fit-territorju tagħhom sa meta joħroġ ir-riżultat tal-proċedura kemm jekk l-applikant jista’ jibqa’ fit-territorju u kemm jekk le. Dik id-deċiżjoni għandha tittieħed fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tal-appell.

5.Applikant li jippreżenta appell ieħor kontra l-ewwel deċiżjoni ta’ appell jew deċiżjonijiet ta’ appell sussegwenti ma għandux ikollu d-dritt li jibqa’ fit-territorju tal-Istat Membru sakemm qorti jew tribunal ma jiddeċidux mod ieħor fuq talba tal-applikant jew filwaqt li jaġixxu ex officio. Dik id-deċiżjoni għandha tittieħed fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tal-appell sussegwenti.

Artikolu 55

Tul ta’ żmien għall-ewwel livell ta’ appell

1.Mingħajr preġudizzju għal eżami adegwat u sħiħ ta’ appell, il-qrati jew it-tribunali għandhom jiddeċiedu fuq l-ewwel livell ta’ appell fi żmien il-limiti ta’ żmien li ġejjin minn meta jiġi ppreżentat l-appell:

(a)fi żmien sitt xhur fil-każ ta’ deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni bħala mingħajr bażi fir-rigward ta’ status ta’ rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja jekk l-eżami ma jkunx aċċellerat jew fil-każ ta’ deċiżjoni li tirtira protezzjoni internazzjonali.

(b)fi żmien xaharejn fil-każ ta’ deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli jew fil-każ ta’ deċiżjoni li tirrfijuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew abbandunata, jew bħala mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi fir-rigward ta’ status ta’ rifuġjat jew ta’ protezzjoni sussidjarja wara proċedura aċċellerata ta’ eżami jew proċedura fuq il-fruntiera, jew meta l-applikant ikun qed jinżamm f’detenzjoni;

(c)fi żmien xahar fil-każ ta’ deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni sussegwenti bħala inammissibbli jew manifestament mingħajr bażi;

2.F’każijiet li jinvolvu kwistjonijiet kumplessi ta’ fatti jew tal-liġi, il-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu mtawla b’perjodu addizzjonali ta’ tliet xhur.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 56

Kontestazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi

Dan ir-Regolament ma jolqotx il-possibilità, għall-awtoritajiet pubbliċi, li jikkontestaw id-deċiżjonijiet amministrattivi jew ġudizzjarji kif previst fil-liġi nazzjonali.

Artikolu 57

Kooperazzjoni

1. Kull Stat Membru għandu jaħatu punt ta’ kuntatt nazzjonali u jibgħat l-indirizz tiegħu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazjoni lill-Istati Membri l-oħra kollha.

2. L-Istati Membri għandhom, f’kuntatt mal-Kummissjoni, jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex tiġi stabbilita kooperazzjoni diretta u bdil ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli.

3. Meta jirrikorru għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 27(3), l-Artikolu 28(3) u l-Artikolu 34(3), l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil hekk kif ma jkunux għadhom jeżistu r-raġunijiet biex jiġu applikati dawk il-miżuri eċċezzjonali u tal-inqas fuq bażi annwali. Dik l-informazzjoni għandha, fejn possibbli, tinkludi data dwar il-perċentwal tal-applikazzjonijiet li għalihom ġew applikati derogi għan-numru totali ta’ applikazzjonijiet ipproċessati matul dak il-perijodu.

Artikolu 58

Proċedura tal-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 37 .

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

Artikolu 59

Atti ddelegati

1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa li jkunu adottati atti ddelegati msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ikkonferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ żmien identiċi sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3. Id-delega tas-setgħa tista’ tiġi revokata f’kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa mogħtija speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat diġà fis-seħħ.

4. Malli tadotta tali att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. Tali att delegat u l-estensjonijiet tiegħu għandhom jidħlu fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahar min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw.

Artikolu 60

Monitoraġġ u evalwazzjoni

Sa [sentejn mid-dħul fis-seħħ ta dan ir-Regolament] u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fl-Istati Membri u għandha, fejn xieraq, tipproponi xi emendi.

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija tar-rapport tagħha mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel ma jiskadi dak il-limitu ta’ żmien.

Artikolu 61

Tħassir

Id-Direttiva 2013/32/UE tħassret.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness 2.

Artikolu 62

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. 

Dan ir-Regolament għandu jibqa’ japplika minn [sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tiegħu].

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                    Għall-Kunsill

Il-President                    Il-President

(1) COM(2015) 240 final.
(2) COM(2016) 197 final.
(3) COM(2016) 270 final.
(4) COM(2016) 272 final.
(5) COM(2016) 271 final.
(6) ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60.
(7) ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9.
(8) ĠU L […], […], p. […].
(9) ĠU L […], […], p. […].
(10) ĠU L […], […], p. […].
(11) COM/(2015)240
(12) COM(2016) 271 final.
(13) Ir-Rapport tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali dwar is-sistemi ta’ Kustodja għal tfal imċaħħda mill-kura tal-ġenituri fl-Unjoni Ewropea: b’enfasi partikolari fuq ir-rwol tagħhom fir-rispons għat-traffikar tat-tfal (Ottubru 2015);[http://ec.europa.eu/anti-trafficking/EU+Policy/Guardianship_for_children_deprived_of_parental_care].
(14) ĠU L […], […], p. […].
(15) ĠU L […], […], p. […].
(16) COM(2016) 85 final.
(17) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu għall-finijiet tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, u li jemenda d-Direttiva 2013/32/UE (COM(2015) 452 final).
(18) Il-lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu proposta tinkludi l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Kosovo, il-Montenegro, is-Serbja u t-Turkija.
(19) Sentenza tal-QEDB (Awla Manja) tal-21 ta’ Jannar 2011, M.S.S. vs il-Belġju u l-Greċja (Nru tal-Applikazzjoni 30696/09).
(20) Sentenza tal-QEDB (il-Ħames Awla) tat-2 ta’ Frar 2012, I.M. vs Franza (Nru tal-Applikazzjoni 9152/09).
(21) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea Dörr, C-136/03.
(22) Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180 29.6.2013, p. 60).
(23) COM(2016) 197 final.
(24) EUCO 19.02.2016, SN 1/16.
(25) ĠU L […], […], p. […].
(26) ĠU L […], […], p. […].
(27) Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).
(28) ĠU L […], […], p. […].
(29) * Din l-indikazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/99 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo. 
(30) ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.
(31) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data ( ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(32) ĠU L […], […], p. […].
(33) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(34) ĠU L […], […], p. […].
(35) Id-Deċiżjoni Kwadra tal-Kunsill 2002/584/JHA tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).
(36) ĠU L […], […], p. […].
(37) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
Top

Brussell, 13.7.2016

COM(2016) 467 final

ANNESS

għall-

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

li jistabbilixxi proċedura komuni għall-protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE


ANNESS 1

Lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi sikuri ta’ oriġini msemmija fl-Artikolu 48

l-Albanija,

il-Bożnija-Ħerzegovina,

l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

il-Kosovo* 1 ,

il-Montenegro,

is-Serbja,

it-Turkija.

(1) * Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi ma' UNSCR 1244/99 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
Top

Brussell, 13.7.2016

COM(2016) 467 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

li jistabbilixxi proċedura komuni għall-protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE


ANNESS 2

Tabella ta' Korrelazzjoni

Id-Direttiva 2013/32/UE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 4

Artikolu 2(a)

Artikolu 4(1)(a)

Artikolu 2(b)-(f)

Artikolu 4(2)(a)-(e)

Artikolu 2(g)-(m)

Artikolu 4(1)(b)-(h)

Artikolu 2(n)-(q)

Artikolu 4(2)(f)-(i)

-

Artikolu 4(2)(j)

Artikolu 3(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 2(2)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3

Artikolu 4(1)

Artikolu 5(1) u 5(2)

Artikolu 4(2)

-

-

Artikolu 5(4)

Artikolu 4(3)

Artikolu 5(5) u 12(6)

Artikolu 4(4)

Artikolu 5(5)

Artikolu 4(5)

-

Artikolu 5

-

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 6(1), l-ewwel paragrafu

Artikolu 27(1)

Artikolu 6(1), it-tieni paragrafu

-

Artikolu 6(1), it-tielet paragrafu

Artikolu 5(3) u Artikolu 5(5)

-

Artikolu 27(2)

Artikolu 6(2)

Artikolu 28(2) u 39(1)(a)

-

Artikolu 28(1)

-

Artikolu 28(3)

-

Artikolu 28(4)

Artikolu 6(3)

Artikolu 28(5)

Artikolu 6(4)

-

-

Artikolu 28(6)

Artikolu 6(5)

Artikolu 27(3)

-

Artikolu 27(4)

-

Artikolu 29

Artikolu 7(1)

-

Artikolu 7(2), l-ewwel paragrafu

Artikolu 31(1)

Artikolu 7(2), it-tieni paragrafu

Artikolu 31(2)

-

Artikolu 31(3)

-

Artikolu 31(4)

Artikolu 7(3)

Artikolu 31(6)

-

Artikolu 31(7)

-

Artikolu 31(8)

-

Artikolu 31(9)

-

Artikolu 31(10)

Artikolu 7(4)

Artikolu 32(3)

-

Artikolu 32(1)

-

Artikolu 32(2)

Artikolu 7(5)

-

Artikolu 8(1)

Artikolu 30(1) u 30(2)

Artikolu 8(2)

Artikolu 30(3)

Artikolu 9(1)

Artikolu 9(1) u 9(2)

Artikolu 9(2)

Artikolu 9(3)

Artikolu 9(3)

Artikolu 9(4)

Artikolu 10(1)

-

Artikolu 10(2)

Artikolu 37(1)

Artikolu 10(3)

Artikolu 33(2)

Artikolu 10(3)(a)

Artikolu 33(2)

-

Artikolu 33(2)(a)

Artikolu 10(3)(b)

Artikolu 33(2)(b)

-

Artikolu 33(2)(c)

-

Artikolu 33(2)(d)

-

Artikolu 33(2)(e)

-

Artikolu 33(2)(f)

Artikolu 10(3)(c)

Artikolu 33(3)

Artikolu 10(3)(d)

Artikolu 33(3)

Artikolu 10(4)

Artikolu 53(4)

Artikolu 10(5)

Artikolu 33(4)

Artikolu 11(1)

Artikolu 35(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 35(2)

Artikolu 11(3)

Artikolu 35(3)

Artikolu 12(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 12(1)(a)

Artikolu 8(2)(b)-(g) u t-tieni paragrafu

-

Artikolu 8(2)(a)

Artikolu 12(1)(b)

Artikolu 8(3)

Artikolu 12(1)(c)

Artikolu 8(4)

Artikolu 12(1)(d)

Artikolu 8(5)

Artikolu 12(1)(e)

Artikolu 8(6)

Artikolu 12(1)(f)

Artikolu 8(2)(h)

Artikolu 12(2)

Artikolu 53(1)

-

Artikolu 7(1)

Artikolu 13(1)

Artikolu 7(2)

-

Artikolu 7(2)(a), (b) u (c)

Artikolu 13(2)(a)

Artikolu 7(6)

Artikolu 13(2)(b)

Artikolu 7(2)(d)

Artikolu 13(2)(c)

Artikolu 7(4)

Artikolu 13(2)(d)

Artikolu 7(7)

Artikolu 13(2)(e)

-

Artikolu 13(2)(f)

-

-

Artikolu 7(3)

-

Artikolu 7(5)

Artikolu 14(1), l-ewwel paragrafu

Artikoli 10(1) u 11(1)

-

Artikolu 10(2)

-

Artikolu 12(3)

Artikolu 14(1), it-tieni paragrafu

Artikolu 12(4), 12(6) u 12(7)

Artikolu 14(1), it-tielet paragrafu

Artikolu 31(5)

Artikolu 14(1), ir-raba' paragrafu

Artikolu 21(2), l-ewwel paragrafu

Artikolu 14(2), l-ewwel paragrafu

Artikolu 12(5)

Artikolu 14(2)(a)

Artikolu 12(5)(a)

Artikolu 14(2)(b)

Artikolu 12(5)(b)

Artikolu 14(2), it-tieni paragrafu

Artikolu 12(5), it-tieni paragrafu

Artikolu 14(3)

Artikolu 12(9)

Artikolu 14(4)

Artikolu 12(5), it-tieni paragrafu

Artikolu 14(5)

Artikolu 39(1)(d)

Artikolu 15(1)

-

-

Artikolu 12(1)

Artikolu 15(2)

Artikolu 12(2)

Artikolu 15(3)

Artikolu 12(2)

Artikolu 15(3)(a)

Artikolu 12(6)

Artikolu 15(3)(b)

Artikolu 12(8), it-tieni paragrafu

Artikolu 15(3)(c)

Artikolu 12(8)

Artikolu 15(3)(d)

Artikolu 11(3)

Artikolu 15(3)(e)

Artikolu 21(2), it-tieni paragrafu

Artikolu 15(4)

-

Artikolu 16

Artikolu 11(2)

Artikolu 17(1)

Artikolu 13(1)

Artikolu 17(2)

Artikolu 13(2)

Artikolu 17(3), l-ewwel paragrafu

Artikolu 13(3)

Artikolu 17(3), it-tieni paragrafu

-

Artikolu 17(4)

Artikolu 13(4)

Artikolu 17(5), l-ewwel paragrafu

Artikolu 13(5)

Artikolu 17(5), it-tieni paragrafu

-

Artikolu 17(5), it-tielet paragrafu

Artikolu 13(6)

-

Artikolu 13(7)

Artikolu 18(1)

Artikolu 23(1), 23(2) u 23(5)

Artikolu 18(2)

Artikolu 23(3)

Artikolu 18(3)

Artikolu 23(4)

Artikolu 19

-

Artikolu 20(1)

Artikolu 15(1) u 15(4)

Artikolu 20(2)

Artikolu 15(1)

-

Artikolu 15(2)

-

Artikolu 15(3)

Artikolu 20(3), l-ewwel paragrafu

Artikolu 15(5)(b)

-

Artikolu 15(5)(a)

-

Artikolu 15(5)(c)

Artikolu 20(3), it-tieni paragrafu

Artikolu 15(5), it-tieni paragrafu

Artikolu 20(3), it-tielet paragrafu

-

Artikolu 20(4)

Artikolu 14(2)

Artikolu 21(1), l-ewwel paragrafu

-

Artikolu 21(1), it-tieni paragrafu

Artikolu 17(1)

Artikolu 21(2)(a)

-

Artikolu 21(2)(b)

-

Artikolu 21(2), it-tieni paragrafu

-

Artikolu 21(2), it-tielet paragrafu

-

Artikolu 21(3)

Artikolu 17(2)

Artikolu 21(4)

Artikolu 17(3)

Artikolu 21(5)

Artikolu 17(4)

Artikolu 22(1)

Artikolu 14(1)

-

Artikolu 14(2)

Artikolu 22(2)

Artikolu 17(1)

Artikolu 23(1)

Artikolu 16(1) u 16(2)

Artikolu 23(2)

Artikolu 16(3)

Artikolu 23(3)

Artikolu 16(4)

Artikolu 23(4), l-ewwel paragrafu

-

Artikolu 23(4), it-tieni paragrafu

Artikolu 16(5)

Artikolu 23(4), it-tielet paragrafu

Artikolu 16(6)

Artikolu 24(1)

Artikolu 19(1) u 20(1)

Artikolu 24(2)

Artikolu 19(1)

Artikolu 24(3)

Artikolu 19(2) u 19(3)

Artikolu 24(4)

Artikolu 20(4)

-

Artikolu 19(4)

-

Artikolu 20(2) u 20(3)

-

Artikolu 21

Artikolu 25(1)(a)

Artikolu 22(1), 22(3) u 22(4)

-

Artikolu 22(2)

Artikolu 25(1)(b) u t-tieni paragrafu

Artikolu 22(6)

-

Artikolu 22(5)

Artikolu 25(2)

-

Artikolu 25(3)(a)

Artikolu 21(2), it-tieni paragrafu

Artikolu 25(3)(b)

Artikolu 21(3)

Artikolu 25(4)

-

Artikolu 25(5)

Artikolu 24

Artikolu 25(5), l-ewwel paragrafu

Artikolu 24(1)

Artikolu 25(5), it-tieni paragrafu

Artikolu 24(3)

Artikolu 25(5), it-tielet paragrafu, punt (a)

Artikolu 24(4)

Artikolu 25(5), it-tielet subparagrafu, punt (b)

Artikolu 24(2)

Artikolu 25(5), it-tielet subparagrafu, punt (c)

-

Artikolu 25(5), ir-raba' paragrafu

Artikolu 24(5)

-

Artikolu 24(6)

Artikolu 25(6), l-ewwel paragrafu

Artikolu 21(1)

Artikolu 25(6), it-tieni paragrafu, punt (a)

Artikolu 40(5)

Artikolu 25(6), it-tieni paragrafu, punt (a), subpunt (i)

Artikolu 40(5)(a)

Artikolu 25(6), it-tieni paragrafu, punt (a), subpunt (ii)

-

Artikolu 25(6), it-tieni paragrafu, punt (a), subpunt (iii)

Artikolu 40(5)(b)

Artikolu 25(6), it-tieni paragrafu, punt (b)

Artikolu 41(5)

Artikolu 25(6), it-tieni paragrafu, punt (b), subpunt (i)

Artikolu 41(5)(a)

Artikolu 25(6), it-tieni paragrafu, punt (b), subpunt (ii)

-

Artikolu 25(6), it-tieni paragrafu, punt (b), subpunt (iii)

Artikolu 41(5)(b)

Artikolu 25(6), it-tieni paragrafu, punt (b), subpunt (iv)

Artikolu 41(5)(c)

Artikolu 25(6), it-tieni paragrafu, punt (b), subpunt (v)

Artikolu 41(5)(d)

Artikolu 25(6), it-tieni paragrafu, punt (b), subpunt (vi)

-

Artikolu 25(6), it-tieni paragrafu, punt (b), it-tieni subparagrafu

Artikolu 41(5)(d)

Artikolu 25(6), it-tieni paragrafu, punt (c)

Artikolu 45(5)

Artikolu 25(6), it-tieni paragrafu, punt (d)

-

Artikolu 26

-

Artikolu 27(1)

Artikolu 38(2)

Artikolu 38(1)

Artikolu 27(2)

-

Artikolu 28(1), l-ewwel paragrafu

Artikolu 39(5)

Artikolu 28(1), it-tieni paragrafu, punt (a)

Artikolu 39(1)(d)

Artikolu 28(1), it-tieni paragrafu, punt (b)

Artikolu 39(1)(e) u (f)

-

Artikolu 39(1)(b) u (c)

Artikolu 28(1), it-tielet paragrafu

-

-

Artikolu 39(2), (3) u (4)

Artikolu 28(2)

-

Artikolu 28(3)

-

Artikolu 29

Artikolu 18

Artikolu 30

Artikolu 6(2)

Artikolu 31(1)

Artikolu 33(1)

-

Artikolu 34(1)

Artikolu 31(2)

Artikolu 34(2)

Artikolu 31(3), l-ewwel paragrafu

Artikolu 34(2)

Artikolu 31(3), it-tieni paragrafu

Artikolu 34(4)

Artikolu 31(3), it-tielet paragrafu, punt (a)

Artikolu 34(3)(b)

Artikolu 31(3), it-tielet paragrafu, punt (b)

Artikolu 34(3)(a)

Artikolu 31(3), it-tielet paragrafu, punt (c)

-

Artikolu 31(3), ir-raba' paragrafu

-

Artikolu 31(4)

Artikolu 34(5)

Artikolu 31(5)

Artikolu 34(5)

Artikolu 31(6)

-

Artikolu 31(7)

Artikolu 33(5)

Artikolu 31(8)

Artikolu 40(1)

Artikolu 31(8)(a)

Artikolu 40(1)(a)

Artikolu 31(8)(b)

Artikolu 40(1)(e)

Artikolu 31(8)(c)

Artikolu 40(1)(c)

Artikolu 31(8)(d)

-

Artikolu 31(8)(e)

Artikolu 40(1)(b)

Artikolu 31(8)(f)

-

-

Artikolu 40(1)(h)

Artikolu 31(8)(g)

Artikolu 40(1)(d)

Artikolu 31(8)(h)

Artikolu 40(1)(g)

Artikolu 31(8)(i)

-

Artikolu 31(8)(j)

Artikolu 40(1)(f)

Artikolu 31(9)

-

-

Artikolu 40(2)

-

Artikolu 40(3)

-

Artikolu 40(4)

Artikolu 32(1)

Artikolu 37(2)

Artikolu 32(2)

Artikolu 37(3)

Artikolu 33(1)

Artikolu 36(2)

Artikolu 33(2), l-ewwel paragrafu

Artikolu 36(1)

Artikolu 33(2)(a)

Artikolu 36(2)

Artikolu 33(2)(b)

Artikolu 36(1)(a)

Artikolu 33(2)(c)

Artikolu 36(1)(b)

Artikolu 33(2)(d)

Artikolu 36(1)(c)

Artikolu 33(2)(e)

Artikolu 36(1)(d)

-

Artikolu 36(3)

-

Artikolu 36(4)

-

Artikolu 36(5)

Artikolu 34(1)

Artikoli 10(1) u 42(3)

Artikolu 10(2)

Artikolu 34(2)

Artikolu 12(3) u 12(7)

Artikolu 35, l-ewwel paragrafu

Artikolu 44(1)

Artikolu 35, it-tieni paragrafu

Artikolu 44(3)

-

Artikolu 44(2)

-

Artikolu 44(4)

-

Artikolu 44(5)

-

Artikolu 44(6)

-

Artikolu 44(7)

Artikolu 36(1)

Artikolu 47(4)

-

Artikolu 47(1)

-

Artikolu 47(2)

-

Artikolu 47(3)

Artikolu 36(2)

-

-

Artikolu 48

-

Artikolu 49

Artikolu 37(1)

Artikolu 50(1)

Artikolu 37(2)

-

Artikolu 37(3)

-

-

Artikolu 50(2)

-

Artikolu 50(3)

Artikolu 37(4)

Artikolu 50(4)

Artikolu 38(1)

Artikolu 45(1)

-

Artikolu 45(2)

-

Artikolu 45(3), l-ewwel paragrafu

Artikolu 38(2)(a)

Artikolu 45(3)(a)

-

Artikolu 45(3)(b)

Artikolu 38(2)(b)

-

Artikolu 38(2)(c)

Artikolu 45(3) u 45(4)

Artikolu 38(3)

Artikolu 45(6)

Artikolu 38(4)

Artikolu 45(7)

Artikolu 38(5)

Artikolu 50(4)

-

Artikolu 46

Artikolu 39

-

Artikolu 40(1)

-

-

Artikolu 42(1)

Artikolu 40(2)

Artikolu 42(2)

Artikolu 40(3)

Artikolu 42(4)(a)

Artikolu 40(4)

Artikolu 42(4)(b)

Artikolu 40(5)

Artikolu 42(5)

Artikolu 40(6)

Artikolu 36(1)(d)

Artikolu 40(7)

-

Artikolu 41

Artikolu 43

Artikolu 41(1)(a)

-

-

Artikolu 43(a)

Artikolu 41(1)(b)

Artikolu 43(b)

Artikolu 41, it-tieni paragrafu

Artikolu 43, l-ewwel paragrafu

Artikolu 41(2)

-

Artikolu 42(1)

Artikolu 42(3)

Artikolu 42(2)(a)

-

Artikolu 42(2)(b)

Artikolu 42(3)

Artikolu 42(2), it-tieni paragrafu

-

Artikolu 42(3)

-

Artikolu 43

Artikolu 41(1), (2), (3) u (4)

Artikolu 44

Artikolu 51

Artikolu 45

Artikolu 52

Artikolu 46(1)

Artikolu 53(1)

Artikolu 46(1)(a)(i)

Artikolu 53(1)(a)(ii)

Artikolu 46(1)(a)(ii)

Artikolu 53(1)(a)(i)

Artikolu 46(1)(a)(iii)

Artikolu 53(1)(a)(iv)

Artikolu 46(1)(a)(iv)

-

Artikolu 46(1)(b)

Artikolu 53(1)(a)(iii)

Artikolu 46(1)(c)

Artikolu 53(1)(b)

Artikolu 46(2), l-ewwel paragrafu

Artikolu 53(2)

Artikolu 46(2), it-tieni paragrafu

-

Artikolu 46(3)

Artikolu 53(3)

-

Artikolu 53(5)

Artikolu 46(4), l-ewwel paragrafu

-

-

Artikolu 53(6), l-ewwel u t-tielet paragrafi

Artikolu 46(4), it-tieni paragrafu

Artikolu 53(6), it-tieni paragrafu

Artikolu 46(5)

Artikolu 54(1)

Artikolu 46(6)

Artikolu 54(2)

Artikolu 46(6)(a)

Artikolu 54(2)(a)

Artikolu 46(6)(b)

Artikolu 54(2)(b)

Artikolu 46(6)(c)

Artikolu 54(2)(c)

Artikolu 46(6)(d)

-

Artikolu 46(7)

Artikolu 54(3)

Artikolu 46(8)

Artikolu 54(4)

-

Artikolu 54(5)

Artikolu 46(9)

-

Artikolu 46(10)

-

-

Artikolu 55(1)

-

Artikolu 55(2)

Artikolu 46(11)

-

Artikolu 47

Artikolu 56

Artikolu 48

Artikolu 6(1)

Artikolu 49

Artikolu 57

-

Artikolu 58

-

Artikolu 59

Artikolu 50

Artikolu 60

Artikolu 51

-

Artikolu 52

-

Artikolu 53

Artikolu 61

Artikolu 54

Artikolu 62

Top