EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013DC0108

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI IL-POLITIKA INDUSTRIJALI SPAZJALI TAL-UE IR-RILAXX TAL-POTENZJAL GĦAT-TKABBIR EKONOMIKU FIS-SETTUR SPAZJALI

/* COM/2013/0108 final */

52013DC0108

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI IL-POLITIKA INDUSTRIJALI SPAZJALI TAL-UE IR-RILAXX TAL-POTENZJAL GĦAT-TKABBIR EKONOMIKU FIS-SETTUR SPAZJALI /* COM/2013/0108 final */


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

IL-POLITIKA INDUSTRIJALI SPAZJALI TAL-UE

IR-RILAXX TAL-POTENZJAL GĦAT-TKABBIR EKONOMIKU FIS-SETTUR SPAZJALI

1.           Industrija strateġika li se tikkontribwixxi għall-istrateġija Ewropa 2020

L-ispazju mhux biss kwistjoni teknoloġika. Huwa dejjem kellu u se jkompli jkollu dimensjoni politika qawwija li s'issa għadha ma ġietx żviluppata sew fil-livell Ewropew. L-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) ġie kkonċeputa bħala aġenzija intergovernmentali tar-riċerka u l-iżvilupp li tippermetti lill-Ewropa tiżviluppa kapaċitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi uniċi u tpoġġiha fuq livell li tiffaċċja lin-nazzjonijiet involuti fl-ispazju ewlenin fil-bqija tad-dinja. Iżda l-ESA mhix attur politiku. Matul dawn l-aħħar għexieren ta' snin, id-dimensjoni politika tal-ispazju kienet misjuqa minn politiki nazzjonali ta’ dawk il-pajjiżi l-iktar attivi fl-ispazju fl-Ewropa. Madankollu, b'żieda fil-kompetizzjoni minn nazzjoinijiet emerġenti ġodda involuti fl-ispazju, il-piżijiet politiċi individwali tagħhom fil-bqija tad-dinja jafu m’għadhomx biżżejjed biex jiġu indirizzati l-isfidi li għad irridu niffaċċjaw. Politika Spazjali tal-UE tista’ ssaħħaħ l-identità Ewropea fuq il-livell politiku internazzjonali. Fl-istess ħin, l-intervent tal-UE jista’ jagħti spinta politika aktar qawwija lill-ispazju, pereżempju billi jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ta' qafas xierqa sabiex iżommu u jrawmu l-attivitajiet spazjali fl-Ewropa u l-kompetittività tal-industrija tagħha fuq livell globali. Dan huwa fejn L-Artikolu 189 tat-TFUE, li jagħti lill-UE mandat ċar biex tintervjeni fil-kwistjonijiet tal-ispazju, jista’ tagħmel differenza.

L-ispazju huwa għas-servizz taċ-ċittadini Ewropej. Ħafna sistemi u servizzi li llum huma essenzjali għall-benesseri u s-sigurtà tagħna jiddependu direttament jew indirettament fuq l-ispazju. Mingħajr ma jkunu konxji ta’ dan, iċ-ċittadini Ewropej jiddependu minn teknoloġiji spazjali meta dawn jużaw il-mowbajls tagħhom, jagħmlu tranżazzjonijiet finanzjarji, jirkbu ajruplan, isegwu t-tbassir tat-temp jew ifittxu l-eqreb ristorant mill-karozzi tagħhom. L-ispazju sar parti mill-ħajja tagħna ta' kuljum.

L-ispazju huwa mutur għat-tkabbir u l-innovazzjoni, u jikkontribwixxi direttament lejn l-għanijiet tal-istrateġija Ewropea 2020, l-istrateġija ta' tkabbir tal-Ewropa għal ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklużiva[1]. Is-settur spazjali huwa xprun għall-progress xjentifiku filwaqt li jippermetti sistemi u servizzi b’potenzjal ta’ tkabbir f’oqsma bħat-telekomunikazzjonijiet, in-navigazzjoni u l-osservazzjoni tad-dinja. Dawn is-sistemi u s-servizzi jiggarantixxu l-indipendenza u s-sigurtà għall-UE. Dawn jgħinuna biex nindirizzaw l-isfidi kbar tas-soċjetà bħat-tibdil fil-klima, ir-riżorsi skarsi, is-saħħa, jew ix-xjuħija tal-popolazzjoni tagħna. Dawn jipprovdulna għarfien strateġikament importanti li jsostni r-relazzjonijiet esterni tal-UE fl-oqsma bħal għajnuna għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja. Jistimulaw l-innovazzjoni u l-kompetittività lil hinn sew mis-settur spazjali, u jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi fl-oqsma ekonomiċi kważi kollha.

F'Diċembru 2008, il-Kunsill Ewropew enfasizza l-potenzjal tal-ispazju biex iħalli impatt fuq l-innovazzjoni u l-irkupru ekonomiku. F'Mejju 2009, is-sitt Kunsill Spazjali enfasizza "il-bżonn li jiġu mmobilizzati l-mekkaniżmi eżistenti li jappoġġaw l-innovazzjoni fuq il-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali, u li jinħolqu strumenti ġodda ta' appoġġ biex jiżguraw d-dakkir reċiproku ta' għarfien, innovazzjoni u ideat bejn is-setturi spazjali u dawk li mhumiex, u bejn l-industrija spazjali u l-organizzazzjonijiet ta' riċerka u universitajiet ewlenin".

Wara l-adozzjoni tal-inizjattiva ewlenija tal-Unjoni dwar l-Innovazzjoni, il-Kummissjoni ressqet il-proposta tagħha għall-programm Horizon 2020 taħt il-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jinkludi ir-riċerka u l-innovazzjoni. Mill-EUR 80 biljun proposti, EUR 1.7 biljun għandhom jiġu investiti fir-riċerka u l-innovazzjoni spazjali.

Barra minn hekk, l-ispazju sar negozju globali. L-industrija spazjali Ewropea jkollha tiffaċċja kompetizzjoni dejjem tiżdied minn potenzi spazjali ġodda emerġenti bħaċ-Ċina u l-Indja. L-intervent tal-UE fl-ispazju, flimkien ma' dak tal-Istati Membri tagħha u l-ESA, jeħtieġ li jkollha l-għan li jsaħħaħ il-kompetittività tal-industrija spazjali Ewropea fil-livell globali.

L-importanza strateġika u l-ispeċifiċitajiet ta’ din l-industrija globali jitolbu li jkun hemm approċċ iddedikat għall-politika industrijali li tkun immexxija mill-ħtieġa li tiżgura kosteffiċjenza u kompetittività fil-livell globali, filwaqt li tiżgura l-konsolidazzjoni u l-iżvilupp kostanti ta' avanzi fil-ħiliet u l-kompetenzi u li tafferma mill-ġdid l-impenn b'saħħtu bi tkabbir ekonomiku f'konformità mal-istrateġija Ewropa 2020. Il-Kummissjoni enfasizzat l-intenzjoni tagħha li ssegwi politika industrijali spazjali żviluppata b'koperazzjoni mal-ESA u l-Istati Membri tal-UE fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-politika industrijali tal-UE adottata f’Ottubru 2010[2]. F'April 2011, il-Komunikazzjoni intitolata “Lejn strateġija tal-ispazju tal-Unjoni Ewropea għas-servizz taċ-ċittadini"[3] tat orjentazzjonijiet ulterjuri potenzjali ta' politika industrijali spazjali Ewropea. L-Istati Membri appoġġjaw dan l-approċċ fil-konklużjonijiet tal-Kunsill adottati f’Mejju u Diċembru 2011[4].

Din il-Komunikazzjoni tibni wkoll fuq il-politika industrijali tal-Kummissjoni Komunikazzjoni (COM (2012) 582 finali) biex tissaħħaħ l-industrija Ewropea għat-tkabbir u l-irkupru ekonomiku[5].

Kontra dan l-isfond, politika industrijali spazjali tal-UE għandha tkun ċċentrata fuq ħames għanijiet speċifiċi:

1. Li tistabbilixxi qafas regolatorju stabbli u koerenti

2. Li tiżviluppa aktar bażi industrijali aktar kompetittiva, solida, effiċjenti u bbilanċjata fl-Ewropa u li tappoġġja l-parteċipazzjoni tal-SMEs;

3. Li tappoġġja l-kompetittività tal-industrija spazjali tal-UE billi tinkoraġġixxi s-settur ikun jista' jsir aktar kosteffiċjenti matul il-katina tal-valur;

4. Li tiżviluppa s-swieq fl-applikazzjonijiet u s-servizzi spazjali;

5. Li tiżgura l-awtonomija teknoloġika u aċċess indipendenti għall-ispazju.

Rigward l-aħħar għan, huwa ta’ importanza fundamentali li l-UE żżomm l-awtonomija tagħha f’oqsma strateġiċi tas-settur spazjali bħas-servizzi ta' llanċjar. Il-politika industrijali spazjali tal-UE għandha, għalhekk, tiżgura d-disponibbiltà ta' sistema ta’ llanċjar affidabbli, sikura u ekonomikament effiċjenti. Għandhom jinħolqu l-kondizzjonijiet (inklużi dawk finanzjarji) neċessarji ħalli jinżamm u jissaħħaħ aċċess Ewropew indipendenti għall-ispazju skont il-ħtiġijiet istituzzjonali. Għal dan il-għan, il-governanza tal-isfruttament ta' lanċaturi Ewropej għandu jevolvi sabiex tiżdied l-effiċjenza fil-ġestjoni finanzjarja tal-programmi tal-utenti. Fl-aħħar mill-aħħar, l-atturi tal-politika spazjali Ewropea se jkollhom jiżviluppaw politika Ewropea tal-lanċjar reali kif jeżisti fil-biċċa l-kbira tal-bqija tad-dinja.

Politika industrijali spazjali tal-UE tista’ tkun effettiva biss jekk tkun ibbażata fuq koperazzjoni effiċjenti bejn it-tliet atturi tal-politika spazjali Ewropea: L-UE, l-ESA u l-Istati Membri rispettivi tagħha. It-TFUE jistipula li l-UE tista' tippromwovi inizjattivi konġunti, tagħti appoġġ lir-riċerka u lill-iżvilupp teknoloġiku, u tikkoordina l-isforzi meħtieġa għall-esplorazzjoni u l-isfruttament ta' l-ispazju". Barra minn hekk, "l-Unjoni għandha tistabbilixxi relazzjonijiet xierqa mal-Aġenzija Spazjali Ewropea". Għandhom jinstabu mekkaniżmi li jiżguraw koordinament fi ħdan il-qafas tal-UE sabiex l-pożizzjonijiet tal-Istati Membri jkunu espressi f’fora ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluża l-ESA, ikunu konsistenti mal-politika spazjali tal-UE u jappoġġawha.

2.           industrija tat-teknoloġija għolja li tisfida l-kompetizzjonijiet globali

2.1.        Industrija li qed tiffaċċja sfidi internazzjonali

L-industrija spazjali Ewropea tvarja mill-kompetituri internazzjonali ewlenin tagħha sal-punt li l-baġit tagħha huwa iżgħar, tiddependi iktar fuq il-bejgħ kummerċjali, is-sehem tal-infiq militari fiha huwa iżgħar u s-sinerġiji bejn is-setturi ċivili u tad-difiża huma ħafna inqas żviluppati. Għall-kuntrarju tal-Istati Uniti, is-suq Ewropew għal navigazzjoni downstream u s-servizzi ta’ osservazzjoni tad-dinja huwa biss emerġenti. Dawn il-karatteristiċi jispjegaw il-fatt li l-industrija Ewropea qiegħda tiffaċċja sfidi kummerċjali u ta’ innovazzjoni.

2.1.1.     Theddid għas-swieq kummerċjali li fuqhom tiddependi ferm l-industrija tal-manifattura fl-UE

L-industrija tal-manifattura tal-ispazju (satelliti, illanċjar u s-segment terrestru) hija industrija ta’ teknoloġija avvanzata, strateġika, ta’ riskju għoli u ta' investiment intensiv b’ċikli twal ta’ żvilupp u b’rata baxxa ta’ produzzjoni. Fin-nazzjonijiet kollha involuti fl-ispazju, l-industrija spazjali tiddependi l-aktar fuq programmi istituzzjonali, li jkollhom żewġ forom: L-iffinanzjar ta' programmi ta' riċerka u żvilupp u x-xiri ta' prodotti u servizzi spazjali bħala klijenti tal-industrija[6].

Dwar ir-riċerka spazjali istituzzjonali, il-politiki fl-R&D huma wieħed mill-istrumenti ewlenin biex jissawar is-settur. L-R&D total Ewropea hija bejn wieħed u ieħor stmata li jammontaw għal 10% ta' fatturat ta’ bejgħ mhux konsolidat fis-settur spazjali tal-UE. F’kuntest internazzjonali, madankollu, il-finanzjament tal-R&D Ewropew jidher insinifikanti meta mqabbel ma’ tal-Istati Uniti. Il-baġit spazjali ċivili fl-Istati Uniti li jintefaq fuq l-RTD huwa madwar 25%[7]. Espressi ras imb’ras, il-baġit spazjali ċivili tan-NASA fl-Istati Uniti[8] huwa madwar erba’ darbiet ogħla mill-baġits Ewropej għall-ispazju ċivili kollha kkombinati (nazzjonali, l-ESA u l-FP7).

Meta mqabbel ma' nazzjonijiet oħra involuti fl-ispazju, is-suq istituzzjonali Ewropew huwa wkoll relattivament żgħir. Fl-2009, il-baġit tal-Istati Unit kien kważi għaxar darbiet ogħla minn dak Ewropew. Barra minn hekk, għalkemm l-ispazju huwa suq globali, huwa diffiċli li wieħed igħid li hemm suq Ewropew. Is-suq istituzzjonali huwa tabilħaqq frammentat minħabba l-eżistenza ta’ ħafna partijiet interessati pubbliċi u l-implimentazzjoni ta' politiki industrijali spazjali nazzjonali differenti u b’dawk tal-ESA mingħajr ma dejjem ikollhom il-koordinazzjoni meħtieġa. Is-suq Ewropew waħdu mhux għalhekk biżżejjed biex iżomm il-livell attwali ta' eċċellenza tal-industrija spazjali Ewropea. Barra minn hekk, is-swieq istituzzjonali tal-parti l-kbira tan-nazzjonijiet li jesploraw l-ispazju tal-parti l-kbira huma magħluqa għan-nazzjonijiet l-oħrajn li jesploraw l-ispazju fi ħdan l-industrija. Għal dawn ir-raġunijiet, l-Industrija Ewropea trid ukoll tiddependi fuq bejgħ kummerċjali u tal-esportazzjoni, li jirrappreżenta 45% tal-attivitajiet tagħha skont dejta tal-Eurospace, li hija sitwazzjoni pjuttost differenti meta mqabbla mal-kompetituri tagħha.

B’mod ġenerali, l-industrija tal-manifattura u tal-lanċjar Ewropea marret tajjeb fis-suq kummerċjali globali, b’sehem fis-suq li kull ma jmur qed jikber għal satelliti (l-aktar tat-telekom) u sehem tas-suq stabbli ta' madwar 50% għal illanċjar kummerċjali. Madankollu, il-bejgħ fis-suq kummerċjali, li huwa vitali għall-industrija spazjali Ewropea, huwa f'riskju billi l-bejgħ kummerċjali wera tnaqqis fir-ritmu ekonomiku ċikliku u billi s-swieq kummerċjali tal-esportazzjoni huma soġġetti għal żieda u xi kultant kompetizzjoni aggressiva[9] min-nazzjonijiet li jesploraw l-ispazju l-oħra. Minħabba ż-żmien twil ta’ żvilupp f’dan is-settur (10-15-il sena ta’ iżvilupp għal sistemi kumplessi) huwa essenzjali li tiġi antiċipata bil-quddiem sew kwalunkwe evoluzzjoni possibbli (tas-suq). Barra minn hekk, is-sitwazzjoni tista' tevolvi b’ħeffa kbira f’ċerti sottosetturi strateġiċi, bħal lanċaturi[10].

2.1.2.     It-tqegħid tal-pożizzjonijiet tagħha fis-sikur:: L-ippreservar ta' industrija ta’ klassi dinjija fis-swieq tat-telekomunikazzjoni

L-industrija tas-servizzi bis-satellita hija ta' importanza ewlenija għall-ekonomija tal-UE, billi ssawwar l-investiment magħmul fl-infrastrutturi spazjali f'applikazzjonijiet konkreti u f’servizzi għall-benefiċċju taċ-ċittadini. L-industrija tall-manifattura tas-satelliti tal-komunikazzjonijiet (SatCom) l-industrija hi strumentali għall-appoġġ tal-industrija spazjali kollha kemm hi tal-Ewropa. Skont Eurospace, il-bejgħ ta' satelliti għat-telekomunikazzjonijiet irrappreżenta aktar minn 60% tal-fatturat tal-manifatturi tas-satelliti Ewropej matul l-aħħar 10 snin. L-Ewropa tista’ sserraħ fuq l-industrija ta' klassi dinjija biex tiżviluppa u tipproponi servizzi tas-SatCom. Dawk is-servizzi huma kruċjali għat-twassil tal-informazzjoni, waħda mill-aktar riżorsi importanti tas-setturi li qegħdin jikbru tas-soċjetà diġitali. Dawn jikkontribwixxu għal diversi azzjonijiet proposti fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, notevolment għat-tnaqqis fil-qabża fil-broadband f’żoni b’densità baxxa ta' popolazzjoni. SatCom huwa soluzzjoni effettiva ħafna fejn it-teknoloġiji terrestri huma għoljin wisq jew ineżistenti[11], filwaqt li jipprovdi servizzi diġitali transkonfinali. Barra minn hekk, dan jipprovdi soluzzjoni alternattiva reżiljenti u robusta fil-każ li netwerks oħra ifallu (minħabba diżastri naturali, attakki terroristiċi eċċ).

Minbarra kompetizzjoni li qed tikber, l-industrija Ewropea tas-SatCom qed tħabbat wiċċha ma’ sfida teknika u politika: Hija trid tiffaċċja l-iskarsezza tal-ispettru tar-radju[12], li huwa riżorsa vitali għall-operazzjoni effiċjenti u l-iżvilupp tal-komunikazzjonijiet bis-satellita. Sabiex tinżamm il-kompetittività tal-industrija tas-SatCom jeħtieġ li din il-kwistjoni tiġi indirizzata.

2.1.3.     Il-fruntiera l-ġdida: L-industrija tal-UE titqiegħed fuq swieq emerġenti tal-applikazzjonijiet tan-navigazzjoni u l-osservazzjoni tad-dinja (servizzi u prodotti)

In-navigazzjoni bis-satellita Ewropea (SatNav) u l-industrijta tas-servizz tal-osservazzjoni tad-dinja (SatEO) hija industrija emerġenti mad-dinja kollha b’potenzjal għoli għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi, prinċipalment magħmul minn SMEs u negozji ġodda (li jiffurmaw is-sinsla tal-ekonomija tagħna). Dawn se jkunu ta’ importanza li dejjem qed tikber għall-ekonomija tagħna u l-benessri taċ-ċittadini. L-esperti tan-negozju tal-GNSS jistmaw li f'għaxar snin dan is-suq se jilħaq USD 300 biljun[13].

Huwa stmat li, diġà, 6-7 % tal-PGD fil-pajjiżi tal-Punent, jiġifieri €800 biljun fl-Unjoni Ewropea, huwa dipendenti fuq ir-radjunavigazzjoni bis-satellita[14]. Il-benefiċċji li jirriżultaw minn Copernicus (isem ġdid għal GMES) operazzjonali bis-sħiħ sal-2030 huwa stmat għal EUR 34,7 biljuni, komparabbli għal 0,2 % tal-PGD tal-UE[15].

L-użu tal-GNSS u Copernicus dalwaqt se jiftħu opportunitajiet ġodda għas-settur fl-Ewropa. Galileo u EGNOS huma mistennija li jiġġeneraw benefiċċji ekonomiċi u soċjali li jiswew madwar €60-90 biljun matul l-20 sena li ġejjin[16]. L-Ewropa ma tistax taffordja li titlef it-tkabbir tal-attivitajiet fl-ispazju u s-servizzi relatati. Għalkemm xi applikazzjonijiet privati diġà kellhom suċċess, il-prodotti u s-servizzi attivati bis-satellita għadhom jiddependu fil-biċċa l-kbira fuq klijenti pubbliċi fil-livelli nazzjonali u lokali f 'dan l-istadju tal-iżvilupp.

Fl-Ewropa, bosta ostakli jnaqqsu r-ritmu tal-iżvilupp ta' applikazzjonijiet innovattivi u għalhekk l-iżvilupp tas-suq: l-inċertezza dwar id-disponibilità tas-servizzi u l-qafas legali, in-nuqqas ta’ għarfien minn utenti tal-potenzjal possibbli tagħhom, in-nuqqas ta' kooperazzjoni bejn is-setturi spazjali u dawk mhux spazjali, in-nuqqas ta' kooperazzjoni bejn il-fornituri tad-dejta, l-iżviluppaturi tas-servizzi u l-utenti finali, l-appoġġ insuffiċjenti għall-ħolqien ta' negozji ġodda u l-iżvilupp ta’ kumpaniji b’potenzjal għal tkabbir rapidu.

2.2.        Biex tindirizza dawn l-isfidi, l-Ewropa għandha tikseb l-awtonomija teknoloġika, is-sigurtà tal-provvista u żżomm aċċess indipendenti għall-ispazju

L-awtonomija teknoloġika, is-sigurtà tal-provvista u l-aċċess indipendenti għall-ispazju[17] ma jissodisfawx biss il-ħtieġa assoluta tal-indipendenza strateġika: dawn jirrappreżentaw il-kondizzjonijiet bażiċi għal żvilupp sostenibbli tal-industrija spazjali Ewropea.

2.2.1.     Tmexxija teknoloġika, is-sigurtà tal-provvista u d-dipendenza jeħtieġu sforzi sostnuti u d-disponibbiltà tal-ħiliet meħtieġa

Biex tiffaċċja kompetizzjoni dejjem tiżdied fis-suq globali, l-industrija Ewropea trid iżżomm il-vantaġġ teknoloġiku tagħha u tibqa’ fuq quddiem nett tal-progress teknoloġiku f'ċerti oqsma magħżula. L-isfidi li tħabbat wiċċha magħhom l-industrija jinkludu l-mod kif tiżgura l-awtonomija teknoloġika u s-sigurtà tal-provvista, il-ħtieġa li jinbidlu jew jiġu aġġornati t-teknoloġiji u l-prodotti, l-isfida biex jiġu żviluppati oħrajn ġodda u d-diffikultà biex iżommu l-ħiliet kritiċi f’suq bi programm ċikliku twil u ordnijiet li jvarjaw ħafna. Barra minn hekk, is-sinerġiji bejn is-setturi ċivili u tad-difiża mhumiex sfruttati biżżejjed illum, li hi ħaġa li tfixkel l-feġġ reali tal-qawwa spazjali Ewropea. Barra minn hekk, in-nuqqas ta' dakkir effiċjenti bejn is-setturi spazjali u dawk li mhumiex jillimita l-attivitajiet konġunti fl-R&D u l-kapaċità tal-adozzjoni tat-teknoloġija miż-żewġ naħat.

L-awtonomija teknoloġika ta’ dan is-settur strateġiku mhix garantita. F’għadd ta’oqsma teknoloġiċi kritiċi il-programmi Ewropej huma kompletament dipendenti fuq fornitur wieħed[18]. Il-Pjattaforma tat-Teknoloġija Spazjali Ewropea (ESTP) tistma li, fuq medja, 60% tal-elettronika abbord is-Satelliti Ewropej bħalissa hija importata mill-Istati Uniti, minħabba n-nuqqas ta’ bżonn kummerċjali biex jiġu żviluppati dawk il-komponenti fil-livell Ewropew. Barra minn hekk, dawk l-importazzjonijiet huma soġġetti għal regolamenti tal-ITAR dwar l-esportazzjoni, li jevolvu skont it-tħassib tal-Istati Uniti, spiss joħolqu dewmien tal-akkwist u jqiegħdu fuq medda ta’ żmien qasira lill-industrija Ewropea f’sitwazzjoni ta’ dipendenza ulterjuri lejn varjazzjonijiet politiċi tal-Istati Uniti. Barra minn hekk, is-settur spazjali jirrappreżenta settur żgħir meta mqabbel mal-industrija mad-dinja kollha u ħafna drabi wkoll parti żgħira min-negozju ta' ditti industrijali kbar. Għalhekk dan irid ilaħħaq ma’ evoluzzjonijiet li ma jqisux il-ħtiġijiet speċifiċi tagħha. Aktar minn setturi oħra, l-industrija spazjali teħtieġ li tantiċipa żviluppi futuri – f’termini ta’ disponibbiltà ta’ prodotti u regolamenti, bħar-REACH[19] – li hija aktar diffiċli minħabba ż-żmien twil li jittieħed biex jiġu żviluppati l-prodotti spazjali. F’sitwazzjoni bħal din, bidliet fil-pożizzjonament kummerċjali jew fil-leġiżlazzjoni jew diffikultajiet finanzjarji f’kumpaniji ewlenin jew in-nuqqas ta' profittabilità minħabba s-sehem żgħir tas-suq jistgħu jitfgħu l-programmi spazjali Ewropej f'riskju, b'dewmien u spejjeż żejda. Kemm għal raġunijiet strateġiċi u industrijali, l-isforzi magħmula biex jiġu żviluppati sorsi ta’ provvista alternattivi għal teknoloġiji u materjali flimkien mal-ESA u l-EDA għandhom jissaħħu fl-inizjattiva Orizzont 2020.

Mingħajr biżżejjed xogħol, il-forza tax-xogħol kwalifikata tal-industrija tal-ispazju tiġi żmantellata u jittieħdu wisq żmien u riżorsi biex jissawru mill-ġdid it-timijiet meħtieġa biex jiġu żviluppati programmi ġodda. L-għarfien u l-ħiliet fis-settur emerġenti ta' navigazzjoni u t-teknoloġiji tal-osservazzjoni tad-dinja bħalissa mhumiex biżżejjed. Sadanittant, in-nazzjonijiet il-ġodda involuti fl-ispazju qegħdin iqarrbu malajr ir-riżultati tar-riċerka tagħhom mal-pajjiżi industrijalizzati.

2.2.2.     L-aċċess indipendenti għall-ispazju Ewropew għandu jiġu ppriżervat u msaħħaħ fuq medda twila ta’ żmien

F’kull pajjiż madwar id-dinja involut fl-ispazju, l-iżvilupp u l-operazzjonijiet tal-lanċaturi kienu u għadhom iffinanzjat minn flejjes pubbliċi, li mingħajrhom is-settur kummerċjali kieku ma kienx jeżisti. Barra minn hekk, il-prezzijiet kummerċjali miksuba fis-suq ma jkoprux l-ispejjeż kollha, notevolment fil-fażi tal-iżvilupp. Id-daqs tal-baġits istituzzjonali tan-nazzjonijiet li jesploraw l-ispazju ddedikat għal-lanċaturi jirrifletti r-rieda tagħhom li jgawdu aċċess indipendenti għall-ispazju. Fil-pajjiżi kompetituri kollha, l-akkwisti pubbliċi huma fundamentali għas-sopravivenza tas-settur u l-industrija lokali tal-lanċaturi ma tistax teżisti mingħajr programmi istituzzjonali li huma de facto magħluqa għall-industrija ta’ pajjiżi barranin.

Fl-Ewropa, il-kwistjoni tal-lanċaturi tikkonċerna, mil-lat istituzzjonali, l-UE, l-ESA u l-Istati Membri tagħhom b'żewġ modi: l-ewwel minħabba r-responsabbiltà politika relatata mal-aċċess indipendenti Ewropew għall-ispazju; it-tieni bħala klijenti tal-industrija tal-lanċjar li jimmiraw biex iwettqu u jniedu l-programmi tagħhom b'mod effiċjenti fl-infiq. L-operaturi privati huma konċernati wkoll bħala klijenti. Dawn jibbenefikaw minn aċċess indipendenti Ewropew għall-ispazju, peress li dan iżid l-influwenza tagħhom fin-negozjar għal prezzijiet aktar baxxi fuq livell internazzjonali.

L-UE u l-Istati Membri tagħha jappoġġjaw l-għan politiku li jinżamm aċċess indipendenti għall-ispazju, kif iddikjarat fir-riżoluzzjonijiet ta’ diversi Kunsilli Spazjali u l-Kunsill tal-Kompetittività[20]. Storikament, is-servizz tal-illanċjar Ewropew inħoloq biex jiżgura l-kapaċità tal-Ewropa li tiżviluppa tas-servizzi bbażati fuq is-satelliti, wara r-rifjut minn pajjiżi oħra li jillanċjaw satelliti kummerċjali Ewropej. Minbarra kunsiderazzjonijiet strateġiċi u ta’ sigurtà, jekk l-Ewropa ma jkollhiex aċċess indipendenti għall-ispazju, ċaħdiet bħal dawn jistgħu jerġħu jiġru u jikkawżaw dewmien fl-implimentazzjoni tal-programmi spazjali tagħna, li jżidu l-kostijiet u jheddu l-pożizzjoni kompetittiva Ewropea kemm fis-swieq tal-manifattura u tas-servizzi. Id-disponibbiltà ta' servizz Ewropew tal-illanċjar affidabbli u kompetittiv, għalhekk, tkompli tkun sine qua non il-fattur li jiżgura l-iżvilupp ta’ industrija spazjali Ewropea ta' klassi dinjija u l-applikazzjonijiet bbażati fuq satellita.

Bħala klijenti, biex iwettqu l-programmi tagħhom fil-ħin u għalhekk jevitaw spejjeż żejda, l-UE, l-ESA u l-Istati Membri tagħhom għandhom ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom sistema ta’ llanċjar li hija:

· Affidabbli mil-lat tekniku,

· Sikura, li tista’ tirrikjedi l-illanċjar minn port spazjali fuq art Ewropea,

· Disponibbli u indipendenti: tkopri l-kontroll tal-illanċjar evidenti u l-ħtieġa li tiġi evitata dipendenza fuq atturi b’għanijiet industrijali jew ġeopolitiċi kunfliġġenti,

· Spiża effiċjenti, għax dan jikkontribwixxi għall-affordabbiltà.

Illum m'hemmx biżżejjed illanċjar istituzzjonali fl-Ewropa biex jiżgura s-sostennibbiltà tal-lanċatur Ewropew Ariane 5[21]. Arianespace qiegħed jiffaċċja kompetizzjoni internazzjonali aktar b'saħħitha u għandu diffikultajiet biex iżomm il-bilanċ finanzjarja tiegħu. Barra minn hekk, il-firxa attwali tal-mezzi għall-illanċjar għandha bżonn tinbidel sal-2025 sabiex tinżamm il-kapaċità Ewropea tal-illanċjar, kwistjoni li trid tiġi indirizzata issa.

B'aktar minn 30 satellita li għandhom jintbagħatu fl-orbita, l-UE kollha kemm hi tista’ ssir l-akbar klijent istituzzjonali tal-industrija Ewropea matul is-snin li ġejjin. Kif intqal fil-konklużjonijiet ta’ Novembru 2010 u Mejju 2011 tal-Kunsill tal-Kompetittività, l-atturi istituzzjonali Ewropej kollha huma mistiedna sabiex iżommu u jsaħħu aċċess għall-ispazju indipendenti, affidabbli u effettiv fl-infiq b'kundizzjonijiet affordabbli, jikkunsidraw bħala prijorità għolja l-użu ta' mezzi għall-ilanċjar żviluppati fl-Ewropa u jesploraw kwistjonijiet li jirrigwardaw il-parteċipazzjoni possibbli tagħhom f'attivitajiet ta’ sfruttament marbuta mal-illanċjar. Il-lanċaturi żviluppati fl-Ewropa, għalhekk, se jiġu adattati biex jikkwalifikaw għall-illanċjar ta' xi wħud minn dawn is-satelliti.

L-aċċess indipendenti Ewropew iġorr spiża f'terminu qasir ta' żmien, fid-dawl ta' politika kummerċjali aggressiva mill-kompetituri tagħna li normalment jaffaċċjaw kostijiet aktar baxxi. Partijiet ta' dawn l-ispejjeż addizzjonali huma ġustifikati fuq bażi oġġettiva (li jiggarantixxu l-vijabilità tal-għarfien Ewropew u l-affidabbiltà, anqas spejjeż tax-xogħol ta’ xi wħud mill-kompetituri tagħna, id-daqs tas-sussidji[22] u tas-suq istituzzjonali f’pajjiżi barranin). Parti oħra minn dawn l-ispejjeż hija riżultat ta' ineffiċjenzi industrijali, liema varjazzjonijiet għandhom jitnaqqsu. Madankollu fit-terminu medju taż-żmien, l-aċċess indipendenti se jkollu impatt ekonomiku pożittiv, kemm għal atturi istituzzjonali u l-operaturi privati. Dan se jiżgura li l-Ewropa tibbenefika minn applikazzjonijiet spazjali, toffri sigurtà addizzjonali (offerti kompetittivi minn żewġ fornituri) u restrizzjoni tal-kompetituri tagħha biex joffru prezzijiet kompetittivi fis-suq Ewropew, li tiffavorixxi lil operaturi privati. Barra minn hekk, għal xi programmi, m’hemm l-ebda għażla ħlief li jagħżlu lanċaturi Ewropej minħabba konsiderazzjonijiet ta' sigurtà.

3.           Objettivi ta’ politika industrijali tal-UE

Meta wieħed iqis l-importanza strateġika tal-industrija spazjali, id-dipendenza tagħha fuq il-finanzjament pubbliku u l-kompetizzjoni globali li qed tiżdied fuq is-suq kummerċjali, l-UE għandha tfassal politika industrijali spazjali biex issostni l-iżvilupp tas-settur, u b’hekk tistimula t-tkabbir ekonomiku. Din il-politika għandha tinkludi mhux biss l-industrija spazjali iżda wkoll is-servizzi. L-għanijiet ta’ politika bħal din ġew analizzati f’diversi studji. Il-kwistjoni hija indirizzata wkoll fis-7 riżoluzzjoni tal-Kunsill Spazjali u dik ta’ Mejju 2011 tal-Kunsill tal-Kompetittività.

Kontra dan l-isfond, politika industrijali spazjali tal-UE tista’ tkun ċċentrata fuq ħames għanijiet speċifiċi:

– It-twaqqif ta’ qafas regolatorju koerenti

L-espansjoni tal-attivitajiet spazjali u partikolarment t-tkabbir tas-suq għal prodotti u servizzi fl-ispazju iqajmu kwistjonijiet legali li m’humiex kompletament indirizzati fil-livell Ewropew u huma biss parzjalment indirizzati fil-livell nazzjonali minn ftit Stati Membri permezz ta’ liġijiet nazzjonali, li jirriflettu l-interessi nazzjonali. B'qies sħiħ tal-leġiżlazzjonijiet eżistenti u skont il-kompetenzi rispettivi tal-atturi differenti, il-Kummissjoni se tesplora jekk iridux jittieħdu azzjonijiet biex titjieb il-koerenza legali u jitħeġġeġ it-tfaċċar ta’ suq Ewropew għall-prodotti u s-servizzi spazjali.

– Li tiżviluppa aktar bażi industrijali aktar kompetittiva, solida, effiċjenti u bbilanċjata fl-Ewropa u li tappoġġja l-parteċipazzjoni tal-SMEs

L-Ewropa teħtieġ bażi industrijali aktar b 'saħħitha. L-industrija spazjali Ewropea għandha tkompli ttejjeb il-prestazzjoni tagħha, billi tibbenefika minn ambjent inqas frammentat. Bażi industrijali bbilanċjata ma tfissirx tixrid ugwali ta' din in-niċċa tal-industrija madwar l-Ewropa kollha, iżda industrija li tibni fuq il-vantaġġi kompetittivi tal-katina kollha tal-provvista u tipprovdi aċċess ġust għall-SMEs bħala mezz biex jassiguraw id-dinamiżmu u l-innovazzjoni u, b’mod partikolari, biex tiġi żviluppata l-industrija tas-servizzi spazjali. Il-parteċipazzjoni tan-negozji żgħar u l-industriji medji fil-katina tal-provvista hija essenzjali għall-kompetittività tal-industrija spazjali Ewropea u mhux sempliċiment għall-konsolidazzjoni, iżda wkoll għall-espansjoni tal-ħaddiema tas-sengħa.

– Tappoġġa l-kompetittività dinjija tal-industrija spazjali Ewropea u tinkoraġġixxi li s-settur ikun jista' jsir aktar kosteffiċjenti matul il-katina tal-valur

L-industrija spazjali Ewropea għandha żżomm u żżid is-sehem tagħha fis-suq dinji u għandha tibqa' fuq quddiem nett tal-iżviluppi teknoloġiċi b'kapaċità li tipproduċi teknoloġiji rivoluzzjonarji u ta’ dakkir involut attivament ma' setturi oħra. Dan għandu jimmira lejn aktar kosteffikaċja matul il-katina tal-valur. L-industrija għandha wkoll tkun kapaċi tistrieħ fuq biżżejjed ħaddiema b'ħiliet kbar, b’mod partikolari fis-settur emerġenti tan-navigazzjoni u t-teknoloġiji tal-osservazzjoni tad-dinja. Il-politika għandha tappoġġja aċċess ikbar għas-suq.

– Tiżviluppa s-swieq fl-applikazzjonijiet u s-servizzi spazjali

L-industrija Ewropea għandha tkun f’pożizzjoni li tisfrutta l-potenzjal offrut mill- infrastrutturi spazjali (SatCom, SatNav u SatEO) sabiex tagħti servizzi affidabbli u effiċjenti b'reazzjoni għal ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali. Dan ifisser għal ċerti kategoriji ta’ servizz mhux biss l-iżvilupp ta' kapaċitajiet ġodda fi ħdan l-industrija eżistenti iżda wkoll it-titjib tal-kwalità ta' Copernicus, il-ħolqien u l-istimulu ta’ ambjent li jippermetti l-adozzjoni ta' teknoloġiji satellitari ġodda u l-emerġenza ta’ operaturi ġodda, minħabba, notevolment, l-importanza tan-negozji ż-żgħar f'dan il-qasam. Flimkien mat-tieni għan, il-kisba ta' dan se tgħin biex jinżamm spazju wieħed attraenti għal investimenti fl-Istati Membri kollha.

– Tiżgura l-awtonomija teknoloġika u aċċess indipendenti għall-ispazju

Biex l-Ewropa tkun tista' twettaq inizjattivi ta’ politika strateġika u tipprovdu servizzi ewlenin għall-benefiċċju taċ-ċittadini, jeħtieġ aċċess indipendenti għall-ispazju. Barra minn hekk, l-industrija Ewropea għandha tkun mibdija biex tiġi żviluppata aktar l-awtonomija teknoloġika tagħha, speċjalment f'teknoloġiji kritiċi, biex ikomplu jkunu jistgħu jitwasslu l-prodotti u s-servizzi meħtieġa għal tkabbir ekonomiku u l-benesseri taċ-ċittadini tagħha.

4.           Kif għandhom jinkisbu l-għanijiet tal-politika industrijali tal-UE

Sabiex jinkisbu l-għanijiet ta’ din il-politika b’kollaborazzjoni mal-ESA u l-Istati Membri, l-UE tista' tuża l-istrumenti għad-dispożizzjoni tagħha, li huma prinċipalment li ttejjeb il-kundizzjonijiet ta' qafas, b'appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni, il-promozzjoni ta' użu aħjar tal-istrumenti finanzjarji u ta' regolamenti eżistenti ta’ akkwist[23].

4.1.        Titjib tal-kundizzjonijiet qafas

Kif l-attivitajiet spazjali jespandi, l-adegwatezza tal-qafas regolatorju eżistenti teħtieġ tiġi eżaminata biex jiġu ggarantiti s-sigurtà, is-sikurezza u s-sostenibilità ta' dawn l-attivitajiet u l-iżvilupp ekonomiku tagħhom.

4.1.1.     It-titjib tal-qafas regolatorju għas-segment tas-sevizzi u għas-settur tal-manifattura

L-espansjoni tal-attivitajiet spazjali u partikolarment t-tkabir tas-suq għal prodotti u servizzi fl-ispazju tqajjem kwistjonijiet legali li mhumiex qed jiġu indirizzati b’mod sħiħ fuq il-livell Ewropew, iżda biss parzjalment indirizzati mill-Istati Membri l-aktar attivi f’dan il-qasam permezz tal-liġi nazzjonali. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għadhom ma żviluppawx leġiżlazzjoni spazjali. L-ambitu u l-għanijiet ta' dawn il-liġijiet spazjali nazzjonali emerġenti huma diversi u jkollhom implikazzjonijiet li jmorru lil hinn mill-fruntieri nazzjonali.

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali waħedha ma tiżgurax kopertura koerenti tal-kwistjonijiet legali relatata mal-ispazju u l-qafas ġuridiku armonizzat fl-Istati Membri kollha. Qafas ġuridiku inkonsistenti jista’ jaffettwa negattivament il-funzjonament tas-suq intern. Jista’ għalhekk ikun neċessarju li jittieħdu passi lejn it-twaqqif ta’ qafas regolatorju koerenti spazjali tal-UE biex nużaw il-potenzjal kollu tas-suq intern għall-ispazju billi jintlew il-lakuni legali b’mod koerenti, bil-prevenzjoni ta’ oqfsa legali nazzjonali diverġenti, filwaqt li nissalvagwardjaw l-interessi tas-sigurtà nazzjonali u Ewropea.

Bħala eżempju, xi pajjiżi Ewropej għandhom leġiżlazzjoni nazzjonali dwar ir-responsabbiltà li tipprevedi kopertura ta' ħsara fiżika kkawżata minn attivitajiet spazjali. Xi pajjiżi jillimitaw, taħt ċerti kundizzjonijiet, ir-responsabbiltà sa ċertu ammont, jew jipprovdu garanzija governattiva taħt ċerti kundizzjonijiet. Xi pajjiżi jitolbu assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja oħra biex jikkumpensaw id-danni possibbli. Fin-nuqqas ta' regoli koerenti, fil-pajjiżi tal-UE jistgħu jinħolqu distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern li jwasslu għal "forum shopping".

Teżamina l-possibbiltà ta’ inizjattiva leġiżlattiva dwar ċerti aspetti li għandhom impatt fuq il-ħolqien ta' suq uniku għal prodotti u servizzi spazjali

Il-Kummissjoni għalhekk se tanalizza sa liema punt dan il-qafas frammentat jista’ jfixkel il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u jekk intervent tal-UE jistax ikun iġġustifikat.

L-ewwel pass f’din id-direzzjoni huwa inizjattiva leġiżlattiva dwar il-produzzjoni u t-tixrid ta' dejta satellitari privata (ara hawn taħt) u regolament dwar il-GNSS tal-UE fir-rigard tar-responsabbiltà fil-konfront ta’ terzi[24].

Azzjoni mill-UE tista' tkun meħtieġa fil-kontroll tal-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju u l-politika tal-ispektrum. F’oqsma oħra bħat-titjiriet spazjali kummerċjali, l-opportunità tal-intervent tal-UE għandha tiġi vvalutata aktar.

Sabiex jiġi żgurat l-isfruttar sħiħ tal-informazzjoni spazjali u biex tingħata spinta lill-aċċess tal-utenti għal dejta u servizzi spazjali, l-UE tista' tikkunsidra li tistabbilixxi politika ġenerali dwar l-aċċess għad-dejta. Politika tal-aċċess tad-dejta bħal din tista’ tkun ibbażata fuq prinċipji bħal: aċċess miftuħ b'xejn għal organizzazzjonijiet pubbliċi fil-livell tal-UE u nazzjonali garantiti (bħala minimu) ma' restrizzjonijiet limitati meta dawn ikunu kompletament żviluppati u operati b’fondi pubbliċi tal-UE; L-istabbiliment ta' kundizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika tal-aċċess tad-dejta (talanqas għall-organizzazzjonijiet pubbliċi) meta jkun hemm intervent tal-UE fl-iżvilupp tal-assi jew is-swieq spazjali.

Tikkunsidra li tipproponi inizjattiva leġiżlattiva dwar il-produzzjoni u t-tixrid ta' dejta satellitari privata

Il-produzzjoni u t-tixrid ta’ dejta permezz tas-satellita iqajjem tliet kwistjonijiet ewlenin. L-ewwel, ir-restrizzjonijiet tas-sikurezza imposti mill-awtoritajiet nazzjonali fuq id-dejta miksuba permezz tas-satellita skont l-interessi tas-sigurtà nazzjonali jistgħu jipperikolaw il-kompetittività u l-innovazzjoni (l-iżvilupp ta' servizzi relatati downstream) u jwasslu għal inċertezza legali fis-suq intern, u jqajmu kwistjonijiet ta’ responsabbiltà bħal talbiet ta’ kumpens għal ħsarat potenzjali, pereżempju dawk ikkawżati minn dejta mhux korretta. It-tieni, ir-rilaxx mhux mistenni tad-dejta akkwistata mis-sensuri tas-satellita (eż. b'riżoluzzjoni għolja tal-immaġni) jistgħu jippreżentaw theddida għas-sigurtà tal-UE u tal-Istati Membri. It-tielet, in-natura transkonfinali teħtieġ kooperazzjoni bejn l-iskambji tad-dejta bis-satellita mill-pajjiżi kkonċernati mill-osservazzjoni tad-dinja. Din il-kooperazzjoni effettivament tiżgura l-kompatibbiltà tal-istandards tal-kompetittività ma' konsiderazzjonijiet ta' sigurtà.

Billi l-leġiżlazzjoni nazzjonali waħedha ma tistax tiggarantixxi qafas regolatorju koerenti fil-livell tal-UE, l-azzjoni tal-UE tista' tkun ġustifikata fuq il-bażi tas-sussidjarjetà. Filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji f'termini ta' ċertezza legali, l-iżvilupp tas-swieq downstream u l-protezzjoni tas-sigurtà, l-intervent tal-UE f’dan il-qasam jista’ jġib valur miżjud ċar.

Tissorvelja u ttejjeb il-kontroll tal-esportazzjoni u l-oqfsa ta' trasferimenti intra-UE

Ħafna komponenti ta' sistemi spazjali huma kkunsidrati ta’natura doppja jew militari u, għalhekk, huma soġġetti għall-qafas regolatoju l-ġdid fuq it-trasferimenti intra-UE u l-kontroll tal-esportazzjoni b'użu doppju[25]. Regoli simplifikati u proċeduri li se jiffaċilitaw it-trasferimenti intra-UE ta' komponenti ta' natura militari se tiġi implimentata mill-2012 'il quddiem[26]. Dan għandu jtejjeb il-kompetittività tal-industrija Ewropea, partikolarment l-SMEs.

B’konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament dwar l-Oġġetti b'użu doppju, li jirrikjedi lill-Kummissjoni li tħejji rapport dwar l-implimentazzjoni tas-sistema tal-UE ta' kontroll tal-esportazzjoni, ġiet adottata Green Paper[27] sabiex tvara dibattitu pubbliku wiesa' dwar il-funzjonament tas-sistema attwali tal-UE ta' kontroll tal-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju. Rapport formali lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill huwa previst f 'Settembru 2012. Sadanittant, l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq l-industrija spazjali għandu jiġi mmonitorjat mill-qrib bil-ħsieb li jiġu identifikati l-problemi ewlenin u jiġu proposti soluzzjonijiet xierqa.

Tiżgura d-disponibbiltà tal-ispettru

Biex tikkontribwixxi ħalli jiżguraw id-disponibbiltà tal-ispettru tar-radju għall-operazzjonijiet spazjali li huwa immuni mill-interferenza, biex tippermetti ekonomiji ta' skala u tottimizza l-ispejjeż operattivi għal sistemi pan-Ewropej, il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri tal-UE, se tinvestiga kif l-aħjar tqis il-ħtiġijiet futuri tal-ispettru għal SatCom fil-kuntest tal-programm ta’ politika dwar l-ispettru tar-radju u tikkontribwixxi għat-tħejjija tal-Konferenza Dinjija tal-Komunikazzjonijiet bir-Radju tal-ITU li jmiss sabiex jiġu difiżi l-interessi tal-UE fil-qasam tal-allokazzjoni tal-ispettru globali u reġjonali.

Tesplora jekk l-attivitajiet tat-titjiriet spazjali kummerċjali jeħtieġx li jiġu integrati f’qafas legali

“Proġetti ta’ ajruplani suborbitali” jew proġetti ta’ titjiriet spazjali kummerċjali qed ifeġġu, prinċipalment fl-Istati Uniti. Titjiriet suborbitali jistgħu jikkostitwixxi f’suq promettenti għal: (i) esperimenti xjentifiċi: esperimenti bil-mikrogravità, taħriġ tal-astronawti, testijiet ta’ tagħbija bis-satelliti, (ii) turiżmu spazjali, (iii) sistemi ta’ trasport bl-ajru futuri nodfa, f’altitudni għolja, b’veloċità għolja u minn punt sa punt. Barra minn hekk, il-vetturi suborbitali tat-titjiriet jistgħu joffru aċċess iktar kosteffiċjenti għall-ispazju eż. għal satelliti żgħar.

L-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni (FAA) u l-Uffiċċju tat-Trasportazzjoni Spazjali Kummerċjali tal-Istati Uniti biss ħarġu qafas regolatorju għal ajruplani suborbitali applikabbli għal pajjiżhom. Dan huwa bbażat fuq ekwivalent ta’ reġim ta’ "kunsens infurmat" għall-ġarr ta’ ekwipaġġ u parteċipanti f’titjiriet spazjali[28]. Is-sigurtà tal-passiġġiera għalhekk mhix żgurata mir-Regolament.

Xi partijiet interessati appellaw lill-industrija Ewropea tal-UE biex tistabbilixxi qafas regolatorju aktar strett, b'mezzi adegwati ta' regoli ta' ċertifikazzjoni derivati minn l-aħjar prattiki tal-ajrunawtika, biex jiggarantixxu s-sigurtà tal-passiġġieri. L-industrija targumenta li l-previdibbiltà tal-qafas regolatorju hija kruċjali għall-investituri privati, għaliex ser tħeġġeġ it-teknoloġija użata u l-attivitajiet ta' żvilupp. Partijiet interessati Ewropej oħrajn jappellaw lill-UE biex tistabbilixxi qafas regolatorju aktar miftuħ għall-innovazzjoni.

Din it-talba għalissa mhix prijorità tal-programm tat-tfassil ta’ regoli tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA). Il-Kummissjoni se teżamina aktar din il-kwistjoni biex tiddetermina jekk hemmx bżonn li din tiġi indirizzata fil-futur qrib.

4.1.2.     Issegwi l-proċess tal-istandardizzazzjoni

L-importanza tal-istandardizzazzjoni tal-attivitajiet spazjali fl-Ewropa qed tikber hekk kif l-UE, l-ESA, l-aġenziji spazjali nazzjonali u l-industrija Ewropea huma ffaċċjati bi sfidi tekniċi ġodda fi ħdan restrizzjonijiet ekonomiċi aktar eżiġenti. Permezz ta’ użu aktar effiċjenti u effettiv tat-teknoloġiji spazjali u l-applikazzjonijiet u s-servizzi bbażati fuq l-ispazju, l-istandardizzazzjoni għandha rwol biex issaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva tal-industrija spazjali Ewropea fis-suq dinji, notevolment billi żżid is-serje u għalhekk tnaqqas il-prezzijiet, u billi tgħin lill-SMEs jidħlu f’ċerti segmenti tas-suq spazjali. L-istandardizzazzjoni spazjali ssostni l-użu ta' servizzi u applikazzjonijiet innovattivi bbażati fl-ispazju. Missjonijiet spazjali huma barra minn hekk negozju riskjuż fejn it-teknoloġija hija mbuttata sal-limitu, fejn hemm possibbiltà limitata ħafna biex issewwi problemi li ma kinux identifikati qabel l-illanċjar. L-istandardizzazzjoni hija għalhekk meqjusa bħala mezz sabiex jonqsu r-riskji ta falliment, li tiggarantixxu l-affidabbiltà teknoloġika spazjali tal-prodotti/komponenti u li tnaqqas l-ispejjeż operattivi u tal-iżvilupp. Finalment, ladarba l-produzzjoni Spazjali Ewropea hija maqsuma bejn diversi pajjiżi, l-iżvilupp ta’ proċeduri ta’ ħidma "standardizzati” tista' tgħin biex tnaqqas l-ineffiċjenzi li bħalissa huma preżenti fil-katina tal-valur.

L-aġenziji spazjali Ewropej ewlenin u l-industrija bdew il-Koperazzjoni għall-Istandardizzazzjoni Spazjali Ewropea (ECSS) fl-1993. Aktar minn 120 standard ġew ippubblikati. Filwaqt li l-attivitajiet spazjali upstream ġew koperti, l-attivitajiet spazjali downstream immirati lejn is-sistemi u s-servizzi għadhom jeħtieġu standardizzazzjoni. Programm ta' standardizzazzjoni komprensiv ġie propost f'Marzu 2010 u jidentifika għaxar setturi speċifiċi fejn fil-futur il-ħidma ta’ standardizzazzjoni tista’ titwettaq minn korpi tekniċi fl-istandard CEN/CENELEC, ETSI u ECSS – mill-Organizzazzjonijiet tal-Istandardizzazzjoni Ewropej (ESOs). Il-programm issawwar f’mandat ġdid (M/496) li nħareġ fl-1 ta' Settembru 2011 u ġie indirizzat lill-ESOs. Ix-xogħol beda fl-2012 u għandu jestendi fuq perjodu ta' tliet snin.

4.1.3.     Tiżgura d-disponibbiltà ta’ ħiliet meħtieġa

Id-disponibbiltà ta’forza tax-xogħol ikkwalifikata għandha impatt dirett fuq il-kapaċità tal-industrija spazjali Ewropea u l-attivitajiet spazjali bi tpattija għandhom impatt dirett fuq d-disponibbiltà tal-forza tax-xogħol fl-ekonomija Ewropea, permezz tal-impatt ta’ programmi ta' żvilupp avvanxzati ferm fl-iżvilupp ta' kompetenza f'teknoloġiji ġodda. Sabiex tibqa’kompetittiva, l-Ewropa se tiffaċċja sfida tripla fis-snin li ġejjin: li żżomm u tespandi r-riżorsi proprji tagħha (livell ta' ħiliet u għadd tal-forza tax-xogħol), biex tiżviluppa ħiliet ġodda li jissodisfaw il-ħtieġa ta’ setturi emerġenti u biex tattira t-talent minn pajjiżi terzi.

Il-programmi spazjali istituzzjonali jista’ jgħin biex jinżamm livell suffiċjenti ta’ attività industrijali, jiġi attirat it-talent ewlieni lejn l-universitajiet u ċ-ċentri ta' riċerka Ewropej, u tiġi ffaċilitata l-mobilità bejn l-Istati Membri u s-setturi pubbliċi u privati.

Il-klijenti istituzzjonali Ewropej għandhom jiżviluppaw u jipprovdu lill-industrija xogħol fit-tul u ppjanar ċar tas-suq istituzzjonali fl-Ewropa. L-UE tista’ tistabbilixxi pjan direzzjonali u tipprevedi aġġornamenti regolari tal-katina tal-provvista biex tiżgura livell tajjeb ta’ indipendenza Ewropea, għarfien espert u kompetittività.

Flimkien mal-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom, l-UE għandha tindirizza u ddawwar in-nuqqas ta' ħaddiema b'ħiliet għolja bħal inġiniera u tekniċi aerospazjali li jfeġġu mis-sistemi edukattivi Ewropej, jippromwovi l-istabbiliment ta’ kwalifiki akkademiċi spazjali rikonoxxuti reċiprokament fl-Ewropa, jinkludu fil-futur programmi kwadru tal-R&D, azzjonijiet iddedikati li fihom parti mir-riċerka għandha ssir minn kandidat tal-PhD, jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' programmi ta' tagħlim tul il-ħajja permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa bejn l-industrija u l-universitajiet u żżid l-appell attraenti għar-riċerkaturi barranin.

4.1.4.     Issostni l-aċċess tal-industrija Ewropea għas-suq globali

Huwa vitali li l-industrija spazjali Ewropea żżomm u ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha fis-suq kummerċjali. Madankollu, is-swieq istituzzjonali tal-pajjiżi terzi ewlenin mhumiex aċċessibbli għall-industrija Ewropea. Xi Stati Membri pproponew mekkaniżmi ta’ faċilitazzjoni tal-esportazzjoni li jappoġġjaw l-aċċess tal-industrija għas-suq globali. Il-possibbiltà li jissawru mekkaniżmi bħal dawn għandha tiġi vvalutata aktar.

Ftehimiet u negozjati kummerċjali jistgħu jikkontribwixxu biex jiżguraw "kondizzjonijet ugwali" għall-industrija spazjali Ewropea fuq livell internazzjonali, sakemm l-UE tkun b'saħħitha biżżejjed biex tipparteċipa f'negozjati internazzjonali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni reċentement adottat proposta dwar l-aċċess tal-pajjiżi terzi għas-suq tal-akkwist pubbliku fl-UE[29]. Jekk jiġi adottat mil-leġiżlatur, dan ir-Regolament se jtejjeb il-kundizzjonijiet li taħthom in-negozji tal-UE jistgħu jikkompetu għal kuntratti pubbliċi fil-pajjiżi terzi, billi jsaħħaħ il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fin-negozjar tal-aċċess għall-kumpaniji tal-UE għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi, sabiex jinfetħu s-swieq tas-sħab kummerċjali tagħna, u billi jitjiebu, skont l-Istrateġija 2020 tal-UE, l-opportunitajiet kummerċjali għall-kumpaniji tal-UE fuq skala globali, b'hekk jinħolqu impjiegi ġodda.

B’mod aktar ġenerali, il-kooperazzjoni internazzjonali għandha sservi wkoll bħala suq muftieħ għall-promozzjoni ta’ teknoloġija u servizzi Ewropea fil-qasam spazjali u tikkontribwixxi għat-tisħiħ ta’ dan is-settur industrijali strateġiku. L-Unjoni Ewropea għandha tiżgura li l-qasam tal-ispazju jiġi integrat aħjar fil-politika esterna tal-Unjoni.

4.2.        Appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni

Ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni huma elementi ewlenin mhux biss għall-kompetittività industrijali spazjali, iżda wkoll bħala ingredjenti essenzjali tat-tkabbir ekonomiku sostenibbli, kemm fi żmien qasir kif ukoll fit-tul, b'effetti fuq il-ħila tal-Unjoni Ewropea biex tibqa’ kompetittiva f'ekonomija dejjem aktar globalizzata. Il-baġit għall-Ispazju taħt l-inizjattiva Orizzont 2020 (is-suċċessur tal-FP7) huwa propost li jkun ta’ EUR 1737 miljun fil-prezz kurrenti (1548 miljun fi prezzijiet kostanti tal-2011) għal 7 snin. L-ispazju bl-Orizzont 2020 ser ikoprui l-R&D u l-innovazzjoni mal-għanijiet li:

· Jippermettu l-kompetittività Ewropea fl-ispazju, id-dipendenza u l-innovazzjoni fl-attivitajiet spazjali, iffukati fuq R&I industrijali, bl-enfasi fuq l-SMEs;

· Jippermettu l-progress fit-teknoloġiji spazjali, li jvarjaw minn riċerka fit-teknoloġija bażika riċerka sat-teknoloġiji qrib-l-applikazzjoni u l-ġenerazzjonijiet futuri ta' Copernicus/GMES u satelliti Galileo.

· L-isfruttament sħiħ ta' dejta spazjali, inkluża d-dejta minn missjonijiet xjentifiċi u applikazzjonijiet kummerċjali ta’ dejta spazjali;

· Jippermettu l-R&D Ewropew fil-kuntest ta' sħubijiet Spazjali Internazzjonali (eż. ISS, SSA, il-programmi tal-esplorazzjoni robotika globali).

Fir-rigward ta' dan tal-aħħar, l-iżviluppi l-aktar avvanzati fit-teknoloġija spazjali qed isir dejjem iktar f'oqfsa internazzjonali, li jagħmlu aċċess għal dawn il-programmi fattur ta' suċċess importanti għall-kompetittività tar-riċerkaturi u l-industrija spazjali Ewropej.

4.2.1.     Jippermettu l-kompetittività Ewropea fl-ispazju madwar id-dinja, partikolarment bl-iżgurar ta' dipendenza Ewropea f'teknoloġiji kritiċi u billi jrawmu l-innovazzjoni

L-objettiv huwa li jinżamm ir-rwol ta’ tmexxija globali fl-ispazju billi tiġi salvagwardjata u żviluppata industrija u komunità tar-riċerka spazjali kompetittiva u billi titrawwem l-innovazzjoni bbażata fuq l-ispazju.

L-ewwel, is-sopravivenza kompetittiva għall-industrija kummerċjali fis-settur spazjali fl-Ewropa u l-kapaċità ta’ klijenti istituzzjonali Ewropej biex jimplimentaw il-missjonijiet tagħhom jirrikjedu tnaqqis f’dipendenza teknika Ewropea fuq pajjiżi mhux Ewropej. Huwa ta’ importanza kbira li nidentifikaw liema teknoloġiji huma kritiċi u biex niżguraw li għal dawn l-Ewropa tiżviluppa u żżomm soluzzjonijiet tat-teknoloġija u apaċitajiet ta’ produzzjoni tagħha stess. Hekk kif it-teknoloġija tkun ġiet żviluppata, din għandha tintuża konsegwentement minn atturi istituzzjonali u tal-industrija Ewropea. Jekk le, tintilef.

Il-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-ESA u l-EDA ħolqu task force konġunta bil-għan li tkun prodotta lista koerenti ta' teknoloġiji kritiċi għal żvilupp prijoritarju. Dan il-proċess ta' dipendenza Ewropea Konġunta beda fl-2009. Lista ta’ azzjonijiet urġenti kienet maqbula u tintuża bħala bażi għall-FP7 ir-4 Sejħa fuq teknoloġiji kritiċi. Din l-inizjattiva għandha tkun segwita.

It-tieni nett, il-prodotti u s-servizzi attivati bis-satellita attivat jikkostitwixxu suq emerġenti li baqa’ limitat u frammentat. F 'dan l-istadju tal-iżvilupp, huma għadhom jiddependu għal parti kbira fuq klijenti pubbliċi fuq livelli nazzjonali u lokali. Inċentivi għal swieq ġodda bl-użu tas-servizzi bbażati fl-ispazju ġew maħluqa fl-Istati Uniti minħabba politika fit-tul tal-gvern li tppromwovi l-użu u li toħloq ċirku virtuż billi tagħti spinta lin-negozji privati li jeħtieġu imbagħad aktar infrastrutturi msejsa fuq l-ispazju. Dawn l-inizjattivi iżidu l-użu tal-ispazju għall-benefiċċju tal-politiki pubbliċi u jagħmlu dawn il-kumpaniji aktar kompetittivi fis-swieq tal-esportazzjoni. Għandu jkun evalwat jekk jistgħux jiġu pprovduti inċentivi simili għall-industrija Ewropea.

Sabiex tippromwovi l-użu ta’ infrastrutturi bis-satellita u tiżviluppa s-suq għal servizzi bbażati fuq is-satellita, l-UE għandha żżid il-promozzjoni tal-applikazzjonijiet spazjali fil-politiki tal-UE. Il-ħolqien ta' applikazzjonijiet ġodda jeħtieġ li jiġi stimulat tul varjetà ta' utenti pubbliċi u privati potenzjali ġodda inklużi l-komunitajiet tal-utenti (bliet, reġjuni, diversi setturi industrijali, eċċ), notevolment permezz ta’ adozzjoni ta' azzjonijiet ad hoc, bħal vawċers għal awtoritajiet lokali jew SMEs, biex jiffaċilitaw l-adozzjoni ta’ servizzi ġodda mill-utenti finali. L-iżvilupp u l-użu tagħhom, ħafna drabi mill-SMEs, jeħtieġu li jkunu sostnuti fuq bażi konsistenti biex jiżguraw effetti sostenibbli fuq l-impjiegi kwalifikati.

Aktar speċifikament, il-potenzjal sħiħ ta' innovazzjoni maħluqa minn infrastrutturi spazjali Ewropea jeħtieġ ukoll li jiġi appoġġjat. Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-GNSS biex jitrawwem l-iżvilupp u l-adozzjoni tal-applikazzjonijiet tan-navigazzjoni bis-satellita bl-użu tal-EGNOS u Galileo huwa l-ewwel pass f 'dik id-direzzjoni.

Hemm bżonn ta’ sforz ħafna aktar b'saħħtu, ikkoordinat fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali. Dan jeħtieġ l-użu ta’firxa sħiħa ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-innovazzjoni għall-industrija[30] b’iffukar speċifiku fuq l-SMEs. Madankollu, sabiex jiġi indirizzat il-falliment tas-suq, l-appoġġ għall-innovazzjoni għandu jkun immirata għal dawk is-servizzi li ma jiġux żviluppati mis-suq b’mod ieħor. Dawn il-miżuri b’mod partikolari għandhom iħeġġu l-innovazzjoni min-naħa tad-domanda, l-użu tal-fondi disponibbli tas-sorsi li jinkludu fondi reġjonali, l-aggregazzjoni tad-domanda u l-iżvilupp ta’ negozji ġodda.

Fl-aħħar nett, numru ta' sfidi fit-teknoloġiji spazjali huma paralleli għal sfidi terrestri. Id-dakkir trasversali għandu jitrawwem, billi jitħeġġeġ l-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi innovattivi bbażati fuq infrastrutturi bis-satellita. Kif iddikjarat fl-Anness tal-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku Kwadru għall-Implimentazzjoni ta' Orizzont 2020[31], "dawn l-koeżjonijiet joffru opportunitajiet għal kożvilupp bikri, b'mod partikolari mill-SMEs, tat-teknoloġiji madwar il-komunitajiet spazjali u dawk li mhumiex spazjali, biex potenzjalment jirriżultaw f'komunitajiet ta’ innovazzjonijiet ġodda u b’mod aktar rapidu milli milħuq bl-ispin-offs fi stadju aktar tard".

4.2.2.     Iffaċilitar ta’ avvanz fit-teknoloġiji spazjali

L-objettiv huwa li tiġi żgurata l-kapaċità ta’ aċċess għall-ispazju u t-tħaddim ta’ sistemi spazjali għall-benefiċċju tas-soċjetà Ewropea fid-deċennji li jmiss. L-UE notevolment biħsiebha tixpruna l-progress teknoloġiku f’għadd ta’oqsma strateġiċi u li tikkontribwixxi għall-isforz meħtieġ fir-riċerka spazjali f'teknoloġiji innovattivi b'mod partikolari. B'Orizzont 2020 l-UE tkun pereżempju tappoġġja l-isfruttament ta' sinerġiji fir-riċerka spazjali fil-livell Ewropew, li jippromwovu aktar koordinazzjoni tal-Attivitajiet tar-R&D, u b'hekk jikkomplimentaw l-ESA u l-ogrammi nazzjonali li diġà jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet. It-teknoloġiji abilitanti essenzjali ġew rikonoxxuti bħala element ewlieni għall-kompetittività tal-industriji teknoloġiċi kollha f’Orizzont 2020, u anki b'mod partikolari għat-teknoloġiji spazjali innovattivi. Il-politika industrijali spazjali għandha għalhekk tappoġġja l-użu tagħhom f’teknoloġiji spazjali ġodda.

Orizzont 2020 jista’ pereżempju jippromwovi l-appoġġ għar-R&D fl-industrija u organizzazzjonijiet tar-riċerka spazjali, jappoġġja l-iżvilupp tar-R&D orjentati lejn l-applikazzjoni ta’ programmi fl-universitajiet marbuta mat-teknoloġiji spazjali u jippromwovi t-tranżizzjoni minn prototipi għal prodott/suq. Peress li l-utenti jeħtieġu teknoloġiji maturi (diġà ttestjati u vvalidati), l-iskemi ta’ appoġġ għar-R&D għandhom jippermettu validazzjoni ta’ appoġġ u kwalifiki. It-tagħbijiet ospitati[32] li jinġarru jistgħu jikkontribwixxu biex juru rekord tat-titjiriet meħtieġa għal numru dejjem jikber ta' prodotti u servizzi. Sabiex jimmitigaw ir-riskju maħluq minn teknoloġiji ġodda għall-bqija tat-tagħbija, il-possibbiltà ta' opportunitajiet ta' llanċjar kosteffettiv biex timbarka u tittestja t-teknoloġiji l-ġodda għandha tiġi vvalutata.

Barra minn hekk, l-inizjattiva Orizzont 2020 tista’ tintuża biex jinstabu alternattivi għall-komponenti elenkati fi ħdan il-qafas REACH[33], u s-sostituti li jistgħu jinħtieġu fil-futur.

4.2.3.     Tħeġġiġ tal-isfruttament sħiħ ta’ dejta spazjali u l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet innovattivi

L-objettiv huwa li jiġi żgurat użu iktar estensiv tad-dejta spazjali mill-missjonijiet Ewropej eżistenti u futuri fl-isfera xjentifika, pubblika u kummerċjali. Kif iddikjarat fl-Anness tal-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku għall-Implimentazzjoni ta' Orizzont 2020, "żieda konsiderevoli tal-isfruttar tad-dejta tista' tinkiseb jekk isir sforz miftiehem biex jiġu kkoordinati u organizzati l-ipproċessar, il-validazzjoni u l-istandardizzazzjoni ta’ dejta spazjali minn missjonijiet Ewropej. L-innovazzjonijiet fil-kisba u pproċessar ta' dejta, fużjoni tad-dejta u disseminazzjoni ta' dejta, bl-użu wkoll ta’ forom ta' kollaborazzjoni appoġġati bl-ICT, jistgħu jiżguraw redditu ogħla fuq l-investiment tal-infrastruttura spazjali.”

4.3.        Espansjoni tal-firxa u l-użu tal-istrumenti finanzjarji disponibbli

Il-finanzjament tal-infrastrutturi spazjali ivarja mill-finanzjament tal-komponenti/servizzi spazjali. Infrastrutturi ta' skala kbira li jridu jiġu mibnija, żviluppati, mħaddma u mantenuti sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi u l-applikazzjonijiet operattivi, jeħtieġu kontribuzzjonijiet finanzjarji kbar fuq perjodi twal, kontinwità ta' finanzjament kemm għal raġunijiet operattivi u finanzjarji (kwalunkwe posponiment fl-infiq jirriżulta fi spejjeż addizzjonali) u ta’ flessibilità/strumenti ta' kontinġenza, minħabba r-riskji assoċjati. Prodotti finanzjarji eżistenti fis-suq jistgħu ma jaqblux ma' dawn il-ħtiġijiet, speċjalment minħabba l-importanza taż-żmien bejn id-deċiżjoni biex jiġi żviluppat tali proġetti u r-ritorn fuq l-investiment minn tqassim ta’ biżżejjed servizzi fil-livell suċċessiv. Bażikament hemm nuqqas tas-suq u huwa meħtieġ finanzjament pubbliku qabel ma jfeġġ it-tkabbir potenzjali fit-tul ta’ tali proġetti. Nazzjonijiet oħra li jesploraw l-ispazju indirizzaw din il-kwistjoni bil-modi tagħhom stess[34]. Fil-proposta tagħha dwar il-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss, il-Kummissjoni tipproponi tip ta' strument ġdid jiġifieri l-inizjattiva ta' bonds għal proġetti tal-UE li se tintuża bħala mezz biex tiggarantixxi investiment f’riżorsi għal proġetti ta' infrastruttura li huma ta' interess Ewropew strateġiku ewlieni permezz tal-użu ta' skemi ta' sħubija pubblika-privata biex jissaħħu s-sostenibbiltà għall-kompetittività u t-tkabbir fl-UE. Għalkemm l-iskop ta’ din l-inizjattiva mhux previst li jkopri l-ispazju fl-ewwel stadju, l-industrija spazjali tista’ tiġi offruta, fit-tieni stadju, il-possibbiltà li tibbenefika minn dan il-mekkaniżmu, sakemm tissodisfa l-kriterji, b’mod partikolari fir-rigward ta’ ġenerazzjoni ta’ dħul[35].

Għandha titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-SMEs fejn xieraq fil-katina tal-provvista tal-industrija tal-manifattura, b’mod partikolari f’niċeċ bi tkabbir mgħaġġel, u s-servizzi li jistgħu jaħdmu fis-settur satellitari. L-istrumenti finanzjarji tal-Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni u wkoll il-Faċilità Finanzjarja għall-Qsim tar-Riskju għall-SMEs (RSI) huma disponibbli biex isaħħu l-kapaċitajiet industrijali u l-SMEs għall-innovazzjoni u l-kompetittività. Mill-2014, l-SMEs jistgħu jibbenefikaw ukoll minn strumenti finanzjarji tal-UE (dejn u l-finanzjament tal-ekwità) previsti taħt il-programmi li jmiss COSME u Orizzont 2020, li jinkludu kapital ta’ riskju.

L-awtoritajiet lokali huma parteċipanti biex itejbu l-kompetittività tal-industrija spazjali. Ir-reġjuni għandhom rwol ewlieni x’jaqdu. L-UE żviluppat firxa ta' strumenti li jsaħħu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, b'mod partikolari il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) u l-iskemi tiegħu bħar-Riżorsi Ewropej Konġunti għal Intrapriżi Mikro u Medji (JEREMIE). Jekk l-għan ewlieni tal-politika ta' koeżjoni tal-UE huwa li jitnaqqsu d-diskrepanzi ekonomiċi, soċjali u territorjali sinifikanti li għadhom jeżistu bejn ir-reġjuni tal-Ewropa, il-politika ta' koeżjoni għandha wkoll rwol ewlieni biex l-għanijiet ta' Ewropa 2020 jintlaħqu madwar l-UE u għalhekk tista’, permezz tal-appoġġ tagħha għall-kompetittività u l-innovazzjoni tal-SMEs tikkontribwixxi finanzjament għal proġetti spazjali u li tħeġġeġ l-użu ta' servizzi bbażati fuq l-ispazju skont ir-regoli ta' eliġibbiltà tal-Fond Strutturali (pereżempju, prova ta' impatt ekonomiku u soċjali fuq ir-reġjun jew l-impatt ta’ innovazzjoni reġjonali). Proġetti spazjali jistgħu jkunu rilevanti sabiex jiġu mħeġġa r-riċerka u l-innovazzjoni fil-qafas tal-istrateġiji nazzjonali jew reġjonali għal speċjalizzazzjoni intelliġenti.

4.4.        Użu aħjar tal-politika dwar l-akkwist

Diversi riżoluzzjonijiet tal-Kunsill Spazjali enfasizzaw il-ħtieġa li jissawru strumenti u fondi adegwati tal-Unjoni filwaqt li jitqiesu l-ispeċfiċitajiet tas-settur spazjali". L-akkwist fis-settur spazjali huwa mezz wieħed fost oħrajn biex jinkisbu l-għanijiet tal-politika industrijali. Huwa forsi l-aktar importanti għaliex huwa permezz tal-akkwist pubbliku li l-maġġoranza l-kbira tal-finanzjament pubbliku tingħadda lill-industrija f’dan is-settur. Għalhekk huwa neċessarju li jiġi determinat jekk l-approċċ tal-akkwist spazjali jistax jittejjeb.

Bħal fil-każ tas-setturi tad-difiża u s-sigurtà, l-ispazju huwa strateġiku u l-akkwist ta' sistemi spazjali u l-applikazzjonijiet għal bżonnijiet pubbliċi għandhom karatteristiċi komuni ma' dawk is-setturi, b’mod partikolari l-aspetti ta' dipendenza, is-sigurtà nazzjonali u l-aspetti ta’ sigurtà kif ukoll il-bżonnijiet tal-investimenti kbar u fit-tul fil-fażijiet tar-R&D. L-impatt tal-implimentazzjoni tad-Direttivi tal-UE dwar l-akkwist pubbliku u l-appalti tad-difiża[36] fuq is-swieq spazjali Ewropej u nazzjonali għandu wkoll jiġu analizzat aktar.

Akkwist tal-UE hija rregolata mir-Regolament Finanzjarju u r-regoli ta 'implimentazzjoni tiegħu li huma konformi mal-Ftehim tad-WTO dwar l-Akkwisti tal-Gvern. Dawn l-istrumenti jinkorporaw il-prinċipju tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni u ma jippermettu l-ebda forma ta' ritorn geo. Bħala klijent tal-industrija spazjali li trid timplimenta l-programmi tagħha, l-UE għandha tiżviluppa u tipprovdi lill-industrija xogħol fit-tul u ppjanar ċar tas-suq istituzzjonali. Barra minn hekk, għal programmi li jinvolvu finanzjament konġunt kemm mill-Kummissjoni u l-ESA, għandha sseħħ koordinazzjoni bikrija biex tiżgura tranżizzjoni bla xkiel bejn il-fażi ta' żvilupp u l-fażi operazzjonali.

4.5.        It-twaqqif u l-implimentazzjoni ta' politika Ewropea tal-illanċjar reali

L-awtonomija tal-UE f'setturi strateġiċi bħas-servizzi tal-illanċjar hija ta’ importanza fundamentali. Fid-dawl ta' dan, il-politika industrijali spazjali tal-UE għandha ssegwi l-għanijiet li ġejjin: (i) Tiżgura b'mod affidabbli, sikur, disponibbli u ekonomikament effiċjenti s-sistema tal-illanċjar; (ii) Toħloq il-kundizzjonijiet, u b’mod partikolari l-kundizzjonijiet finanzjarji, li huma meħtieġa biex iżommu u jsaħħu aċċess Ewropew indipendenti għall-ispazju skont il-ħtiġijiet istituzzjonali waqt li tipproponi governanza evoluta tal-isfruttament tal-lanċaturi Ewropej biex tiżgura l-effiċjenza finanzjarja fil-ġestjoni ta' programmi tal-utent.

Għandha tiġi stabbilita politika Ewrope reali ta’ llanċjar billi l-atturi istituzzjonali, bħal fil-każ ta’ nazzjonijiet oħra involuti fl-ispazju, jevitaw fit-terminu qasir jew każ b'każ it-teħid ta’ deċiżjonijiet li jipperikolaw l-għanijiet ta’ hawn fuq. L-UE għandha tirrikonoxxi l-interessi politiċi fl-aċċess indipendenti għall-ispazju meta timplimenta programmi pubbliċi bħal Galileo u Copernicus. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jaċċettaw sehem tal-piż billi jpoġġu l-politiċi tagħhom dwar ix-xiri tal-lanċaturi politiki konformi mal-mira tal-aċċess indipendenti u billi jqiegħdu lill-UE f'pożizzjoni li tkun tista’ tikkontribwixxi għal dak il-għan. Barra minn hekk, il-governanza globali fis-settur tal-illanċjar, b'mod partikolari fejn jidħol l-isfruttament tagħha u l-miżuri meħtieġa biex tiġi żgurata l-effiċjenza tal-produzzjoni tagħha, għandha tevolvi, sabiex jiġi żgurat finanzjament sostenibbli ta' sfruttament.

4.6.        L-assigurar tas-sostenibilità tal-attivitajiet spazjali fl-Ewropa

B'dipendenza dejjem akbar fuq sistemi bbażati fl-ispazju u s-servizzi tagħhom, l-iżgurar tal- operazzjonijiet sostenibbli se jsir dejjem aktar importanti. Kwalunkwe għeluq imqar parzjalment tal-infrastrutturi spazjali li jiffurmaw is-sinsla ta' firxa wiesgħa ta' servizzi jista' jkollha konsegwenzi sinifikanti għas-sikurezza taċ-ċittadini Ewropej u għat-tħaddim sew tal-attivitajiet ekonomiċi. Madankollu, l-infrastrutturi spazjali huma dejjem iktar mhedda minn riskji ta’ ħbit minħabba popolazzjoni li qed tiżdied ta' satelliti jew l-ammont dejjem jikber ta’ debris spazjali fl-aktar orbiti sfruttati kummerċjalment.

Biex jittaffa r-riskju ta’ ħbit huwa meħtieġ li jiġu identifikati u mmonitorjati s-satelliti u debris spazjali, jiġu kkatalogati l-pożizzjonijiet tagħhom, u segwiti l-movimenti tagħhom (trajjettorja) meta jiġi identifikat riskju potenzjali ta’ ħbit sabiex l-operaturi tas-satelliti jkunu jistgħu jingħataw twissija ħalli jċaqalqu s-satelliti tagħhom. Din l-attività hija magħrufa bħala sorveljanza spazjali u traċċar mill-bogħod (SST). Billi s-servizzi tal-STT operazzjonali fil-livell Ewropew ma jeżistux, l-Operaturi tas-Satelliti Ewropej illum jiddependu sa ċertu punt fuq l-informazzjoni tal-STT mill-Istati Uniti. Il-ħtieġa għal ftehim dwar il-kapaċità tal-STT li jtejjeb l-għoti tal-informazzjoni dwar l-STT fuq il-livell Ewropew kienet enfasizzata mill-Istati Membri tal-UE f'diversi konklużjonijiet tal-Kunsill. Skont dawn il-konklużjonijiet, il-Kummissjoni biħsiebha tressaq proposta li tistabbilixxi l-qafas organizzattiv għat-twaqqif u l-operat ta' servizz tal-STT Ewropew fi sħubija mal-Istati Membri b’tiswir fuq l-assi eżistenti tagħhom u ta' għarfien espert.

5.           KONKLUŻJONIJIET

Il-politika industrijali spazjali tappoġġja l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, l-istrateġija ta' tkabbir tal-Ewropa għal ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklużiva. Din hija parti integrali ewlenija tal-politika industrijali Ewropea, li titlob li jkun hemm politika industrijali li toħloq l-aħjar ambjent biex titħares u tiġi żviluppata bażi industrijali b'saħħitha, kompetittiva u diversifikata fl-Ewropa, ħalli jittejbu l-impjiegi u l-għarfien tas-settur. Madankollu, l-istrateġija Ewropa 2020 tirrikonoxxi wkoll li l-politika spazjali tikkontribwixxi għall-kompetittività tal-industrija Ewropea lil hinn sew mis-settur spazjali.

ANNESS

Miżuri maħsuba għal politika industrijali spazjali

1.           Titjib tal-kundizzjonijiet qafas

1.1.        It-titjib tal-qafas leġiżlattiv għas-segment tas-sevizzi u għas-settur tal-manifattura

1.1.1.     L-iżvilupp ta’ qafas leġiżlattiv biex isaħħaħ is-suq spazjali Ewropew

· Proponiment ta’ strument leġiżlattiv fuq il-produzzjoni u t-tixrid ta' dejta satellitari privata; · L-istħarriġ tal-possibbiltà ta’ strument leġiżlattiv dwar ċerti aspetti li għandhom impatt fuq il-ħolqien ta' suq uniku għal prodotti u servizzi spazjali obbligu ta' assigurazzjoni, reġistrazzjoni u awtorizzazzjoni tal-attivitajiet u s-servizzi spazjali, sanzjonijiet, kwistjonijiet ambjentali.

1.1.2.     Tissorvelja u ttejjeb il-kontroll tal-esportazzjoni u l-oqfsa ta' trasferimenti intra-UE

· Monitoraġġ tal-impatt fuq l-industrija spazjali tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim tal-UE ta' kontroll tal-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju u d-Direttiva 2009/43/KE tas-6 ta' Mejju 2009 dwar it-trasferiment ta’ prodotti tad-difiża tal-UE.

1.1.3.     Tiżgura d-disponibbiltà tal-ispettru

· Stħarriġ ta’ kif l-aħjar jitqiesu l-ħtiġijiet futuri tal-ispettru għal SatCom fil-kuntest ta' Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju; · Kontribut għat-tħejjija tal-Konferenza Dinjija tal-Komunikazzjonijiet bir-Radju tal-ITU li jmiss sabiex jiġu difiżi l-interessi tal-UE fil-qasam tal-allokazzjonijiet tal-ispettru globali u reġjonali.

1.1.4.     Tesplora jekk l-attivitajiet tat-titjiriet spazjali kummerċjali jeħtieġx li jiġu integrati f’qafas legali

· Tnedija ta’ studju biex jiġi vvalutat il-potenzjal tas-suq tat-titjirier spazjali suborbitali biex jiġi ddeterminat jekk jissawwarx approċċ regolatorju Ewropew.

1.2.        Issegwi l-proċess tal-istandardizzazzjoni

· Segwiment tal-iżvilupp ta’standards Ewropej għall-industrija tal-ispazju fuq il-bażi tax-xogħol mibdi mill-ECSS (il-Kooperazzjoni Ewropea għall-Istandardizzazzjoni Spazjali) u t-tielet mandat tas-CEN-CENELEC u ETSI.

1.3.        Tiżgura d-disponibbiltà ta’ ħiliet meħtieġa

· Żvilupp u forniment lill-industrija ta’ viżjoni ċara u fit-tul tas-suq istituzzjonali fil-livell tal-UE; · Twettiq u aġġornament ta’ ppjanar ta’ direzzjoni tal-katina tal-provvista biex jiġi żgurat livell tajjeb ta’ indipendenza Ewropea, lgħarfien espert u kompetittività; · Appoġġ għall-iżvilupp tal-ħiliet xierqa meħtieġa speċifikament mis-settur spazjali u promozzjoni tal-istabbiliment ta' kwalifiki akkademiċi spazjali rikonoxxuti reċiprokament fl-Ewropa (bidu u koordinament bejn l-Istati Membri dwar l-iżvilupp tal-akkademji spazjali); · Inklużjoni fil-programmi kwadru futuri tar-R&D ta’ azzjonijiet iddedikati li fihom parti tar-riċerka għandha ssir minn kandidat tal-PhD – kif inhu l-każ bħalissa fl-amministrazzjoni tat-traffiku tal-ajru; · Tħeġġiġ tal-iżvilupp ta' programmi ta' tagħlim tul il-ħajja permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa bejn l-industrija u l-universitajiet, b’mod partikolari fil-qasam emerġenti tal-applikazzjonijiet bbażati fuq is-satelliti; · Titjib tal-appell tal-UE għar-riċerkaturi barranin.

1.4.        Issostni l-aċċess tal-industrija Ewropea għas-suq globali

· Analiżi ta’ miżuri u prattiki tajba żviluppati mill-Istati Membri biex jappoġġjaw l-aċċess għas-swieq internazzjonali; · Żgurar li l-ispeċifiċitajiet tas-settur spazjali u l-industrija spazjali Ewropea huma meqjusa fin-negozjati kummerċjali u ftehimiet kummerċjali rilevanti, biex jinħolqu kundizzjonijiet ugwali.

2.           Appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni

2.1.        Nippermettu l-kompetittività Ewropea fl-ispazju, partikolarment bl-iżgurar ta' dipendenza f'teknoloġiji kritiċi u billi titrawwem l-innovazzjoni

· Tkomplija tal-koordinazzjoni fl-isforzi tal-Kummissjoni ma' dawk tal-Istati Membri, l-ESA u l-EDA biex jiġu identifikati komponenti kritiċi spazjali u biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tagħhom; · Analiżi ta’ jekk hux possibbli li tingħata spinta emerġenti lis-suq tal-osservazzjoni tad-dinja permezz ta’ inċentivi bħal kuntratti fit-tul għall-industrija tal-osservazzjoni tad-dinja; · Promozzjoni tal-użu ta' applikazzjonijiet spazjali fil-politiki tal-UE; · Appoġġ ta’ kampanji ta’ għarfien biex jagħmluha possibbli għall-utenti (bliet, reġjuni, diversi setturi industrijali, eċċ) li jsiru konxji mill-potenzjal ta' applikazzjonijiet spazjali, biex b'hekk jiġu stimulati l-ħtiġijiet tagħhom għal dawn l-applikazzjonijiet u jiġu ffaċilitati b’azzjonijiet ta’ adozzjoni ad hoc (eż. vawċers għal awtoritajiet lokali jew SMEs) ta’ servizzi ġodda mill-utenti finali; · Appoġġ għall-iżvilupp ta' miżuri ta' appoġġ għall-innovazzjoni għall-industrija fil-livell tal-UE, nazzjonali u reġjonali b'enfasi speċifika fuq l-SMEs li jużaw is-satellita b’mod downstream fis-settur tas-servizzi; · Implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-GNSS tal-Kummissjoni biex jitrawmu l-iżvilupp u l-adozzjoni tal-applikazzjonijiet bl-użu ta' navigazzjoni bis-satellita EGNOS u Galileo; · Appoġġ għal dakkir tat-teknoloġija spazjali ma’ setturi oħra u spin-in/spin-offs fl-R&D u l-Programmi ta’ Innovazzjoni.

2.2.        Iffaċilitar ta’ avvanz fit-teknoloġiji spazjali

· Żieda fl-isforzi ta' riċerka spazjali, b' mod partikolari f'teknoloġiji innovattivi; · Appoġġ tal-iżvilupp ta' teknoloġiji alternattivi għal dawk tal-kompetituri; · Tħeġġiġ ta’ appoġġ tar-R&D għall-industrija u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka spazjali, inluż is-settur tas-servizzi fil-livell suċċessiv, u appoġġ għall-iżvilupp tar-R&D orjentat lejn l-applikazzjoni ta’ programmi fl-universitajiet marbuta mat-teknoloġiji spazjali u promozzjoni tat-tranżizzjoni minn prototip għal prodotti fis-suq; · Valutazzjoni tat-tagħbija ospitata li tinġarr fil-każ tan-negozju, biex jiġi mistħarreġ il-potenzjal għal aktar użu istituzzjonali u xjentifiku u jiġu identifikati l-aħjar modi biex jiġu indirizzati l-isfidi li għad irridu niffaċċjaw bħal kwistjonijiet legali, ir-rekwiżiti tal-gvern/militari, eċċ; · Valutazzjoni tal-opportunitajiet ta' llanċjar kosteffikaċi oħrajn sabiex jiġu mbarkati teknoloġiji ġodda ħalli jittestjawhom; · L-użu ta’ Orizzont 2020 biex tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni ta' sostituti għall-materja prima li teħtieġ sostituzzjoni bħal dik elenkata fi ħdan il-qafas tar-Regolament REACH.

2.3.        Tħeġġiġ tal-isfruttament sħiħ ta’ dejta spazjali u l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet innovattivi

· Żgurar ta’ użu aktar estensiv ta' dejta spazjali minn missjonijiet Ewropej eżistenti u futuri, fid-dominju xjentifiku, pubbliku u kummerċjali.

3.           Espansjoni tal-firxa u l-użu tal-istrumenti finanzjarji disponibbli

· Esplorazzjoni tal-possibbiltajiet biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzi, speċjalment mill-SMEs, billi jkomplu jitħeġġu l-iżviluppi ulterjuri ta’ strumenti finanzjarji innovattivi u l-użu tal-istrumenti eżistenti; · Tħeġġiġ lill-Istati Membri u r-reġjuni biex jiżdied l-użu tal-Fondi Strutturali u strumenti finanzjarji innovattivi biex jippromwovu l-iżvilupp ta' servizzi bis-satellita minn SMEs innovattivi; · Żgurar ta’ estensjoni rapida tal-ambitu tal-inizjattiva ta’ bonds għal proġetti tal-UE għall-infrastrutturi spazjali.

4.           Użu aħjar tal-politika dwar l-akkwist

· Żvilupp u forniment lill-industrija ta’ pjan ċar u fit-tul tas-suq istituzzjonali; · Analiżi tal-impatt tal-implimentazzjoni tad-Direttivi tal-UE dwar l-akkwist pubbliku u l-appalti tad-difiża fuq is-swieq Spazjali Ewropej u nazzjonali; · Fil-każ ta’ programmi li jinvolvu finanzjament konġunt kemm mill-Kummissjoni u l-ESA, għandha sseħħ koordinazzjoni bikrija biex tiżgura tranżizzjoni bla xkiel bejn il-fażi ta' żvilupp u l-fażi operazzjonali.

5.           It-twaqqif u l-implimentazzjoni ta' politika Ewropea tal-illanċjar reali

· Stabbiliment f’koordinazzjoni mal-atturi istituzzjonali oħra ta’ politika Ewropea tal-illanċjar reali, bħal fil-każ tan-nazzjonijiet l-oħra involuti fl-ispazju.

6.           Appoġġ għall-istabbiliment u l-operat ta' servizz ta’ SST Ewropew

· Forniment ta’ qafas organizzattiv (governanza) sabiex jappoġġja t-twaqqif u l-operat ta' servizz ta’ sorveljanza spazjali u traċċar mill-bogħod (SST) fil-livell Ewropew li jissawwar fuq l-assi nazzjonali eżistenti u l-għarfien espert; definizzjoni ta' politika dwar id-dejta relatata li tqis l-interessi tas-sigurtà nazzjonali.

[1]               "EUROPE 2020 A strategy for smart, sustainable and inclusive growth" COM (2010) 2020

[2]               COM(2010)614

[3]               COM(2011) 152

[4]               Riżoluzzjoni tal-Kunsill: “ Orjentazzjonijiet dwar il-valur miżjud u l-benefiċċji tal-ispazju għas-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej”, 18232/11, Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2011 li kkonkludiet "li l-politika industrijali għall-ispazju tqis l-ispefiċitajiet tas-settur tal-ispazju u fl-interess tal-Istati Membri kollha li jinvestu fl-assi spazjali, u li jimmiraw lejn l-għanijiet komuni li ġejjin: tappoġġa l-kapaċità Ewropea biex tiġi konċepiti, żviluppati, mnedija,mħaddma u sfruttati s-sistemi spazjali; issaħħaħ il-kompetittività tal-industrija Ewropea kemm fis-swieq domestiċi tagħha u dawk tal-esportazzjoni; u tippromwovi l-kompetizzjoni u l-iżvilupp bilanċjat u l-involviment tal-kapaċitajiet fl-Ewropa". Din tenfasizza wkoll "il-bżonn li jiġu eżaminati jekk miżuri xierqa jistgħu jkunux meħtieġa fil-livell Ewropew u internazzjonali biex jiggarantixxu s-sostenibilità u l-iżvilupp ekonomiku tal-attivitajiet spazjali Ewropej, inklużi dawk fis-settur kummerċjali".

[5]               COM (2012) 582 finali, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni, Brussell, 10.10.2012.

[6]               The Space Economy at a Glance 2007, OECD

[7]               Ir-rapport finanzjarju tan-NASA għall-2009, Euroconsult 2009 u stimi tal-baġits tat-teknoloġija spazjali tal-ESA għall-2009..

[8]               Madankollu, għandu jiġi nnutat li parti konsiderevoli tar-riżorsi pubbliċi għar-riċerka dwar l-ispazju mhix ġejja min-NASA iżda direttament minn aġenziji pubbliċi oħra.

[9]               Il-prodotti kompetittivi tat-teknoloġija avvanzata jistgħu jiġu rilaxxati fis-suq bi spejjeż marġinali, peress li l-ispejjeż ta’ żvilupp ikunu diġà ttieħdu inkunsiderazzjoni mill-programmi istituzzjonali. Il-“prezz tas-suq” huwa arbitrarju u marbut mal-għanijiet strateġiċi u politiċi tan-nazzjon inkwistjoni.

[10]             Meta wieħed iqis ir-rata żgħira ħafna għall-fornituri tas-servizzi kollha tal-lanċaturi (inqas minn 10 lanċaturi kull sena għall-operator Ewropew), kull illanċjar hu ta' importanza kruċjali u tnaqqis ta' aktar minn illanċjar wieħed f'sena partikolari jipperikola l-eżistenza nnifisha tas-sottosettur u, fit-tul, l-industrija spazjali tal-Ewropa, b' konsegwenzi drammatiċi fuq il-potenzjali għall-indipendenza strateġika Ewropea.

[11]             Pereżempju, fl-ibħra miftuħa, is-servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita huma l-unika għażla disponibbli. Barra minn hekk, il-komunikazzjoni satellitari bi prezzijiet għall-bwiet ta’ kulħadd tista’ tappoġġa lilll-UE fit-“tkabbir blu" li huwa strateġija biex jiġi sostnut it-tkabbir fis-settur marittimu.

[12]             L-ispettru huwa użat minn għadd dejjem jiżdied ta’ applikazzjonijiet mingħajr wajers f'bosta setturi minn tagħmir ta' medda qasira għal servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi bħal komunikazzjonijiet bis-satellita terrestri u servizzi tat-telekomunikazzjoni.

[13]             Len Jacobson, GNSS Markets and Applications (GNSS Technology and Applications), Artech House Inc, 2007

[14]             Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, ta’nofs it-term tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita, COM (2011) 5 finali, Brussel 18.1.2011

[15]             Studju imwettaq minn PricewaterhouseCoopers intitolat "Socioeconomic benefits analysis of GMES, available at http://esamultimedia.esa.int/docs/GMES/261006_GMES_D10_final.pdf, p. 180.

[16]             Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, ta’ nofs it-term tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita, COM (2011) 5 finali, Brussel 18.1.2011

[17]             "Indipendenza” timplika li kull teknoloġija spazjali meħtieġa tiġi żviluppata fl-Ewropa, filwaqt li “dipendenza” tirreferi għall-possibbiltà li l-Ewropa jkollha aċċess ħieles u mhux ristrett għal kwalunkwe sistema tat-teknoloġija spazali.

[18]             Dan huwa pereżempju l-każ tal-arloġġi atomiċi abbord is-satelliti Galileo, li hija l-qalba tat-tagħbija għal tali satelliti u jiġi prodott fl-Ewropa minn fornitur wieħed li mhuwiex fl-UE, li jkun qed ibiegħ ukoll liċ-Ċina u l-Indja wkoll.

[19]             Xi komponenti jew materjali użati għall-ispazju (abbord satelliti jew lanċaturi) huma elenkati f'REACH u jeħtieġu sostituti jekk ikun possibbli.

[20]             Pereżempju l-Kunsilli tal-Ispazju tal-2007, 2008 u 2010, il-Kunsill tal-Kompetittività ta’ Mejju 2011.

[21]             Jinħtieġu volum minimu ta' llanċjar istituzzjonali, kif ukoll programmi tal-iżvilupp li mingħajrhom l-affidabbiltà ma tistax tiġi garantita u l-bażi tal-ħiliet ma tistax tinżamm.

[22]             Li l-livell reali tagħhom jiġi evalwat fuq il-katina tal-valur kollha kemm hi, minn finanzjament pubbliku fil-fażi tal-iżvilupp, l-appoġġ pubbliku fil-fażi ta' produzzjoni jew għall-illanċjar sal-bażi ta’ preferenza għal illanċjar domestiku u l-aċċess għas-suq.

[23]             L-inizjattivi proposti se jiġu stabbiliti u implimentati b'konformità sħiħa mar-regoli Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat, partikolarment fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet fejn il-fondi tal-Stati Membri jkunu involuti.

[24]             Il-GNSS tal-UE ser ikollhom kopertura globali. Il-klejms jistgħu jiġu ppreżentati f 'kull pajjiż fid-dinja quddiem il-qrati lokali taħt il-leġiżlazzjoni lokali applikabbli. L-UE qed tħejji Regolament fuq il-GNSS tal-UE r-responsabbiltà fil-konfront ta’ terzi. Diskussjoni simili kienet saret taħt il-patroċinju tal-UNIDROIT ("l-Istitut Internazzjonali għall-Unifikazzjoni tad-Dritt Privat”) fir-rigward tas-servizzi kollha offruta permezz tal-GNSS. Diskussjonijiet f 'dan il-forum twaqqfu sabiex potenzjalment jiġu integrati l-inizjattivi li għandhom jiġu adottati f'livell reġjonali.

[25]             Ir-Regolament (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim tal-UE ta' kontroll tal-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju u d-Direttiva 2009/43/KE tas-6 ta' Mejju 2009 dwar it-trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità.

[26]             Ħtiġiet preċedenti impostaw piż amministrattiv sinifikanti fuq il-kumpaniji (stmati għal 225 siegħa/liċenzja fil-valutazzjoni tal-impatt tad-Direttiva 2009/43/KE dwar it-trasferiment intra-Komunitarju tal-UE ta' prodotti tad-difi ża). Huma implikaw ukoll żmien itwal – sa diversi xhur – sabiex jinkiseb trasferiment jew liċenzji tal-esportazzjoni.

[27]             Is-sistema ta' kontroll tal-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju tal-Unjoni Ewropea: l-iżgurar tas-sigurtà u tal-kompetittività f 'dinja li qed tinbidel COM (2011) 393 finali.

[28]             Biex jiksbu liċenzja, l-operaturi ta' ajruplan suborbitali jkollhom jinfurmaw biss lil passiġġieri bil-ħlas dwar ir-riskji tal-illanċjar u l-fażijiet tal-inżul u r-rekord tas-sikurezza tat-tip ta' vettura. Il-passiġġier imbagħad jiffirma rinunzja li taċċetta r-riskju meħud.

[29]             Proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aċċess ta' oġġetti u servizzi minn pajjiżi terzi lejn is-suq intern fl-akkwist pubbliku tal-Unjoni u proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati dwar l-aċċess ta' oġġetti u servizzi tal-Unjoni fis-suq tal-akkwisti pubbliċi ta’pajjiżi terzi, COM (2012) 124 finali

[30]             Pereżempju replikazzjoni tas-suq, l-akkwist pubbliku prekummerċjali, clusters, Living Labs u mekkaniżmi oħra tal-innovazzjoni b'enfażi fuq l-utent.

[31]             COM(2011) 811

[32]             Dan jirreferi għal utilizzazzjoni ta' kapaċità disponibbli fuq is-satelliti kummerċjali biex jakkomodaw transponders addizzjonali, strumenti, jew oġġetti spazjali oħra.

[33]             B 'mod ġenerali, REACH jindirizza sustanzi individwali fil-listi differenti assoċjati mal-proċessi tiegħu. Xi wħud minn dawn, bħal "Lista tal-kandidati" jew l-Anness XIV (lista ta' sustanzi suġġetti għal awtorizzazzjoni) jagħti bidu għal rekwiżiti diretti ta' informazzjoni dwar oġġetti ("komponenti") jew jeħtieġu awtorizzazzjoni tal-użu tas-sustanza fl-Ewropa.

[34]             Dan jirreferi notevolment għaż-żewġ kuntratti ta’ 10 snin mogħtija dan l-aħħar mill-Gvern tal-Istati Uniti għal żewġ kumpaniji kummerċjali tal-immaġini satellitari.

[35]             Ara. COM(2011) 659, COM(2011) 660 u COM(2011) 662 dwar l-inizjattiva ta' Bonds għall-Proġetti ta' Ewropa 2020.

[36]             Id-Direttivi 2004/18/KE u 2009/81/KE

Top